12005SPN06/10/B

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - Anness VI:Lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll: disposizzjonijiet transitorji, Bulgarija - 10.L-ambjent - B.L-immaniġġar ta' l-iskart

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0119 - 0124


B. L-IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART

1. 31993 R 0259: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 ta' l- 1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:

- 32001 R 2557: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2557/2001 tat- 28.12.2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

(a) Sal- 31 ta' Diċembru 2014, kull vjeġġ lejn il-Bulgarija bi skart għall-irkupru elenkat fl-Anness II, mar-Regolament (KEE) Nru. 259/93 għandu jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti u pproċessat b'konformità ma' l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament.

(b) B'deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari jistgħu joġġezzjonaw sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal vjeġġi lejn il-Bulgarija għall-irkupru ta' l-iskart segwenti elenkat fl-Anness III b'konformità mar-raġunijiet għal oġġezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament. Tali vjeġġi għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 10 tar-Regolament.

AA. SKART LI FIH IL-METALL

- AA 090 Skart u residwi ta' l-arseniku

- AA 100 Skart u residwi tal-merkurju

- AA 130 Likwuri magħmula minn salmura tal-metalli

AB. SKART LI FIH PRINĊIPALMENT KOSTITWENTI ORGANIĊI, LI JISTA' JKUN FIH METALLI U MATERJALI ORGANIĊI

AĊ. SKART LI FIH PRINĊIPALMENT KOSTITWENTI INORGANIĊI, LI JISTA' JKUN FIH METALLI U MATERJALI INORGANIĊI

- AĊ 040 Ħama ta' Petrol bic-comb (gasoline)

- AĊ 050 Fluwidi termali (trasferiment ta' sħana)

- AĊ 060 Fluwidi idrawlici

- AĊ 070 Fluidi tal-brejkijiet

- AĊ 080 Fluidi ta' kontra l-iffriżar

- AĊ 110 Phenols, phenol compounds inklużi chlorophenol fil-għamla ta' likwidi jew ħama

- AĊ 120 Polychlorinated naphtalenes

- AĊ 150 Chlorofluorocarbons

- AĊ 160 Halons

- AĊ 190 Frazzjonijiet żgħar daqs tentix mit-tqattigħ ta' karozzi

- AĊ 200 Komposti organiċi fosforiċi

- AĊ 230 Residwi minn distillazzjoni aloġenata jew mhux aloġenata mhux milwiema li joriġinaw minn solventi organici waqt ħidmiet ta' rkupru

- AĊ 240 Skart li ġej mill-produzzjoni ta' idrokarburi aloġenati alifatiċi (bħalma huma l-klorometani, id-dikloro-etanu, il-klorur tal-vinil, il-klorur tal- vinilidene, il-klorur ta' l-allile u l-epikloridrina)

- AĊ 260 Demel tal-qżieqeż f'għamla likwida; ħmieġ

AD. SKART LI JISTA' JKUN FIH KOSTITWENTI JEW INORGANIĊI JEW ORGANIĊI

- AD 010 Skart mill-produzzjoni u mill-preparazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi

Skart li jikkontieni, jikkonsisti jew huwa kkontaminat minn, kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

- AD 040 Ċjanuri inorganiċi, ħlief għal residwi li jkun fihom metall prezzjuż f'għamla solida li jkun fihom traċċi ta' ċjanuri inorganiċi

- AD 050 Ċjanuri organiċi

- AD 060 Skart minn żjut/ilma, idrokarburi/taħlitiet ta' l-ilma, emulsjonijiet

- AD 070 Skart mill-produzzjoni, formulazzjoni w użu ta' linka, kuluri, pigmenti, żebgħa, lacquers, vernic

- AD 150 Materjal organiku naturali, użat bħala mezz ta' filtrazzjoni (bħalma huma l-bijofiltri)

- AD 160 Skart muniċipali/domestiku

Dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa mhux iżjed tard mill- 31 ta' Diċembru 2012 taħt il-proċedura definita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal- 15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [9], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE [10].

(ċ) B'deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari jistgħu, sal- 31 ta' Diċembru 2009, joġġezzjonaw għal vjeġġi lejn il-Bulgarija ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Anness IV mar-Regolament kif ukoll għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru li mhux elenkat fl-Annessi mar-Regolament konformement mar-raġunijiet għal oġġezzjoni kif stipulati fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament.

(d) B'deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93, l-awtoritajiet kompetenti Bulgari għandhom joġġezzjonaw għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru elenkat fl-Annessi II, III u IV mar-Regolament kif ukoll għal vjeġġi ta' skart għall-irkupru li mhuwiex elenkat f'dawk l-Annessi li huma destinati għal impjant li jgawdi minn deroga temporanja minn xi disposizzjoniet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l- 24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis [11] jew id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni [12], matul il-perjodu li fih id-deroga temporanja hija applikata fir-rigward ta' l-impjant tad-destinazzjoni.

2. 31994 L 0062: Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10), kif l-aħħar emendata bi:

- 32004 L 0012: Direttiva 2004/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11.2.2004 (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 26).

(a) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 94/62/KE, il-Bulgarija għandha tilħaq ir-rata globali għall-irkupru jew għall-ħruq f'impjanti ta' ħruq ta' skart b'irkupru ta' l-enerġija sal- 31 ta' Diċembru 2011 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 35 % tal-piż sal- 31 ta' Diċembru 2006, 39 % għall-2007, 42 % għall-2008, 46 % għall-2009 u 48 % għall-2010.

