<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-708/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0708</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:986">EU:C:2021:986</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20211209">9.12.2021</DATE> – Kawża C‑708/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">BT (Teħid ta’ azzjoni kontra l-persuna assigurata)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20211209">9 ta’ Diċembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ assigurazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal kumpens għad-dannu subit minn individwu ddomiċiljat fi Stat Membru wara inċident li seħħ f’abitazzjoni mikrija fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni miġjuba mill-persuna leża kontra, minn naħa, l-assiguratur u, min-naħa l-oħra, il-persuna assigurata, proprjetarja ta’ din l-abitazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà tal-Artikolu 13(3) ta’ dan ir-regolament</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑708/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-County Court at Birkenhead (il-Qorti tal-Kontea ta’ Birkenhead, ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20201230">30 ta’ Diċembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">BT</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Seguros Catalana Occidente,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">EB,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, M. Safjan (relatur) u M. Gavalec, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal EB, minnha nnifisha,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u. Bartl, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn A. Peluso, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Ladenburger, X. Lewis u S. Noë, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn BT u, Seguros Catalana Occidente u EB, fir-rigward ta’ talba ppreżentata minn BT sabiex tikseb kumpens għad-dannu sostnut wara inċident li seħħ fi proprjetà immobbli ta’ EB.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 16, 18 u 34 tar-Regolament Nru 1215/2012 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(16)</NO.P><TXT>Barra [l-qorti ta]d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni [qrati awtorizzati] bbażati fuq konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. L-eżistenza ta’ konnessjoni mill-qrib għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u tevita l-possibbiltà li l-konvenut jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru li dan il-konvenut ma setax raġonevolment jipprevedi. Dan hu importanti b’mod partikolari fir-rigward ta’ tilwim li jirriżulta minn obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn ksur tal-privatezza u tad-drittijiet relatati mal-personalità, inkluża l-malafama.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>B’relazzjoni mal-kuntratti ta’ assigurazzjoni, tal-konsumatur u ta’ impjieg, il-parti l-anqas b’saħħitha għandha tiġi mħarsa b’regoli ta’ ġurisdizzjoni aktar favorevoli għall-interessi tagħha milli r-regoli ġenerali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni [tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)], ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 [tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar il- ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="012" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2001">ĠU 2001, L 12, p. 1</REF.DOC.OJ>)] u dan<?PAGE NO="3"?> ir-Regolament, u għal dan il-għan għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet tranżitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-[Konvenzjoni ta’ Brussell] u r-Regolamenti li jissostitwixxieha.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012, li hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tinkludi l-Artikoli 10 sa 16 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din it-Taqsima, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 u l-punt 5 tal-Artikolu 7.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Assiguratur domiċiljat fi Stat Membru jista’ jiġi mfittex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fil-qrati tal-Istat Membru fejn ikun domiċiljat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fi Stat Membru ieħor, fil-każ ta’ azzjonijiet miġjuba minn dak li jkollu l-polza ta’ assigurazzjoni, dak li jkun assigurat jew xi benefiċjarju, fil-qrati tal-post fejn ir-rikorrent ikun domiċiljat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jekk ikun koassiguratur, fil-qrati ta’ Stat Membru li fih jinġiebu l-proċedimenti kontra l-assiguratur prinċipali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Assiguratur li ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru iżda li jkollu fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor f’wieħed mill-Istati Membri għandu, fi kwistjonijiet li jinqalgħu mill-operazzjonijiet tal-fergħa, aġenzija jew stabbiliment, ikun meqjus li