|
23.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/78 |
DECIZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Novembru 2010
dwar l-irtirar tar-rikonoxximent tal-Ġeorġja f’dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7966)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/705/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 20(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-rivalutazzjoni ta’ konformità tal-Ġeorġja li saret mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2008/106/KE,
Billi:
|
(1) |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japprovaw iċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi, dejjem jekk il-pajjiż terz rilevanti jkun rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala pajjiż li jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara tal-1978, kif emendata (il-Konvenzjoni STCW) (2); |
|
(2) |
Il-Ġeorġja hi rrikonoxxuta fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea skont il-proċedura stabbilita mill-Artikolu 18(3)(c) tad-Direttiva 2001/25/KE tal-Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (3) waqt li r-rikonoxximenti taċ-ċertifikati tal-Ġeorġja mill-Italja u l-Greċja huma ppublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) u għalhekk jibqgħu validi f’konformità mal-Artikolu 19(5) tad-Direttiva 2008/106/KE, minkejja l-fatt li d-Direttiva 2001/25/KE ġiet irrevokata; |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-edukazzjoni marittima, it-taħriġ u s-sistemi ta’ ċertifikazzjoni fil-Ġeorġja, f’konforma mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2008/106/KE, biex tivverifika jekk dan il-pajjiż ikomplix jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux miżuri xierqa biex ikunu evitati frodi fil-ħruġ ta’ ċertifikati. Din il-valutazzjoni, li kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjoni għat-tfittxija tal-fatti li għamlu l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f’Settembru 2006, kixfet diversi nuqqasijiet; |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tat rapport lill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni ta’ konformità; |
|
(5) |
Wara, il-Kummissjoni, permezz tal-ittri tas-27 ta’ Frar 2009 u tat-23 ta’ Marzu 2010, talbet lill-Awtoritajiet Ġeorġjani biex jibagħtulha provi li juru jekk in-nuqqasijiet li ħarġu mill-valutazzjoni kinux ġew indirizzati kif xieraq; |
|
(6) |
Fil-każijiet fejn kienu ġew identifikati nuqqasijiet matul il-valutazzjoni ta’ konformità mal-Konvenzjoni STCW, l-Awtoritajiet Ġeorġjani pprovdew lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, permezz tal-ittri tal-1 ta’ Mejju 2009, tat-12 ta’ Jannar 2010, tas-17 ta’ Frar 2010 u tal-14 ta’ April 2010, xi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet; |
|
(7) |
L-evalwazzjoni tat-tweġibiet tal-Awtoritajiet Ġeorġjani, li twettqet mill-Kummissjoni, kkonfermat li l-informazzjoni pprovduta tindirizza biss parti żgħira ta’ dawn in-nuqqasijiet, filwaqt li żvelat li l-maġġoranza tan-nuqqasijiet li ġew identifikati matul il-valutazzjoni ta’ konformità għadhom mhux solvuti. Dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw diversi sezzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW u speċjalment in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali biex jiġu implimentati ċerti rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW bħal, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ standards ta’ kwalità u l-użu ta’ simulaturi, l-iffunzjonar ta’ sistemi ta’ standards ta’ kwalità kemm fl-Istituzzjonijiet tal-Amministrazzjoni kif ukoll fi ftit Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Marittimu, il-monitoraġġ ta’ dawn l-Istituzzjonijiet mill-Amministrazzjoni, kif ukoll numru ta’ rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni li għandhom x’jaqsmu mad-dipartimenti kemm tal-gverta kif ukoll tal-magna; |
|
(8) |
Dawn in-nuqqasijiet ta’ konformitajiet jaffettwaw dispożizzjonijiet varji ewlenin tal-Konvenzjoni STCW u jirriskjaw li jaffettwaw il-livell kumplessiv ta’ kompetenza tal-baħħara detenturi ta’ ċertifikati maħruġa mill-Ġeorġja; |
|
(9) |
Ir-riżultati tal-valutazzjoni ta’ konformità u tal-evalwazzjoni tat-tagħrif mibgħut mill-Awtoritajiet Ġeorġjani juru li l-Ġeorġja ma tikkonformax bis-sħiħ mar-rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjoni STCW u li għalhekk, ir-rikonoxximent tagħha mill-Unjoni Ewropea għandu jkun irtirat; |
|
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rikonoxximent tal-Ġeorġja li ġie mogħti skont l-Artikolu 18(3)(c) tad-Direttiva 2001/25/KE ma ġiex rikonoxxut fir-rigward tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, għall-iskop tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn dan il-pajjiż.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.
(2) Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.