(b) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 94/62/KE, il-Bulgarija għandha tilħaq ir-rata globali għall-irkupru jew għall-ħruq f'impjanti ta' ħruq ta' skart b'irkupru ta' l-enerġija sal- 31 ta' Diċembru 2014 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 50 % tal-piż għall-2011, 53 % għall-2012 u 56 % għall-2013.

(ċ) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(ċ) tad-Direttiva 94/62/KE, sal- 31 ta' Diċembru 2009 il-Bulgarija għandha tilħaq il-mira ta' riċiklaġġ għall-plastik skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 8 % tal-piż sal- 31 ta' Diċembru 2006, 12 % għall-2007, u 14,5 % għall-2008.

(d) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva 94/62/KE, il-Bulgarija għandha tilħaq il-mira globali ta' riċiklaġġ sal- 31 ta' Diċembru 2014 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 34 % tal-piż sal- 31 ta' Diċembru 2006, 38 % għall-2007, 42 % għall-2008, 45 % għall-2009, 47 % għall-2010, 49 % għall-2011, 52 % għall-2012 u 54,9 % għall-2013.

(e) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(e)(i) tad-Direttiva 94/62/KE, sal- 31 ta' Diċembru 2013 il-Bulgarija għandha tilħaq il-mira ta' riċiklaġġ għall-ħġieġ skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 26 % tal-piż sal- 31 ta' Diċembru 2006, 33 % għall-2007, 40 % għall-2008, 46 % għall-2009, 51 % għall-2010, 55 % għall-2011 u 59,6 % għall-2012.

(f) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(e)(iv) tad-Direttiva 94/62/KE, sal- 31 ta' Diċembru 2013 il-Bulgarija għandha tilħaq il-mira ta' riċiklaġġ għall-plastik, meħud esklussivament fil-kont il-materjal li jiġi riċiklat lura fi plastik, skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 17 % tal-piż għall-2009, 19 % għall-2010, 20 % għall-2011 u 22 % għall-2012.

3. 31999 L 0031: Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas- 26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f' terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1), kif emendata bi:

- 32003 R 1882: Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

B'deroga mill-Artikolu 5(3)(a) u (b) u mit-tieni inċiż tal-punt 2 ta' l-Anness I mad-Direttiva 1999/31/KE u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(ċ)(ii) tad-Direttiva u d-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal- 15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [13], il-ħtiġijiet għal skart likwidu, korrużiv u ossidanti, u għal dak li jirrigwarda l-prevenzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ milli jidħol fl-iskart f'terraferma, ma għandhomx japplikaw għall-14-il impjant eżistenti, li ġejjin, sal- 31 ta' Diċembru 2014:

1. "Polimeri"sludge pond, Varna, Devnya;

2. "Solvay Sodi", "Deven" u "Agropolichim"ash-sludge pond kombinati, Varna, Devnya fil-muniċipalità ta' Varna;

3. TPP "Varna"ashpond, Varna, Beloslav;

4. "Sviloza"ashpond, Veliko Tarnovo, Svishtov;

5. TPP fi "Zaharni zavodi"ashpond, Veliko Tarnovo, Gorna Orvahovitsa;

6. "Vidachim v likvidatsiya"ashpond, Vidin, Vidin;

7. "Toplofikatsia-Ruse" TPP "Ruse-East"ashpond, Ruse, Ruse;

8. TPP "Republika", "COF-Pernik" u "Kremikovtsi-Rudodobiv"ashpond, Pernik, Pernik;

9. "Toplofikatsia Pernik" u "Solidus" -Pernik ashpond, Pernik, Pernik;

10. TPP "Bobov dol"ashpond, Kyustendil, Bobov dol;

11. "Brikel"ashpond, Stara Zagora, Galabovo;

12. "Toplofikatsia Sliven"ashpond, Sliven, Sliven;

13. TPP "Maritsa 3"ashpond, Haskovo, Dimitrovgrad;

14. TPP "Maritsa 3"ashpond, Haskovo, Dimitrovgrad;

Il-Bulgarija għandha tiżgura riduzzjoni gradwali ta' skart f'terraferma f'dawn l-14-il impjant eżistenti li mhumiex f'konformità skond il-kwantitajiet massimi annwali li ġejjin:

- sal- 31 ta' Diċembru 2006: 3020000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2007: 3010000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2008: 2990000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2009: 1978000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2010: 1940000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2011: 1929000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2012: 1919000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2013: 1159000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2014: 1039000 tunnellata metrika.

4. 32002 L 0096: Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' Jannar 2003 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24), kif emendata bi:

- 32003 L 0108: Direttiva 2003/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8.12.2003 (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106).

B'deroga mill-Artikoli 5(5) u 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE, il-Bulgarija għandha tilħaq ir-rata ta' ġbir separat ta' WEEE minn residenzi privati fuq medja ta' mill-anqas erba' kilogrammi għal kull abitant fis-sena, ir-rata ta' rkupru u r-rata ta' l-użu mill-ġdid ta' komponenti u riċiklagg ta' materjal u sustanzi sal- 31 ta' Diċembru 2008.

[9] ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[10] ĠU L 78, 26.3.1991, p. 32.

[11] ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26.

[12] ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

[13] ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE, u kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------