jkun domiċiljat f’dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont kliem l-Artikolu 13 tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbilità, l-assiguratur jista’ wkoll, jekk tippermetti l-liġi tal-qorti, jiġi kjamat fil-proċedimenti li l-parti li tkun ġarrbet il-ħsara tkun ressqet kontra l-assiguratur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikoli 10, 11 u 12 għandhom japplikaw għall-azzjonijiet miġjuba mill-parti li tkun ġarrbet il-ħsara kontra l-assiguratur, meta tali azzjonijiet diretti jkunu permessi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-liġi li tirregola tali azzjonijiet diretti tipprevedi li min ikollu polza ta’ assigurazzjoni jew dak li jkun assigurat jista’ jiġi kjamat [mħarrek] fil-kawża, l-istess qorti għandu jkollha ġurisdizzjoni fuqhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑tilwima fil‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>BT, iddomiċiljata fir-Renju Unit, kellha inċident meta kienet vaganza fi Spanja, matul is-sena 2018. Dan l-inċident seħħ fi proprjetà immobbli ta’ EB, li hija ddomiċiljata fl-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Seguros Catalana Occidente hija l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili ta’ EB f’dak li jirrigwarda din il-proprjetà immobbli u għandha s-sede tagħha fi Spanja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>BT tallega li, konformement għall-kuntratt konkluż, f’isimha, minn membru tal-familja tagħha, EB aċċettat li tipprovdilha akkomodazzjoni, flimkien mal-familja tagħha, fl-imsemmija proprjetà immobbli mill‑<DATE ISO="20180331">31 ta’ Marzu 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180403">3 ta’ April 2018</DATE>, BT kienet weġġgħet wara waqgħa inċidentali li seħħet f’bitħa li tifforma parti mill-istess proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>BT iddeċidiet li tressaq azzjoni kontra EB u Seguros Catalana Occidente għad-danni u għat-telf sostnut minħabba din il-waqgħa. Hija ssostni li EB kellha, fil-konfront tagħha, obbligu li jista’ jagħti lok għal responsabbiltà kuntrattwali u għal responsabbiltà fil-qasam ta’ delitt, li tikkonsisti f’li turi diliġenza u kompetenza raġonevoli sabiex tiżgura ruħha li l-proprjetà immobbli setgħet tintuża b’mod raġonevolment sikur u li hija kisret dan l-obbligu. Skont BT, EB kellha tinstalla poġġaman jew sinjal ta’ twissija fl-akwati immedjati tal-imsemmija tarġa jew inkella timmarkaha b’xi mod jew ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-proċedura tressqet quddiem il-County Court Money Claims Centre (England and Wales) (iċ-Ċentru għall-Ilmenti Pekunjarji tal-Qorti tal-Kontea (l-Ingilterra u Wales), ir-Renju Unit), fl‑<DATE ISO="20190414">14 ta’ April 2019</DATE>. Din ġiet sussegwentement innotifikata lill-konvenuti, jiġifieri Seguros Catalana Occidente u EB, u sussegwentement ġiet ittrasferita lill-County Court at Birkenhead (il-Qorti tal-Kontea ta’ Birkenhead, ir-Renju Unit).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>BT issostni li l-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales għandhom ġurisdizzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ Seguros Catalana Occidente abbażi tal-Artikolu 11(1)(b) u tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>BT issostni, fir-rigward ta’ EB, li rikorrent jista’ jressaq azzjoni kontra persuna assigurata ddomiċiljata f’pajjiż barrani f’azzjoni miġjuba kontra assiguratur stabbilit f’pajjiż barrani abbażi tal-Artikolu 13(3) ta’ dan ir-regolament. Fil-fehma tagħha, l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kontestazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> bejn l-assiguratur u l-persuna assigurata f’dak li jirrigwarda l-validità jew l-effett tal-polza tal-assigurazzjoni ma hijiex neċessarja f’dan ir-rigward. L-unika kundizzjoni li għandha tkun issodisfatta abbażi tal-imsemmi Artikolu 13(3) hija li tali taħrik tal-persuna assigurata jkun previst mil-liġi li tirregola l-azzjoni diretta kontra l-assiguratur, f’dan il-każ il-liġi Spanjola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Seguros Catalana Occidente ma kkontestatx il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju u ppreżentat ir-risposta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>, EB ikkontestat il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales biex jiddeċiedu dwar it-talbiet imressqa kontriha minn BT abbażi tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-opinjoni ta’ EB, din id-dispożizzjoni tapplika biss għat-talbiet fil-qasam ta’ assigurazzjoni. Issa, fil-fehma tagħha, it-talba ta’ BT hija talba għal kumpens għad-dannu u għat-telf indirett li jirriżulta minn allegata negliġenza fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għall-vakanzi. Din ma hijiex talba fil-qasam ta’ assigurazzjonijiet u din ma tistax issir tali għas-sempliċi fatt li hija tressqet fil-kuntest tal-istess azzjoni bħall-azzjoni diretta kontra l-assiguratur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Qabel ma t-talba ta’ EB intiża li tikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales ma tkun tista’ tinstema’, Seguros Catalana Occidente ċċarat il-pożizzjoni tagħha fuq il-mertu u sostniet li l-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet previsti mill-polza tal-assigurazzjoni kienu jfissru li din tal-aħħar ma kinitx testendi għall-użu tal-proprjetà immobbli minn EB għal finijiet ta’<?PAGE NO="5"?