|
12.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8960 — Adient/Boeing/JV (Aircraft seats))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 322/09)
1.
Fil-31 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Adient US LLC, ikkontrollata minn Adient plc (“Adient”, l-Istati Uniti), |
|
— |
The Boeing Company (“Boeing”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Adient Aerospace, LLC (l-Istati Uniti). |
Adient US LLC u Boeing jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Adient Aerospace, LLC.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkonsisti f’joint venture (JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Adient: id-disinn, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ firxa ta’ sistemi ta’ seats u komponenti tas-seats għall-karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali u trakkijiet ħfief,
— Boeing: id-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ ajruplani kummerċjali tal-ġett u sistemi ta’ difiża, l-ispazju u s-sigurtà mad-dinja kollha,
— Adient Aerospace, LLC: id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ seats tal-ajruplani.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
M.8960 — Adient/Boeing/JV (Aircraft seats)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
L-indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).