|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2611 |
1.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2611
tat-30 ta’ Settembru 2024
li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi, tad-dazji tal-importazzjoni u tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-melassa fis-settur taz-zokkor mill-1 ta’ Ottubru 2024
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 183 u 193a tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 25(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2834 (2) jipprevedi li l-prezz CIF tal-importazzjoni għall-melassa għandu jitqies bħala l-prezz rappreżentattiv kif imsemmi fl-Artikolu 182(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-prezzijiet CIF tal-importazzjoni mhux marbuta mal-kwalità standard definita fl-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834, jenħtieġ li jiġu aġġustati skont il-kwalità tal-melassa offruta, f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(3) |
Il-prezzijiet rappreżentattivi CIF applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa koperta mill-kodiċijiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00 jenħtieġ li jiġu ffissati f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835 (3), meta l-prezz CIF rappreżentattiv għall-melassa msemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834 flimkien mad-dazju tal-importazzjoni applikabbli għall-melassa tal-kannamieli li taqa’ taħt il-kodiċi NM 1703 10 00 , jew għall-melassa tal-pitravi li taqa’ taħt il-kodiċi NM 1703 90 00 , jaqbżu, għall-prodott ikkonċernat, it-EUR 8,21/100 kg, id-dazji tal-importazzjoni għandhom jiġu sospiżi jew imnaqqsa għall-ammont misjub mill-Kummissjoni. Dan l-ammont għandu jiġi ffissat fl-istess waqt bħall-prezzijiet rappreżentattivi msemmija f’dak l-Artikolu. |
|
(5) |
Jenħtieġ li jiġu ffissati d-dazji tal-importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet tal-melassa msemmija, f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2835. |
|
(6) |
Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz CIF rappreżentattiv, jenħtieġ li jiġu ffissati dazji tal-importazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jiġu ffissati l-prezzijiet CIF rappreżentattivi għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 183 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Kummissjoni tista’ temendahom skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2092 (4) jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi, id-dazji tal-importazzjoni u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa koperta mill-kodiċijiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00 mill-1 ta’ Ottubru 2023. |
|
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2092. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat aċċess ġust għall-melassa importata lejn is-suq tal-Unjoni, jeħtieġ li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li tkun saret disponibbli d-data aġġornata. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi, id-dazji tal-importazzjoni u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-melassa koperta mill-kodiċjiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2092 jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Wolfgang BURTSCHER
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj?locale=mt.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2834 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-importazzjonijiet fis-setturi tar-ross, taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-ħops (ĠU L, 2023/2834, 21.12.2023, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2834/oj?locale=mt).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2835 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar l-importazzjoni fis-setturi tar-ross, taċ-ċereali, taz-zokkor u tal-ħops, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 3330/94, (KE) Nru 2810/95, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 972/2006, (KE) Nru 504/2007, (KE) Nru 1375/2007, (KE) Nru 402/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1312/2008 u (UE) Nru 642/2010, (KEE) Nru 1361/76, (KEE) Nru 1842/81, (KEE) Nru 3556/87, (KEE) Nru 3846/87, (KEE) Nru 815/89, (KE) Nru 765/2002, (KE) Nru 1993/2005, (KE) Nru 1670/2006, (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 433/2007, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 1454/2007, (KE) Nru 508/2008, (KE) Nru 903/2008, (KE) Nru 147/2009, (KE) Nru 612/2009, (UE) Nru 817/2010, (UE) Nru 1178/2010, (UE) Nru 90/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1373/2013 (ĠU L, 2023/2835, 21.12.2023, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_del/2023/2835/oj?locale=mt).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2092 tat-28 ta’ Settembru 2023 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali applikabbli għall-melassa fis-settur taz-zokkor mill-1 ta’ Ottubru 2023 (ĠU L 241, 29.9.2023, p. 116, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2092/oj).
ANNESS
PREZZIJIET RAPPREŻENTATTIVI, DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI U DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦALL-MELASSA FIS-SETTUR TAZ-ZOKKOR MILL-1 TA’ OTTUBRU 2024
|
(f’EUR) |
|||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju tal-importazzjoni għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1) |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1703 10 00 (2) |
18,11 |
0 |
— |
|
1703 90 00 (2) |
15,68 |
0 |
— |
(1) F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2835, dan l-ammont jissostitwixxi r-rata tad-Dazju Doganali Komuni ffissata għal dawn il-prodotti.
(2) Għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2834.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2611/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)