> akkomodazzjoni, bi ħlas, ta’ terzi għal vaganzi. Seguros Catalana Occidente, b’konsegwenza ta’ dan, ikkontestat li hija obbligata tikkumpensa lil EB b’relazzjoni mal-inċident inkwistjoni u talbet, sussegwentement, iċ-ċaħda tat-talba mressqa minn BT kontriha. Il-qorti tar-rinviju ssospendiet id-deċiżjoni dwar it-talba de Seguros Catalana Occidente intiża għaċ-ċaħda tat-talba mressqa minn BT, sakemm tingħata risposta għal din it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Dik il-qorti tqis li hija għandha minn qabel tqis il-kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha minn EB. Hija tispeċifika li Seguros Catalana Occidente ma tipparteċipax fil-proċedura f’dak li jirrigwarda dan l-aspett tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-County Court at Birkenhead (il-Qorti tal-Kontea ta’ Birkenhead) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(3) [tar-Regolament Nru 1215/2012] jeħtieġ li s-suġġett u l-kawża invokati mill-persuna leża insostenn ta’ talba indirizzata kontra d-detentur tal-polza/l-persuna assigurata jkunu jinvolvu kwistjoni relatata mal-assigurazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ikun biżżejjed, sabiex jiġi konkluż li t-talba mressqa mill-persuna leża kontra d-detentur tal-polza/l-persuna assigurata hija kwistjoni relatata mal-assigurazzjoni, li din it-talba tkun tirriżulta mill-istess fatti u tkun imressqa fil-kuntest tal-istess azzjoni bħat-talba mressqa direttament kontra l-assiguratur, anki jekk is-suġġett u l-kawża tat-talba tal-persuna leża mressqa kontra d-detentur tal-polza/l-persuna assigurata ma jkollhomx rabta mal-assigurazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u sussidjarjament, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ikun biżżejjed, sabiex jiġi konkluż li t-talba mressqa mill-persuna leża hija kwistjoni relatata mal-assigurazzjoni, li jkun hemm tilwima bejn l-assiguratur u l-persuna leża dwar il-validità jew l-effett tal-polza ta’ assigurazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ikun biżżejjed li l-liġi li tirregola l-azzjoni diretta kontra l-assiguratur tkun tippermetti li d-detentur tal-polza/l-persuna assigurata jiġu kkjamati fil-kawża [imħarrka] fil-kuntest tal-azzjoni diretta kontra l-assiguratur?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel tliet domandi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel tliet domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ azzjoni diretta miġjuba mill-persuna leża kontra assiguratur, konformement ma’ dan l-Artikolu 13(2), il-qorti tal-Istat Membru li fih tkun iddomiċiljata din il-persuna tista’ tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni wkoll, abbażi tal-imsemmi Artikolu 13(3), sabiex tiddeċiedi dwar talba għal kumpens imressqa fl-istess ħin mill-imsemmija persuna kontra d-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni jew il-persuna assigurata li hija ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor u li ma ġietx imħarrka mill-assiguratur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, sa fejn, konformement mal-premessa 34 tar-Regolament Nru 1215/2012, dan tal-aħħar iħassar u jissostitwixxi r-Regolament Nru 44/2001, li min-naħa tiegħu ssostitwixxa l-Konvenzjoni ta’ Brussell, l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti ġuridiċi msemmija l-aħħar tgħodd ukoll għar-Regolament Nru 1215/2012 meta dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Verein für Konsumenteninformation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:534">EU:C:2020:534</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, dan huwa l-każ kemm għall-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell kif ukoll għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 44/2001, minn naħa, u għall-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1215/2012, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-ġurisprudenza stabbilita tagħha, ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni biss it-termini tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tifforma parti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210324">24 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>MCP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑603/20 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:231">EU:C:2021:231</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-formulazzjoni tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1215/2012, moqri flimkien mal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni