European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2419

16.9.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2419

tat-13 ta’ Settembru 2024

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Soft Care Med H5” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Marzu 2019, Diversey Europe Operations B.V. ressqet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ prodott bijoċidali uniku bl-isem ta’ “Soft Care Med H5” tat-tip ta’ prodott 1, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tan-Netherlands qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-MF050448-40 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali.

(2)

“Soft Care Med H5” fih, bħala s-sustanzi attivi, il-propan-1-ol u l-propan-2-ol, li t-tnejn li huma huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 1.

(3)

Fis-17 ta’ Lulju 2023, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija.

(4)

Fl-14 ta’ Diċembru 2023, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija ressqet l-opinjoni tagħha (2), l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) ta’ “Soft Care Med H5” u r-rapport tal-valutazzjoni finali dwar il-prodott bijoċidali uniku lill-Kummissjoni.

(5)

L-opinjoni tikkonkludi li “Soft Care Med H5” huwa prodott bijoċidali uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(r) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li huwa eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Fit-3 ta’ Jannar 2024, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(7)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għaldaqstant tqis li huwa xieraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal “Soft Care Med H5”.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0032018-0000 lil Diversey Europe Operations B.V. għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-prodott bijoċidali uniku “Soft Care Med H5”, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbiliti fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mis-6 ta’ Ottubru 2024 sat-30 ta’ Settembru 2034.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj

(2)  L-opinjoni tal-ECHA tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Soft Care Med H5” (ECHA/BPC/401/2023), https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation


ANNESS

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali

Soft Care Med H5

Tip(i) ta’ prodott

PT01: Iġjene tal-bniedem

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0032018-0000

Numru tal-assi R4BP: EU-0032018-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott

Isem/Ismijiet kummerċjali

Soft Care Med H5

Soft Care Med

DivoCare Alco P VR203

DivoCare Alco P

Soft Care Alcoplus

Soft Care Impact Med

PrimeSource MED

Soft Care Alcogel

PrimeSource Alcoplus

PrimeSource Alcogel

PrimeSource Hand Sanitizer

STAPLES Med

STAPLES Alcogel

STAPLES Alcoplus

STAPLES Hand Sanitizer

Optimax Hand Sanitizer

Optimax Med

Optimax Alcogel

Optimax Alcoplus

Trust MED

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Diversey Europe Operations B.V.

Indirizz

Regulatory team Maarssenbroeksedijk 2 3542 DN Utrecht NL

Numru tal-awtorizzazzjoni

 

EU-0032018-0000

Numru tal-assi R4BP

 

EU-0032018-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

Is-6 ta’ Ottubru 2024

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

It-30 ta’ Settembru 2034

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

Isem tal-manifattur

Diversey Europe Operations B.V.

Indirizz tal-manifattur

Maarssenbroeksedijk 2 3542 DN Utrecht In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

Diversey Europe Operations B.V. site 1 Strada Statale 235 26010 Bagnolo Cremasco (CR) L-Italja

Diversey Europe Operations B.V. site 2 Rembrandtlaan 414 7545 ZW Enschede In-Netherlands

Diversey Europe Operations B.V. site 3 Cotes Park Industrial Estate DE55 4PA Somercotes, Alfreton Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Diversey Europe Operations B.V. site 4 Avenida Conde Duque 5, 7 y 9, Poligono Industrial La Postura 28343 Valdemoro, Madrid Spanja

Diversey Europe Operations B.V. site 5 Morschheimer Strasse 12 67292 Kirchheimbolanden Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

Multifill B.V.

Indirizz tal-manifattur

Constructieweg 25a, P.O. Box 367 3640 Mijdrecht In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

Multifill B.V. site 1 Constructieweg 25a, P.O. Box 367 3640 AJ Mijdrecht In-Netherlands

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Propan-1-ol

Isem tal-manifattur

BASF SE

Indirizz tal-manifattur

Carl-Bosch-Str. 38 67056 Ludwigshafen Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

BASF SE site 1 Carl-Bosch-Str. 38 67056 Ludwigshafen Il-Ġermanja


Sustanza attiva

Propan-1-ol

Isem tal-manifattur

OXEA Corporation

Indirizz tal-manifattur

2001 FM 3057 TX 77414 Bay City L-Istati Uniti

Post ta’ siti ta’ manifattura

OXEA Corporation site 1 2001 FM 3057 TX 77414 Bay City L-Istati Uniti


Sustanza attiva

Propan-2-ol

Isem tal-manifattur

SASOL Solvents Germany GmbH

Indirizz tal-manifattur

Anckelmannsplatz D-20537 Hamburg Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

SASOL Solvents Germany GmbH site 1 Shamrockstrasse 88 D-44623 Herne Il-Ġermanja

SASOL Solvents Germany GmbH site 2 Römerstr. 733 D-47443 Moers Il-Ġermanja


Sustanza attiva

Propan-2-ol

Isem tal-manifattur

Shell Chemicals Europe B.V.

