<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-642/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0642</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1051">EU:C:2019:1051</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20191205">5.12.2019</DATE> – Kawża C-642/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Spanja (Pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/98/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 30 u 33</KEYWORD><KEYWORD>Pjan għall-immaniġġar tal-iskart</KEYWORD><KEYWORD>Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias (Spanja)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ reviżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ intimazzjoni regolari</KEYWORD><KEYWORD>Intimazzjoni mibgħuta kmieni wisq</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑642/18,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20181012">12 ta’ Ottubru 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn S. Pardo Quintillán, E. Sanfrutos Cano u F. Thiran, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, irrappreżentat minn L. Aguilera Ruiz, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. S. Rossi (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ma rrevediex il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart previsti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE> dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008,<?PAGE NO="2"?> L 312, p. 3</REF.DOC.OJ>), fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias u billi ma informahiex uffiċjalment dwar ir-reviżjoni ta’ dawn il-pjanijiet, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, rispettivament, taħt l-Artikolu 30(1) u taħt l-Artikolu 33(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2008/98 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu, skond l-Artikoli 1, 4, 13 u 16, pjan wieħed jew iżjed għall-immaniġġar ta’ l-iskart</ALINEA><ALINEA>Dawk il-pjanijiet, weħidhom jew flimkien, għandhom ikopru t-territorju kollu ta’ l-Istat Membru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 30(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart jiġu evalwati mill-inqas kull sitt snin, u riveduti kif ikun xieraq. u, fil-każijiet fejn ikun relevanti, konformement ma’ l-Artikoli 9 u 11.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 33(1) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart imsemmija fl-Artikoli 28 u 29, ladarba jiġu adottati, u dwar kull reviżjoni sostanzjali tal-pjanijiet u l-programmi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2008/98, it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva kien iffissat għat-<DATE ISO="20101212">12 ta’ Diċembru 2010</DATE>, jiġifieri sentejn wara d-dħul fis-seħħ tagħha fit-<DATE ISO="20081212">12 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Renju ta’ Spanja li fiha sostniet li, peress li dan tal-aħħar ma kienx adotta jew ma kienx irreveda l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Aragón, tal-Islas Baleares, tal-Islas Canarias, ta’ Cantabria, ta’ Castilla‑La Mancha, ta’ Cataluña, ta’ Extremadura, ta’ Galicia, ta’ La Rioja, ta’ Madrid, ta’ Murcia u ta’ Navarra kif ukoll fir-rigward tal-Belt Awtonoma ta’ Ceuta u, għaldaqstant, peress li ma kienx innotifika dawn il-pjanijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja kien kiser l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2008/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja wieġeb għal din l-ittra ta’ intimazzjoni permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20170714">14 ta’ Lulju 2017</DATE>, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata li fiha kkonkludiet li r-Renju ta’ Spanja kien baqa’ ma wettaqx l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 2008/98 fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Aragón, tal-Islas Baleares, tal-Islas Canarias u ta’ Madrid kif ukoll fir-rigward tal-Belt Awtonoma ta’ Ceuta u stiednet lil dan l-Istat Membru jadotta l-miżuri meħtieġa f’terminu ta’ xahrejn minn meta jirċievi din l-opinjoni motivata, jiġifieri sal-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja wieġeb għall-imsemmija opinjoni motivata permezz ta’ ittri tal-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE> kif ukoll tas-17 ta’ Jannar, tat-18 ta’ Mejju, tat-23 ta’ Mejju u tas-<DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Peress li qieset li r-Renju ta’ Spanja ma kienx għadu ħa l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 2008/98, il-Kummissjoni ddeċidiet, fit-<DATE ISO="20181012">12 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li tippreżenta dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tallega li, billi ma adottax jew ma rrevediex u, għaldaqstant, billi ma nnotifikax il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Aragón, tal-Islas Baleares, tal-Islas Canarias u ta’ Madrid kif ukoll fir-rigward tal-Belt Awtonoma ta’ Ceuta, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, rispettivament, taħt l-Artikolu 28(1), taħt l-Artikolu 30(1) u taħt l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2008/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-informazzjoni kkomunikata mir-Renju ta’ Spanja fir-risposta tiegħu dwar, essenzjalment, l-adozzjoni u t-trażmissjoni lill-Kummissjoni, matul is-sena 2018, ta’ pjanijiet ġodda għall-immaniġġar tal-iskart fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Aragón u ta’ Madrid kif ukoll fir-rigward tal-Belt Awtonoma ta’ Ceuta, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrinunzja għar-rikors tagħha għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu sa fejn kien jikkonċerna lil dawn il-komunitajiet awtonomi u lil din il-belt awtonoma. Barra minn hekk, fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira l-ilment dwar l-assenza ta’ adozzjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ komunitajiet awtonomi, jiġifieri l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2008/98, sa fejn dawn il-pjanijiet, adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, kienu ġew ikkomunikati mir-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>B’hekk, il-Kummissjoni llimitat is-suġġett tar-rikors tagħha għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għall-ilmenti dwar il-ksur tal-obbligi ta’ reviżjoni u ta’ notifika tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart previsti, rispettivament, fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/98 u fl-Artikolu 33(1) ta’ din id-direttiva, sa fejn huma kkonċernati biss il-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddikjara li, billi naqas milli jirrevedi l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart previsti fid-Direttiva 2008/98 fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 30(1) ta’ din id-direttiva;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara li, billi naqas milli jinforma uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart fir-rigward tal-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 