tipprevedi li, għalkemm il-liġi dwar l-azzjoni diretta li tinġieb mill-persuna leża kontra l-assiguratur tipprevedi t-taħrik tad-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni jew tal-persuna assigurata, l-istess qorti jkollha wkoll ġurisdizzjoni fir-rigward tagħhom. Għandu jiġi kkonstatat li fiha nnifisha din il-formulazzjoni ma tipprovdix risposta għall-ewwel tliet domandi magħmula f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-formulazzjoni ġenerali tar-Regolament Nru 1215/2012, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 13(3) ta’ dan ir-regolament jifforma parti mit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tiegħu. Din it-taqsima, li, skont it-titolu tagħha u skont l-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament, tiddetermina l-ġurisdizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>fil-qasam ta’ assigurazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tistabbilixxi sistema awtonoma ta’ tqassim tal-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ assigurazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>MMA IARD</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑340/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:576">EU:C:2017:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>fil-qasam ta’ assigurazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jirriżulta li n-natura tal-azzjoni diretta tal-persuna leża kontra l-assiguratur fid-dritt nazzjonali ma hijiex rilevanti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>FBTO Schadeverzekeringen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:792">EU:C:2007:792</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, EB, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea jsostnu, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, li azzjoni għal kumpens miġjuba minn persuna leża kontra persuna assigurata ma tistax taqa’ taħt l-Artikolu 13(3) ta’ dan ir-regolament, għaliex din ma tirriżultax minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>relazzjoni ta’ assigurazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, iżda taqa’ essenzjalment taħt il-qasam ta’ delitt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1215/2012, il-kunċett awtonomu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>fil-qasam ta’ assigurazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jippermetti li ssir distinzjoni bejn il-ġurisdizzjoni prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament fl-imsemmi qasam u l-ġurisdizzjoni speċjali prevista fit-Taqsima 2 tal-istess kapitolu fil-qasam kuntrattwali u fil-qasam ta’ delitt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>FBTO Schadeverzekeringen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:792">EU:C:2007:792</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li jitqies li, sabiex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi ta’ ġurisdizzjoni previsti f’din it-Taqsima 3, l-azzjoni li titressaq quddiem il-qorti għandha neċessarjament tqajjem kwistjoni dwar drittijiet u obbligi li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ assigurazzjoni bejn il-partijiet f’din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>fil-qasam ta’ assigurazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> timplika li wieħed ma jistax iqis li talba mressqa mill-persuna leża kontra d-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni jew il-persuna assigurata tikkostitwixxi talba fil-qasam ta’ assigurazzjonijiet biss minħabba l-fatt li din it-talba u t-talba mressqa direttament kontra l-assiguratur joriġinaw mill-istess fatti jew il-fatt li jeżisti, bejn l-assiguratur u l-persuna leża, nuqqas ta’ qbil dwar il-validità jew l-effett tal-polza tal-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tielet lok, l-interpretazzjoni teleoloġika, għandu, minn naħa, jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-premessa 18 tar-Regolament Nru 1215/2012 jirriżulta li l-azzjoni fil-qasam ta’ assigurazzjonijiet hija kkaratterizzata minn ċertu żbilanċ bejn il-partijiet, li d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament huma intiżi li jikkoreġu billi jagħtu lill-parti l-iktar dgħajfa l-benefiċċju ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni li jkunu iktar favorevoli għall-interessi milli r-regoli ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>MMA IARD</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑340/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:576">EU:C:2017:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Balta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑803/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:123">EU:C:2020:123</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Dan l-iżbilanċ huwa ġeneralment assenti meta azzjoni ma tikkonċernax l-assiguratur, li fil-konfront tiegħu kemm il-persuna assigurata kif ukoll il-persuna leża huma meqjusa bħala iktar