|
25.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/22 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8689 — Rubis/Phillips 66/Zeller & Cie)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 401/09)
|
1. |
Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Rubis Terminal u Phillips 66 Central Europe Inc. jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Zeller et Compagnie kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Rubis Terminal: il-ħżin ta’ prodotti petroliferi, kimiċi, agro-prodotti u fertilizzanti fl-Ewropa, — għal Phillips 66 Central Europe Inc.: l-ipproċessar, it-trasport, il-ħażna u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-gass u ż-żejt fid-dinja, — għal Zeller et Compagnie: il-bejgħ mhux min-network ta’ fjuwils, il-bitum u ż-żejt u prodotti oħra taż-żejt mhux raffinat fir-reġjun ta’ Alsace u l-Grand Est fi Franza. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8689 — Rubis/Phillips 66/Zeller & Cie Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).