2006R1365 — MT — 07.12.2016 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE

(ĠU L 264 25.9.2006, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 425/2007 tad-19 ta’ April 2007

  L 103

26

20.4.2007

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta’ Novembru 2007

  L 290

14

8.11.2007

►M3

REGOLAMENT (UE) 2016/1954 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Ottubru 2016

  L 311

20

17.11.2016




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja li tikkonċerna t-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 2

Skop

1.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-data relatata mat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju nazzjonali tagħhom.

2.  L-Istati Membri li fihom il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena minn passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali, internazzjoni jew ta' tranżitu ikun aktar minn miljun tunnellata metrika għandhom jipprovdu d-data msemmija fl-Artikolu 4(1).

3.  Bħala deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri fejn mhemmx trasport internazzjonali jew ta' tranżitu minn passaġġi fuq l-ilma interni iżda fejn il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena mill-passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali jeċċedi miljun tunnellata metrika għandhom jipprovdu biss id-data meħtieġa taħt l-Artikolu 4(2).

4.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a) trasport ta' merkanzija permezz ta' bastimenti b'kapaċità massima ta' ġarr ta' anqas minn 50 tunnellata metrika;

(b) bastimenti użati prinċipalment għat-trasport ta' passiġġieri;

(ċ) bastimenti użati bħala tragetti;

(d) bastimenti użati biss għal skopijiet li mhumiex kummerċjali minn amministrazzjonijiet ta' portijiet u awtoritajiet pubbliċi;

(e) bastimenti użati biss għall-bunkering jew għall-ħżin;

(f) bastimenti li mhumiex użati għat-trasport ta' merkanzija, bħal bastimenti tas-sajd, bastimenti tat-tħammil, postijiet tax-xogħol fuq l-ilma, battelli ta' abitazzjoni u dgħajjes ta' rikreazzjoni.

▼M3

5.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 9, dwar l-emendar tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex jiżdied il-livell limitu għall-kopertura statistika tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni msemmi hemm sabiex jittieħed kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi. Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f’dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta’ analiżi tal-kosteffettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

▼M1

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “Passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli” tfisser medda ta' ilma, li ma tkunx parti mill-baħar, li permezz ta' karatteristiċi naturali jew magħmulin mill-bniedem, hija adatta għan-navigazzjoni, primarjament permezz ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

(b) “Bastiment tal-passaġġi ta' l-ilma interni” tfisser inġenju li jżomm f'wiċċ l-ilma maħsub għat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport pubbliku ta' passiġġieri, li jinnaviga primarjament f'passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli jew minn passaġġi ġo, jew li jmissu ma', ilmijiet jew żoni kennija fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet;

(c) “Nazzjonalità tal-bastiment” tfisser il-pajjiż li fih ikun irreġistrat il-bastiment.

(d) “Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni” tfisser kwalunkwe moviment ta' merkanzija u/jew passiġieri permezz ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni li jsir kollu kemm hu jew parzjalment f'passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli;

(e) “Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni nazzjonali” tfisser trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni bejn żewġ portijiet ta' territorju nazzjonali irrispettivament min-nazzjonalità tal-bastiment;

(f) “Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni internazzjonali” tfisser trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni bejn żewġ portijiet f'territorji nazzjonali differenti;

(g) “Trasport ta' tranżitu fuq passaġġi ta' l-ilma interni” tfisser trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni minn territorju nazzjonali bejn żewġ portijiet li t-tnejn ikunu jinsabu f'territorju nazzjonali ieħor jew f'territorji nazzjonali oħra, sakemm matul il-vjaġġ kollu ġot-territorju nazzjonali ma jkunux hemm trasbord;

(h) “Traffiku fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni” tfisser kwalunkwe moviment ta' bastiment fuq passaġġ ta' l-ilma intern navigabbli speċifiku.

▼M3

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9, rigward l-emenda ta’ dan l-Artikolu biex jiġu adattati d-definizzjonijiet li jinsabu hemm jew jiġu previsti definizzjonijiet ġodda sabiex jittieħed kont tad-definizzjonijiet rilevanti emendati jew adottati fil-livell internazzjonali.

Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f’dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta’ analiżi tal-kosteffettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

▼B

Artikolu 4

Ġbir ta' data

1.  Għandha tinġabar data skond it-tabelli stabbiliti fl-Annessi A sa D.

2.  Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(3), id-data għandha tinġabar skond it-tabella stabbilita fl-Anness E.

3.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija għandha tkun klassifikata skond l-Anness F.

▼M3

4.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9, rigward l-emenda tal-Annessi biex jiġu riflessi bidliet fil-kodiċi u n-nomenklatura fil-livell internazzjonali jew fl-atti leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni.Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f’dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta’ analiżi tal-kosteffettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 4a

Studji pilota

1.  Sat-8 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa il-metodoloġija xierqa għall-ġbir tal-istatistika dwar it-trasport tal-passiġġieri fil-passaġġi fuq l-ilma interni, inklużi bis-servizzi tat-trasport transkonfinali.

2.  Sat-8 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tniedi studji pilota volontarji li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri li jipprovdu data fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament dwar id-disponibbiltà ta’ data statistika li tirrigwarda t-trasport tal-passiġġieri fil-passaġġi fuq l-ilma interni, inklużi bis-servizzi tat-trasport transkonfinali. Dawk l-istudji pilota għandu jkollhom l-għan li jivvalutaw il-fattibbiltà ta’ dak il-ġbir ta’ data ġdida, l-ispejjeż tal-ġbir tad-data relatati u l-kwalità statistika implikata.

3.  Sat-8 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ tali studji pilota. Skont ir-riżultati ta’ dak ir-rapport, u f’perijodu raġonevoli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi emendat dan ir-Regolament fir-rigward tal-istatistika dwar it-trasport tal-passiġġieri fil-passaġġi fuq l-ilma interni, inklużi bis-servizzi tat-trasport transkonfinali.

4.  Il-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu, fejn xieraq u b’kont meħud tal-valur miżjud tal-Unjoni, jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ dawk l-istudji pilota.

▼B

Artikolu 5

Trasmissjoni ta' data

1.  L-ewwel perjodu ta' osservazzjoni għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2007. It-trasmissjoni tad-data għandha sseħħ malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu relevanti ta' osservazzjoni.

▼M3

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-arranġamenti għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat), inklużi standards għall-iskambjar tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

▼B

Artikolu 6

Tixrid

L-istatistika Komunitarja bbażata fuq id-data msemmija fl-Artikolu 4 għandha tkun imxerrda bi frekwenza simili għal dik stabbilita għat-trasmissjoni ta' data mill-Istati Membri.

▼M3

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

▼B

Artikolu 7

Il-kwalità tad-data

▼M3

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-rekwiżiti u l-kriterji metodoloġiċi mfassla sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-data prodotta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data trasmessa.

3.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trasmessa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport li jkun fih tali informazzjoni u data li jistgħu jiġu mitluba minnha sabiex tivverifika l-kwalità tad-data trasmessa.

▼M3

4.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità li għandhom jiġu applikati għad-data li għandha tiġi trażmessa huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-arranġamenti, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta’ komparabbiltà għar-rapporti tal-kwalità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

▼M3

Artikolu 8

Rapporti dwar l-implementazzjoni

Sal-31 ta’ Diċembru 2020 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u dwar żviluppi futuri:

F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-Istati Membri dwar titjib potenzjali u dwar il-ħtiġijiet tal-utenti. B’mod partikolari, dak ir-rapport għandu:

(a) jivvaluta l-benefiċċji, għall-Unjoni, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti tal-informazzjoni statistika, tal-istatistika prodotta, meta mqabbla mal-ispejjeż tagħhom;

(b) jivvaluta l-kwalità tad-data trażmessa u l-metodi użati għall-ġbir tad-data.

Artikolu 9

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(5), fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 4(4) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-7 ta’ Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi ta’ żmien bl-istess durata, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 2 )

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat bis-saħħa tal-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet transizzjonali u taħsir

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżultati statistiċi għas-sena 2006 skond id-Direttiva 80/1119/KEE.