dgħajfa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050526">26 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>GIE Réunion européenne <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑77/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:327">EU:C:2005:327</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Vorarlberger Gebietskrankenkasse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑347/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:561">EU:C:2009:561</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li, hekk kif jirriżulta mill-paġna 32 tar-Rapport dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell, imfassal minn P. Jenard (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1979">ĠU 1979, C 59, p. 1</REF.DOC.OJ>) [mhux disponibbli bil-Malti], l-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1215/2012 huwa intiż li jagħti lill-assiguratur id-dritt li jħarrek lill-persuna assigurata, inkwantu t-tielet parti fil-proċedura bejnu u bejn il-persuna leża, sabiex jipprovdilu arma kontra l-frodi u sabiex jiġi evitat li qrati differenti ma jagħtux deċiżjonijiet li ma jaqblux bejniethom. Minn dan jirriżulta li meta azzjoni għal kumpens inġiebet mill-persuna leża direttament kontra assiguratur u meta dan tal-aħħar ma wettaqx tali taħrik tal-persuna assigurata kkonċernata, il-qorti adita ma tistax tibbaża ruħha fuq din id-dispożizzjoni sabiex tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa ċertament minnu li, konformement mal-premessa 16 tar-Regolament Nru 1215/2012, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu interpretati b’teħid inkunsiderazzjoni tal-għanijiet li jikkonsistu f’li tiġi ffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, u li t-taħrik, mill-persuna leża, tal-persuna assigurata, inkwantu t-tielet parti għall-proċedura quddiem il-qorti adita, għandu jippermetti li jiġi evitat ir-riskju li fl-istess ħin ikun hemm żewġ kontenzjużi paralleli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li l-persuna leża tiġi awtorizzata tħarrek lill-persuna assigurata fuq il-bażi tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1215/2012 ikun jammonta għal evitar tar-regoli ta’ dan ir-regolament li jirrigwardaw il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ responsabbiltà fil-qasam ta’ delitt, kif huma ddefiniti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tiegħu. Fil-fatt, kull persuna leża tkun tista’ għalhekk tressaq rikors kontra l-assiguratur fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu 13(2)<?PAGE NO="8"?> sabiex tibbenefika mid-dispożizzjonijiet iktar favorevoli tal-Artikoli 10 sa 12 tal-imsemmi regolament sabiex, sussegwentement, tħarrek lill-persuna assigurata, inkwantu t-tielet parti f’din il-proċedura, fuq il-bażi tal-imsemmi Artikolu 13(3).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’kull każ, l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, ġeneralment, jintlaħaq b’mod suffiċjenti meta, hekk kif huwa previst fl-istess Artikolu 3(1), il-persuna assigurata tkun tista’ ssejjaħ lill-assiguratur quddiem l-istess qorti bħal dik li quddiemha l-persuna leża taġixxi kontra din il-persuna assigurata, dejjem sakemm il-liġi tal-Istat Membru ta’ dik il-qorti tkun tippermetti dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel tliet domandi għanda tkun li l-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ azzjoni diretta miġjuba mill-persuna leża kontra assiguratur, konformement ma’ dan l-Artikolu 13(2), il-qorti tal-Istat Membru li fih tkun iddomiċiljata din il-persuna ma tistax tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni wkoll, abbażi tal-imsemmi Artikolu 13(3), sabiex tiddeċiedi dwar talba għal kumpens imressqa fl-istess ħin mill-imsemmija persuna kontra d-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni jew il-persuna assigurata li hija ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor u li ma ġietx imħarrka mill-assiguratur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir‑raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, ma hemmx lok li tingħata risposta għar-raba’ domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din tal-aħħar li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma tistax tkun is-suġġett ta’ ħlas lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn ir-raġunijiet, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ azzjoni diretta miġjuba mill-persuna leża kontra assiguratur, konformement ma’ dan l-Artikolu 13(2), il-qorti tal-Istat Membru li fih tkun iddomiċiljata din il-persuna ma tistax tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni wkoll, abbażi tal-imsemmi Artikolu 13(3), sabiex tiddeċiedi dwar talba għal kumpens imressqa fl-istess ħin mill-imsemmija persuna kontra d-detentur tal-polza tal-assigurazzjoni jew il-persuna assigurata li hija ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor u li ma ġietx imħarrka mill-assiguratur.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>