|
12.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 215/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta' Lulju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/236/KE dwar kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw il-prodotti tas-sajd li jiġu impurtati mill-Indoneżja u li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3988)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/660/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji u l-ħtiġijiet ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistipula l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/236/KE tal-21 ta’ Marzu 2006 dwar kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw il-prodotti tas-sajd li jiġu importati mill-Indoneżja u li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (3) ġiet adottata minħabba li r-riżultati ta’ żjarat ta’ spezzjoni Komunitarji fl-Indoneżja wrew nuqqasijiet serji fejn tidħol l-iġjene waqt l-immaniġġar ta’ prodotti tas-sajd f’dan il-pajjiż terz. L-ispezzjonijiet urew wkoll nuqqasijiet serji fil-kapaċità ta’ l-awtoritajiet Indoneżjani li jwettqu kontrolli affidabbli fuq il-ħut, partikolarment biex jiddeterminaw il-preżenza tal-ħistamina u l-metalli tqal fl-ispeċijiet rilevanti. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/236/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kunsinna ta' prodotti tas-sajd impurtata mill-Indoneżja jsirulha t-testijiet neċessarji biex ikun żgurat li l-prodotti ma jeċċedux ċerti livelli massimi għall-metalli tqal u li, fil-każ ta’ ċerti speċijiet, għandu jsir test biex jiddetermina l-preżenza ta’ l-istamina. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2006/236/KE tistipula wkoll li dik id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fuq il-bażi tal-garanziji pprovduti mill-awtoritajiet Indoneżjani kompetenti u fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet magħmula mill-Istati Membri. |
|
(4) |
L-Indoneżja issa pprovdiet il-garanziji xierqa lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ir-riżultati tat-testijiet magħmula mill-Istati Membri fuq il-prodotti tas-sajd impurtati minn dak il-pajjiż terz huma favorevoli kemm fejn jidħlu l-metalli tqal fil-prodotti ta’ l-akkwakultura u kemm fejn tidħol l-istamina. Għaldaqstant, ma għadx hemm il-ħtieġa li wieħed jittestja kull kunsinna ta’ prodotti tas-sajd ta’ l-ispeċijiet rilevanti għall-preżenza ta’ l-istamina u kull kunsinna ta’ prodotti ta’ l-akkwakultura għall-metalli tqal. |
|
(5) |
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/236/KE hemm referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel (4).Ir-Regolament ġie rrevokat u sostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel (5). Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi emendata dik ir-referenza. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2006/236/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/236/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'li ġej: “Artikolu 1 Ambitu Id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd mill-Indoneżja u li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, ma għandhiex tapplika għal prodotti ta’ l-akkwakultura.” |
|
(2) |
L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’li ġej: “1. L-Istati Membri, permezz ta’ pjanijiet ta’ kampjunar u ta’ metodi determinattivi xierqa, għandhom jaċċertaw li kull kunsinna ta’ prodotti koperti mill-Artikolu 1 issirilha t-testijiet meħtieġa biex wieħed jiżgura li l-prodotti kkonċernati ma jaqbżux il-livelli massimi stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (*1) għall-metalli tqal. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).
(3) ĠU L 83, 22.3.2006, p. 16.
(5) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 629/2008 (ĠU L 173, 3.7.2008, p. 6).