Indirizz tal-manifattur

Postbus 2334 3000 CH Rotterdam In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

Shell Chemicals Europe B.V. site 1 Shell Nederland Chemie BV/Shell Nederland Raffinaderij B.V., Vondelingenweg 601 3196 KK Rotterdam-Pernis In-Netherlands


Sustanza attiva

Propan-2-ol

Isem tal-manifattur

Exxon Mobil Chemicals

Indirizz tal-manifattur

Hermeslaan 2 1831 Machelen Il-Belġju

Post ta’ siti ta’ manifattura

Exxon Mobil Chemicals site 1 ExxonMobil’s Baton Rouge Refinery and Chemical Plant, 4045 Scenic Hwy LA 70805 Baton Rouge L-Istati Uniti

Exxon Mobil Chemicals site 2 Esso Refinery Fawley SO45 1TX Southampton Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq


Sustanza attiva

Propan-2-ol

Isem tal-manifattur

Novapex

Indirizz tal-manifattur

21 Chemin de la Sauvegarde - 21 Ecully Parc - CS 33167 69134 Écully Cedex Franza

Post ta’ siti ta’ manifattura

Novapex site 1 Novapex SAS Usine de Rousillon, Rue Gaston Monmousseau 38556 Saint Maurice l’Exil Franza

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Propan-1-ol

 

sustanza attiva

71-23-8

200-746-9

2,96 % (w/w)

Propan-2-ol

 

sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

70 % (w/w)

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni

AL Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet ta’ periklu

H225: Likwidu u fwar li jaqbdu malajr.

H336: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn.

Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni

P101: Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib.

P102: Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal.

P210: Żomm ’il bogħod mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħrajn li jaqbdu. Tpejjipx.

P233: Żomm il-kontenitur magħluq sew.

P261: Evita li tibla’ bin-nifs fwar.

P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs.

P312: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jekk tħossok ma tiflaħx.

P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

P337+P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib.

P303+P361+P353: JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew fuq ix-xagħar): Neħħi minnufih l-ilbies kontaminat kollu. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer].

P370+P378: F’każ ta’ nar: Uża bl-ilma għat-tifi.

P403+P235: Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Żomm frisk.

P405: Aħżen f’post imsakkar.

P501: Armi l-l-kontenut fi skart kimiku.

P103: Aqra sew u segwi l-istruzzjonijiet kollha.

4.   UŻU/I AWTORIZZATI

4.1.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 1

PT01 — Għorik tal-idejn għall-iġjene

Tip ta’ prodott

PT01: Iġjene tal-bniedem

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

—

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Viruses f’involukru

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Virusijiet bi spettru limitat

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Baċilli tat-tuberkulożi

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

użu fuq barra

Diżinfettant lest għall-użu tal-għorik tal-idejn għall-użu fi sptarijiet u żoni mediċi oħra, żoni istituzzjonali u industrijali, ristoranti u kċejjen ta’ kantins fuq skala kbira u żoni rikreattivi. Mhux għall-użu domestiku.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: Applikazzjoni

Deskrizzjoni dettaljata: Għal pompa jew borża bil-pompa:Applika d-diżinfettant lest għall-użu billi tapplika l-prodott fuq l-idejn. Ogħrok biex tgħatti idejn nodfa għal kollox. Għal flip top jew flixkun bl-għatu:Ferra’ l-likwidu lest għall-użu fil-pala ta’ id waħda kważi magħluqa. Ogħrok biex tgħatti idejn nodfa għal kollox.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: Adult: 3 ml (l-ammont ta’ likwidu għandu jixbah id-daqs ta’ munita kbira) ugwali għal 3 għafsiet tal-pompa bis-sistema ta’ dożaġġ - Tfal taħt it-12-il sena: 2 ml ugwali għal 2 għafsiet tal-pompi bis-sistema tad-dożaġġ - Tfal taħt is-6 snin: 1 ml ugwali għal għafsa waħda tal-pompa bis-sistema tad-dożaġġ

Dilwizzjoni (%): Lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Utent professjonali u industrijali: Sa 25 applikazzjoni kuljum

Utent mhux professjonali:

—

Adulti: Sa 11-il applikazzjoni kuljum

—

Tfal: Sa 3 applikazzjonijiet kuljum

Kategorija/i ta’ utenti

industrijali ; professjonali ; pubbliku ġenerali (mhux professjonali)

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Professjonali u industrijali:

 

Kontenitur riġidu (flip top) ta’ polietilene ta’ densità għolja (HDPE): 100, 150, 200, 500 ml

 

