Official Journal L 061 , 10/03/1999 P. 0016 - 0022
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/1999 tad-9 ta' Marzu 1999 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 [1] dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2261/98 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu, Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tn-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi nterpretata n-Nomenklatura Magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija msejsa fuqha fl-intier tagħha jew f'parti minnha jew li żżid kull sudiviżjoni addizzjonali u li hija stabblita b'disposizzonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma' dan ir-Regolament trid tiġi kklassifikata taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3. Billi huwa approprjat illi, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi tal-kontrolli doppji u għas-sorveljanza Komunitarja minn qabel u retrospettiva tal-prodotti tessili ma' l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità, it-tagħrif li jorbot tat-tariffa fil-materja tal-klassifika ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jista' jissokta jiġi invokat skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 82/97 [4], għal perjodu taż-żmien ta' 60 jum mill-pussessur; Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tat-Tariffi u n-Nomenklatura Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklasifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi tal-kontrolli doppji u tas-sorveljanza Komunitarja minn qabel u retrospettivament tal-prodotti tessili ma' l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità, it-tagħrif li jorbot tat-tariffa fil-materja tal-klassifika ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda maħruġa mill-awtoritajet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx iktar ma' dan ir-Regolament jista' jissokta jiġi invokat skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu taż-żmien ta' 60 jum. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 292, tat-30.10.1998, p. 1. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Id-Deskrizzjoni | Il-Klassifika tal-Kodiċi tan-NM | Ir-Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Ingwanta ta' l-ice hockey li Il-Klassifika hija stabbilita bid- l-parti tagħha ta' fuq (id-dahar) hija kkuttunata għall-protezzjoni u mgħottija b'materjal mhux minsuġ u għal kollox fuq iż-żewġ naħat bil-plastik.Il-keffa ta' l-id hija komposta minn bl-eċċezzjoni tas-saba' l-kbir huma mikro-fibra tal-polijamid mhux minsuġ. Is-sezzjoniet bejn is-swaba' magħmula minn drapp maħdum bil-labar ta' kulur wieħed.(Ara r-ritratt Nru 573) | 39252000 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispo\izzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3b u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, Nota 3b tal- Kapitolu 36 u l-għoti tal-kliem tal- Kodiċijiet tan-NM 3926 u 39162000. Ara wkoll in-Noti ta' Spjega tal-HS għall-intestatura 9506. Id-dahar ta' l-ingwanta għandu funzjoni protettiva li tagħti l-karattru essenzjali lill-prodott. | 2.Biċċa ħwejjeġ ħafifa tintlibes miftuħa maħduma bil-labra (100 % tal-qoton), ta' kulur wieħed li tgħatti l-ġisem sa nofs il-koxxa (tul totali: 96 ċm), maqtugħa għad-dritt, li jwassal sa nofs il-koxxa. Għandha għonq miftuħ ġej għat-tond u kmiem qosra. Hija wkoll imkeffa fil-kmiem u fit-tarf tal- lbies u għandha fetħiet mal-ġnub ta' madwar 8 ċm tul fil-qiegħ tal-lbies.Għandha wkoll ir-rakkmu fuq quddiem.