2.  Id-Direttiva 80/1119/KEE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS A



Tabella A1.  Merkanzija ttrasportata skond it-tip ta' oġġett (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“A1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Tip ta' oġġett

2-karattri numeriċi

NST 2000 (2)

 

Tip ta' imballaġġ

1-karattrui numeriku

1 = Merkanzija f'kontejners

2 = Merkanzija mhux f'kontejners u kontejners vojta

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

(1)   Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:
— “NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.
— “Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.
— “ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(2)   Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.




ANNESS B



Tabella B1.  Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastiment u skond it-tip ta' bastiment (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“5B1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Tip ta' trasport

1-karattru alfabetiku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Tip ta' bastiment

1-karattru numeriku

1 = Barkun immotorizzat

2 = Barkun mhux immotorizzat

3 = Barkun tat-tanker immotorizzat

4 = Barkun tat-tanker mhux immotorizzat

5 = Bastimenti oħrajn li jġorru l-merkanzija

6 = Bastiment marittimu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (2)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

(1)   Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:
— “NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.
— “Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.
— “ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(2)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata l-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.



Tabella B2.  Traffiku tal-bastimenti (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“B2”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Tip ta' trasport

1-karattru alfabetiku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżiti)

3 = Tranżitu

 

Numru ta' movimenti ta' bastimenti mgħobbija

 

 

Movimenti tal-bastimenti

Numru ta' movimenti ta' bastimenti vojta

 

 

Movimenti tal-bastimenti

Bastiment -Km (bastimenti mgħobbija)

 

 

Bastiment-Km

Bastiment-Km (bastimenti vojta)

 

 

Bastiment-Km

NOTA: Il-provvediment ta' din it-Tabella B2 mhux obbligatorju.




ANNESS C



Tabella C1.  Trasport tal-kontejners skond it-tip ta' oġġett (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“C1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Daqs tal-kontejner

1-karattru numeriku

1 = 20' unitajiet ta' tagħbija

2 = 40' unitajiet ta' tagħbija

3 = unitajiet ta' tagħbija > 20' u < 40'

4 = unitajiet ta' tagħbija > 40'

 

Status tat-tagħbija

1-karattru numeriku

1 = Kontejners mgħobbija

2 = Kontejners vojta

 

Tip ta' oġġett

2-karattri numeriċi

NST 2000 (2)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

TEU

 

 

TEU

TEU-Km

 

 

TEU-Km

(1)   Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:
— “NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.
— “Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.
— “ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(2)   Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.




ANNESS D



Tabella D1.  Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“D1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Kwart ta' sena

2-karattri numeriċi

41 = L-1 kwart

42 = It-2 kwart

43 = It-3 kwart

44 = Ir-4 kwart

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (1)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

(1)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata il-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.



Tabella D2.  Trasport bil-kontejner skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“D2”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Kwart tas-sena

2-karattri numeriċi

41 = L-1 kwart

42 = It-2 kwart

43 = It-3 kwart

44 = Ir-4 kwart

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (1)

 

Status tat-tagħbija

1-karattru numeriku

1 = Kontejners mgħobbija

2 = Kontejners vojta

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

TEU

 

 

TEU

TEU-Km

 

 

TEU-Km

(1)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtat il-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.




ANNESS E



Tabella E1.  Trasport ta' merkanzija (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“E1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Tip ta' oġġett

2-karattri numeriċi

NST 2000 (1)

 

Totral ta' tunnellati trasportati

 

 

Tunnellati

Total ta' tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

(1)   Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.

▼M2




ANNESS F



NST 2007

Diviżjoni

Deskrizzjoni

01

Prodotti ta’ l-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd

02

Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali

03

Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju

04

Prodotti ta’ l-ikel, xorb u tabakk

05

Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

06

Injam u prodotti ta’ l-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal ta’ l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat

07

Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

08

Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari

09

Prodotti oħra minerali li m’humiex metalliċi

10

Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir

11

Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju ta’ l-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta’ preċiżjoni u ottiċi; arloġġi

12

Tagħmir ta’ trasport

13

Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c.

14

Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta’ skart

15

Posta, pakketti postali

16

Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija

17

Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c.

18

Merkanzija raggruppata: taħlita ta’ tipi ta’ merkanzija li huma ttrasportati flimkien

19

Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16.

20

Merkanzija oħra n.e.c.

▼M3 —————



( 1 ) ( Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).