15.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 506/142


P9_TA(2021)0126

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni) (COM(2019)0331 – C9-0042/2019 – 2019/0151(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(2021/C 506/27)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0331),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0042/2019),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta’ Ottubru 2019 (1),

—

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

—

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2),

—

wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta' Jannar 2020 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-17 ta’ Frar 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,,

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 110 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0120/2020),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 47, 11.2.2020, p. 69.

(2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P9_TC1-COD(2019)0151

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta’ April 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament tikkorrispondi għall-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/819.)