(Libsa)(Ara r-ritratt Nru 578) | 61044200 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda kif ukoll bil- għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6104 u 61044200. Ara wkoll in-Noti ta' Spjega man- Nomenklatura Magħquda li għandhom x'jaqsmu mal- kodiċijiet 61044100 u 61044900. Il-klassifika bħala libsa ta' bil-lejl hija eskluża, billi li l-ilbies fil-kwistjoni, minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jista' jintlibes indaqs fis-sodda u f'postijiet oħra, u mhux maħsub għalbiex jintlibes b'mod esklussiv jew essenzali bħala lbies ta' bil-lejl. Sforz it-tul ta' dan l-ilbies, ma jistax jiġi klassifikat taħt il-kodiċi CN 6109 | 3.Biċċa ħwejjeġ ta' kulur wieħed magħmula minn drapp maħdum bil- li għandha medja ta' 10 ponti kull ċentimetru lineari ddisinjata biex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem u twassal sal-koxxa. Il-lbies maqtugħ fid-dritt għandu kmiem qosra u t-tarf ta' isfel għandu l-keffa.Għandu għonq mal-għonq u fetħa parzjali fuq wara li tinqafel b'buttuna.(Blaws)(Ara r-ritratt Nru 575) | 61062000 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- diposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda Nota 4 tal- Kapitolu 51 u l-għoti tal-kliem tan-NM 6106 u 61062000 Ara wkoll il-Noti ta' Spjega tan- Nomenklatura Magħquda (Intestatura 6106) | 4.Biċċa ħwejjeġ bil-kmiem qosra maħduma bil-labra magħmula minn drapp bi pjiegi ħfief tal-fibri tessili sinetiċi (100 % polijester), miftuħa, mingħajr għonq. Iddisinjata għalbiex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem sal- koxxa.Għandha żewġ panewwijiet fuq quddiem imqabbda ma' xulxin b'katina indurata tal-metall miżmuma b'żewġ buttuni dekorattivi.Il-lbies għandu fetħa parzjali fuq in- naħa ta' wara mill-għonq ‘l isfel u jitwaħħal b'buttuna.Għandu rinforzi (pads) fuq l- ispallejn u t-truf ta' isfel u tal- kmiem għandhom il-keffa.Fuq il-quddiem kollu tal-lbies hemm parament meħjut fuq in-naħ ta' ġewwa meħjut mal-blaws.Il-parament huwa ta' kulur differenti mill-bqija tal-lbies u għandu għonq fit-tond.(Blaws)(Ara r-ritratt Nru 577) | 61062000 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispo\izzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, Nota 9 tal- Kapitolu 61, kif ukoll il-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6106 u 61062000. Ara wkoll in-Noti ta' Spjega għan- Nomenklatura Magħquda li għandhom jaqsmu mal-kodiċi tan-Nm 6106. | 5.Biċċa ħwejjeġ ta' kulur wieħed magħmula minn drapp magħmul bil-labra bil-pjiegi ħfief (100 % polijester), maqtugħ għad-dritt u ddisinjat biex jgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem sal-koxxa; hija mingħajr kmiem u t-toqob tal-kmiem fit-tond.Il-lbies għandu għonq ittundjat mingħajr ftuħ. Marbut madwar il- għonq u l-kmiem.(Kamiżetta)(Ara r-ritratt Nru 576) | 61099030 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, Nota 2 addizzjonali mal-Kapitolu 61, u l-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6109, 610990 u 61099030. | 6.Ingwanta wżata għall-ice hockey.Id-dahar ta' l-ingwanta huwa rrinfurzat (padded) għall-protezzjoni. Id-drapp fuq barra maħdum bil-labra huwa magħmul mill-fibri sintetiċi (polijester). Il-keffa ta' l-id hija magħmula minn mikro-fibri mhux minsuġa tal-polijamid.(Ara r-ritratt Nru 574) | 61169300 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda u l-għoti tal- kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6116 u 61169300. Ara wkoll in-Nota ta' Spjega tal-HS Intestatura 9506. Id-dahar ta' l-ingwanta għandha funzjoni protettiva li tagħti l-karattru essenzjali ta' l-ingwanta. | 7.Biċċa ħwejjeġ minsuġa iddisinjata ċangaturi li toqgħod miftuħa (100 % qoton) maħsuba biex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem u tilħaq sal-koxxa, b'għonq bil-pavri f'materjal differenti. Imkeffa fit-truf tal-kmiem u fit-tarf tal-lbies. Jgħaddi kurdun irqiq fil-keffa.Din il- biċċa ħwejjeġ għandha żewġ fetħiet ta' madwar 7 ċm.Hija miftuħa għal kollox fejn jitqiegħdu l-buttuni fuq quddiem u għandha żewġt ibwiet minn ġewwa fuq is-sider li jistgħu jingħalqu b'għeluq li jimxi.