33(1) tal-imsemmija direttiva; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-għan tal-proċedura prekontenzjuża prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE huwa li l-Istat Membru kkonċernat jingħata l-possibbiltà jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni jew li jinvoka b’mod utli l-motivi ta’ difiża tiegħu fil-konfront tal-ilmenti mqajma mill-Kummissjoni. B’hekk, in-natura regolari ta’ din il-proċedura tikkostitwixxi garanzija essenzjali mixtieqa mit-Trattat FUE sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-Istat Membru inkwistjoni. Huwa biss meta tkun żgurata din il-garanzija li l-proċedura kontradittorja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tippermetti lil din tal-aħħar taqta’ l-kwistjoni ta’ jekk l-Istat Membru effettivament naqasx milli jwettaq l-obbligi li l-Kummissjoni tkun qiegħda tallega ksur tagħhom. B’mod partikolari, l-ittra ta’ intimazzjoni għandha l-għan, fil-proċedura prekontenzjuża, li tistabbilixxi l-limiti tas-suġġett tat-tilwima u li tindika lill-Istat Membru, mistieden sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, l-elementi meħtieġa għat-tħejjija tad-difiża tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030605">5 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:324">EU:C:2003:324</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Bl-istess mod, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ħruġ ta’ ittra ta’ intimazzjoni, b’applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE, jeħtieġ, b’mod preliminari, li l-Kummissjoni tkun tista’ tallega b’mod validu nuqqas min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat li jwettaq obbligu (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010215">15 ta’ Frar 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑230/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:100">EU:C:2001:100</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑23/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:660">EU:C:2005:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-ftuħ tal-fażi prekontenzjuża tal-proċedura prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE, f’sitwazzjoni fejn ebda nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat ma jkun jista’ jiġi allegat b’mod validu mill-Kummissjoni, jaffettwa neċessarjament in-natura regolari tal-proċedura li tikkonstata n-nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ intimazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 258 TFUE jikkostitwixxi eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull mument, teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000913">13 ta’ Settembru 2000</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:434">EU:C:2000:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑23/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:660">EU:C:2005:660</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif essenzjalment osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 17 sa 19 tal-konklużjonijiet tagħha, meta bagħtet l-ittra ta’ intimazzjoni tagħha lir-Renju ta’ Spanja fit-<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-Kummissjoni akkużat lil dan l-Istat Membru li naqas milli jwettaq ċerti obbligi previsti fid-Direttiva 2008/98, nuqqas li, f’dik id-data, kien għadu ma jistax jiġi invokat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kif jirriżulta mir-replika, il-Kummissjoni interpretat l-Artikolu 30(1) ta’ din id-direttiva, li jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart ikunu evalwati minn tal-inqas kull sitt snin u, jekk ikun il-każ, għandhom jiġu rreveduti, fis-sens li dan l-artikolu jobbliga lill-Istati Membri jirrevedu dawn il-pjanijiet fis-sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija direttiva, jiġifieri b’effett mit-<DATE ISO="20081212">12 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, l-obbligu li jiġu evalwati u, jekk ikun il-każ, li jiġu rreveduti l-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart adottati mill-Komunitajiet Awtonomi tal-Islas Baleares u tal-Islas Canarias, previst fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/98, ma setax jitnissel qabel id-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, kif jirriżulta mill-Artikolu 40(1) tal-imsemmija direttiva, jiġifieri b’effett mit-<DATE ISO="20101212">12 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-terminu mogħti lill-Istati Membri fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/98 sabiex iwettqu l-obbligi previsti f’dan l-artikolu kien jiskadi biss sitt snin wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, jiġifieri fit-<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa għalhekk li, meta intimat lir-Renju ta’ Spanja, fit-<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>, sabiex iwaqqaf allegat ksur tal-obbligu previst fl-Artikolu 30(1) tal-imsemmija direttiva, il-Kummissjoni fetħet il-fażi prekontenzjuża tal-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE b’mod prematur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-obbligu li l-ksur tiegħu qiegħed jiġi allegat mill-Kummissjoni tnissel biss wara d-data li fiha nħarġet l-ittra ta’ intimazzjoni, ebda nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu previst fl-imsemmi Artikolu 30(1) ma seta’ jiġi invokat b’mod validu mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk tiġi aċċettata l-ipoteżi kuntrarja, dan infallibbilment jipperikola r-rekwiżiti ta’ ċertezza legali, li huma inerenti għal kull proċedura li tista’ ssir kontenzjuża (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010215">15 ta’ Frar 2001</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:100">EU:C:2001:100</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, dan jgħodd ukoll fir-rigward tal-allegat ksur tal-obbligu ta’ notifika ta’ kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart, fis-sens tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2008/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li dan l-obbligu ta’ notifika għandu natura anċillari għal dak tar-reviżjoni ta’ dawn il-pjanijiet, huwa biss wara li titlesta l-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ eventwali reviżjoni tal-imsemmija pjanijiet li tkun tista’ tiġi evalwata l-portata tar-reviżjoni u li jkun jista’ jiġi kkonstatat, jekk ikun il-każ, li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 33(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ebda ksur tal-obbligu ta’ notifika fis-sens tal-imsemmi Artikolu 33(1) ma seta’ jiġi invokat b’mod validu mill-Kummissjoni qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt snin previst fl-Artikolu 30(1) tal-imsemmija direttiva, jiġifieri qabel it-<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Renju ta’ Spanja talab li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż u peress li r-rikors ippreżentat minn din tal-aħħar ġie ddikjarat inammissibbli, il-Kummissjoni għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>