|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2068 |
29.7.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2068
tas-26 ta’ Lulju 2024
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
|
(2) |
Fis-7 ta’ Marzu u l-15 ta’ April 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relatata ma’ żewġ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “B. Entitajiet”, l-entrati 29 u 54 huma ssostitwiti b'dan li ġej:
|
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Lokalità |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Informazzjoni oħra |
|
“29. |
National Aerospace Technology Administration (NATA) |
magħruf preċedentement bħala: National Aerospace Development Administration; magħruf preċedentement bħala: NADA |
DPRK |
2.3.2016 |
NATA hija involuta fl-iżvilupp tax-xjenza u t-tekonoloġija spazjali tar-RDPK, inkluż l-isparar ta' satelliti u ‘carrier rockets’. |
|
54. |
Ministeru għad-Difiża Nazzjonali |
Ministeru għad-Difiża Nazzjonali; Ministeru għad-Difiża; Ministeru għad-Difiża; magħruf preċedentement bħala: Ministeru għall-Forzi Armati tal-Poplu (MPAF) |
Pyongyang, RDPK |
22.12.2017 |
Il-Ministeru għad-Difiża Nazzjonali jimmaniġġja l-ħtiġijiet amministrattivi u loġistiċi ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2068/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)