(Qmis)(Ara r-ritratt Nru 579) | 62052000 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, Nota 8 mal- Kapitolu 62, kif ukoll il-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6205 u 62052000. Il-preżenza tal-kurdun irqiq ma sservi għall-ebda għan prattiku u bl-ebda mod ma taffettwa l-klassifika tal-lbies bħala qmis ta' l-irġiel. | 8.Biċċa ħwejjeġ ħafifa u toqgħod miftuħa ħafna, ta' drapp ta' ħxuna ta' 2 mm stampat bħas-satin minsuġ u jleqq (87 % polijester, 13 % qoton), b'għonq bil-pavri, maqtugħa għad-dritt u bil-keffa ġejja għall-kurva, maħsuba biex tgħatti l-partijiet ta' fuq u ta' isfel sa l-irkobba (tul totali = 95 ċm).Għandha kmiem twal u wesgħin, skollatura fil-għamla ta' V, tinfetaħ għat-tul kollu fuq quddiem u tista' tingħalaq bil-buttuni mil-lemin għal fuq ix-xellug.L-lbies għandu wkoll but fuq is-sider meħjut bi drapp ileqq bħas-satin li jieħu l-kulur minnu nnifsu u minsuġ fuq l-għonq, fit-truf tal-kmiem u fuq mill-but.Ilbies ta' bil-lejl(Ara r-ritratt Nru 569) | 62082200 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, in- Nota sub-intestatura 2(A) tat-Taqsima XI, Noti 1 u 8 tal-Kapitolu 62, u l-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6208 u 62082200 Jitqiesu: fid-dehra ġenerali,qatgħa mlaħalħa ħafna,il-kmiem twal li għandha,il-keffa tagħha fil-għamla ta' kurvaid-drapp minsuġ ileqq bħas- satin li hija ffabbrikata,il-fatt li tagħti ċertu konfort, din il- ‘l biċċa ħwejjeġ trid tiġi kklassifikata bħala libsa ta' bil-lejl. | 9.Set ta' żewġ tibdiliet għall-bejgħ li jikonsistu f':(a)Biċċa ħwejjeġ ħafifa u toqgħod miftuħa ħafna, ta' drapp ta' ħxuna ta' 5 mm tas-satin minsuġ u jleqq b'diżinn ipprintjat, b'għonq bil-pavri, maqtugħa għad-dritt u bil-keffa ġejja għall-kurva, maħsuba biex tgħatti l-partijiet ta' fuq u ta' isfel sa l-qagħdt (tul totali = 95 ċm).Għandha kmiem twal u wesgħin, skollatura fil-għamla ta' V, tinfetaħ għat-tul kollu fuq quddiem u tista' tingħalaq bil-buttuni mil-lemin għal fuq ix-xellug.L-lbies għandu wkoll but fuq is-sider meħjut bi drapp ileqq bħas-satin li jieħu l-kulur minnu nnifsu u minsuġ fuq l-għonq, fit-truf tal-kmiem u fuq mill-but(b)qalziet ħafif magħmul minn 0,5 mm ta' ħxuna ta' satin (83 % poliester, 17 % suf) maqtugħ dritt mill-qadd sa l-għaksa, u jkollu l-lokstu mal-qadd, kif ukoll maż-żewġt iqliezi(Piġama)(Ara r-ritratti Nru 570 A u 570 B) | 62082200 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, Nota 2 (A) tat-Taqsima XI, noti 1 u 8, Kapitli sa 62 u l-kliem tal kodiċi CN 6208 u 62082200 Ara wkoll in-noti tan-nomenklatura bil-kodiċi CN 62082100 sa 62082900 U kkosidra l-: Apparenza tagħhomIl-qatgħa ħafifa li għandhomIl-kmiem wesgħinIl-materjal tas-satin li jleqqIl-fatt li l-kumdità li jagħtu dawn il-ħwejjeġ jiġu klassifkati bħala piġami | 10.L-inkwanti tal-gowler li jintużaw għall-ħoki normalment milbusa fl-id ix-xellugijaDin hija ingwanta użata mill-gowler biex jilqa' l-ballun. Għandha taqsima separta apposta ghas-swaba'. Is-suba' l-kbir u ta' maġendu huwa separati bi jata apposta. Il-palma hija magħmula minn mikrofibidi u l-qoxra tacha hija ta' materjal li jixbaħ lill-plastik.Ara r-ritratt Nru 572 | 62160000 | Il-Klassifika hija stabbilita bid- dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda u l-għoti tal- kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6116 u 61169300 Ara wkoll in-Nota ta' Spjega tal-HS Intestatura 9506. Id-dahar ta' l-ingwanta għandha funzjoni protettiva li tagħti l-karattru essenzjali ta' l-ingwanta. | +++++ TIFF +++++ | +++++ TIFF +++++ | +++++ TIFF +++++ | --------------------------------------------------