Kontenitur riġidu (pompa/għatu) (HDPE): 0,5, 0,6, 0,7, 0,75, 0,8, 0,9, 1, 1,3, 1,5, 2, 3, 5, 10, 20, 50, 100, 200, 900, 950, 1000 litru

 

Kontenitur flessibbli (borża bil-pompa/għatu) ta’ polietilene ta’ densità baxxa (LDPE): 0,8, 1,3, 2,5 litri

Mhux professjonali:

 

Kontenitur riġidu (flip top) (HDPE): 100, 150, 200, 500 ml

 

Kontenitur riġidu (pompa/għatu) (HDPE): 0,5, 0,6, 0,7, 0,75, 0,8, 0,9, 1, 1,3, 1,5, 2, 3, 5 litri

 

Kontenitur flessibbli (borża bil-pompa/ għatu) (LDPE): 0,8, 1,3, 2,5 litri

4.1.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Ikkonforma mal-istruzzjonijiet għall-użu.

Il-prodott għandu jintuża fuq idejn viżibbilment nodfa.

Pass 1: Uża l-ammont ta’ diżinfettant li ġej:

—

Adult: 3 ml (l-ammont ta’ likwidu għandu jixbah id-daqs ta’ munita kbira) ugwali għal 3 għafsiet tal-pompa bis-sistema ta’ dożaġġ

—

Tfal taħt it-12-il sena: 2 ml ugwali għal 2 għafsiet tal-pompi bis-sistema tad-dożaġġ

—

Tfal taħt is-6 snin: 1 ml ugwali għal għafsa waħda tal-pompa bis-sistema tad-dożaġġ

Ogħrok fil-pala tal-id. Ogħrok pala ma’ pala tal-id biex tifrex id-diżinfettant fuq l-idejn u s-swaba kollha.

Pass 2: Ogħrok in-naħa ta’ wara ta’ idek ix-xellugija bil-pala ta’ idek il-leminija. Agħmel bil-kontra u rrepeti l-azzjoni.

Pass 3: Iftaħ is-swaba’ u ogħrok il-ġilda ta’ bejn is-swaba’. Agħmel bil-kontra u rrepeti l-azzjoni.

Pass 4: Ogħrok pala ma’ pala tal-id bis-swaba ġo xulxin (5 darbiet).

Pass 5: Ogħrok is-saba’ l-kbir (behem) ta’ kull id billi tuża moviment ta’ tidwir.

Pass 6: Ogħrok il-ponot tas-swaba’ kontra l-pala tal-id opposta billi tuża moviment ċirkolari. Ogħrok il-polz b’idejk it-tnejn. Ħalli l-idejn jinxfu kompletament.

Żommhom imxarrbin għal 30 sekonda kontra batterji, ħmira, baċilli tat-tuberkulożi u viruses magħluqa (enveloped) JEW 2 minuti kontra viruses bi spettru limitat.

Tlaħlaħx.

Irrepeti jekk tkun meħtieġa diżinfezzjoni tal-idejn mill-ġdid.

It-Tfal u t-Tfal li għadhom kif Telqu Jimxu għandhom iwettqu diżinfezzjoni tal-idejn taħt is-superviżjoni tal-adulti biss: applika l-ewwel b’idejk l-ammont għal dawn it-tfal u ogħrok il-prodott f’idejn dawn it-tfal sakemm iż-żewġ idejn jinxfu kompletament (ara l-istruzzjonijiet fil-Pass-6). Kun żgur li dawn it-tfal ma jmissux l-għajnejn jew il-ħalq qabel ma l-prodott ikun nixef.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

Użu minn tfal taħt superviżjoni ta’ adult biss.

Tużax għal tfal < 1 sena.

Kun żgur li l-utent japplika l-prodott f’żona fejn in-nies ma jkunux preżenti għal perjodu itwal.

4.1.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żomm fejn ma jintlaħaqx mit-tfal u annimali mhux fil-mira/annimali domestiċi.

4.2.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 2

PT01 — Għorik tal-idejn għall-kirurġija

Tip ta’ prodott

PT01: Iġjene tal-bniedem

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

—

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Virusijiet bi spettru limitat

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Isem xjentifiku: l-ebda data

Isem komuni: Baċilli tat-tuberkulożi

Istadju iżvilupp: l-ebda data

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

Diżinfettant kirurġiku lest għall-użu għall-idejn u d-dirgħajn għall-użu fi sptarijiet u żoni mediċi oħra.

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: Applikazzjoni

Deskrizzjoni dettaljata: Applika d-diżinfettant lest għall-użu billi tippompja mill-inqas 3 darbiet (1 ml għal kull pompa) fuq l-idejn (pompa/borża bil-pompa) u ogħrok biex tgħatti idejn u dirgħajn nodfa għal kollox.

JEW

Ferra’ l-likwidu lest għall-użu fil-pala ta’ id waħda kważi magħluqa (flip top/flixkun bl-għatu) billi tapplika biżżejjed biex tgħatti kompletament idejn u dirgħajn nodfa.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: Porzjonijiet ta’ 3 ml sa 12 ml b’kollox

Dilwizzjoni (%): Lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Sa 4 applikazzjonijiet kuljum.

Kategorija/i ta’ utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Kontenitur riġidu (flip top) ta’ polietilene ta’ densità għolja (HDPE): 100, 150, 200, 500 ml

Kontenitur riġidu (pompa/għatu) (HDPE): 0,5, 0,6, 0,7, 0,75, 0,8, 0,9, 1, 1,3, 1,5, 2, 3, 5, 10, 20, 50, 100, 200 litru

Kontenitur flessibbli (borża bil-pompa/għatu) ta’ polietilene ta’ densità baxxa (LDPE): 0,8, 1,3, 2,5 litri

4.2.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Il-prodott għandu jintuża fuq idejn u dirgħajn viżibbilment nodfa.

Timliex mill-ġdid jew tferra’ prodotti użati bħala għorik tal-idejn kirurġiku.

Għal pompa/borża bil-pompa:

Applika billi tippompja mill-inqas 3 darbiet (1 ml għal kull pompa) fuq l-idejn u ogħrok biex tgħatti idejn u dirgħajn nodfa għal kollox sal-minkeb. Irrepeti l-proċedura u uża porzjonijiet multipli ta’ 3 ml biex iżżomm idejn u dirgħajn imxarrba għal 2 minuti.

Żommhom imxarrbin għal 2 minuti kontra batterji, ħmira, batterji tat-tuberkulożi u viruses bi spettru limitat.

Tlaħlaħx.

Irrepeti jekk tkun meħtieġa diżinfezzjoni tal-idejn mill-ġdid. (Sa 4 applikazzjonijiet kuljum).

Għal flip top/flixkun bil-għatu:

Ferra’ l-likwidu fil-pala ta’ id waħda kważi magħluqa, billi tapplika biżżejjed biex tgħatti għalkollox idejn u dirgħajn nodfa sal-minkeb. Irrepeti l-proċedura u uża porzjonijiet multipli ta’ 3 ml biex iżżomm idejn u dirgħajn imxarrba għal 2 minuti.

Żommhom imxarrbin għal 2 minuti kontra batterji, ħmira, batterji tat-tuberkulożi u viruses bi spettru limitat.

Tlaħlaħx.

Irrepeti jekk tkun meħtieġa diżinfezzjoni tal-idejn mill-ġdid. (Sa 4 applikazzjonijiet kuljum).

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.2.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Struzzjonijiet għall-użu

Ara struzzjonijiet speċifiċi tal-użi individwali.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

5.3.   Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Teħid man-nifs: Jista’ jikkawża sturdament jew mejt.

Kuntatt mal-ġilda: L-ebda effett jew sintomu magħruf waqt l-użu normali.

Kuntatt mal-għajnejn: Jikkawża irritazzjoni severa.

Inġestjoni: L-inġestjoni tista’ twassal għal dardir u rimettar minħabba irritazzjoni lokali u effetti sistemiċi bħal sokor, ħedla, xi kultant telf mis-sensi u livell baxx taz-zokkor fid-demm (speċjalment fit-tfal).

JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Mur fl-arja friska u żomm mistrieħ f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib

JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq. Jekk ikun hemm is-sintomi: Ċempel 112/ambulanza għall-għajnuna medika. Jekk ma jkunx hemm sintomi: Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib. Informazzjoni lill-persunal tal-kura tas-saħħa/tabib: Ibda miżuri ta’ appoġġ għall-ħajja jekk ikun meħtieġ, imbagħad ċempel ĊENTRU TAL-VELENU.

JEKK FUQ IL-ĠILDA: Jekk isseħħ irritazzjoni aħsel bl-ilma u fittex parir mediku. F’każijiet ta’ espożizzjoni mhux intenzjonata tal-ġilda: aħsel bl-ilma.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ sew bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikunu preżenti u faċli biex jitneħħew. Kompli laħlaħ għal mill-inqas 5-il minuta. Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib

Prekawzjonijiet ambjentali:

Evita r-rilaxx (dirett) (ta’ prodott mhux dilwit) fl-ambjent/fis-sistema tad-drenaġġ.

Iddilwixxi t-tixrid bl-ilma u iġbru.

5.4.   Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu

Armi skont ir-regolamenti nazzjonali jew lokali.

5.5.   Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żmien kemm idum tajjeb: 2 snin.

Aħżen f’temperatura taħt 30°C

Aħżen ’il bogħod mix-xemx diretta.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2419/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)