|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1456 |
18.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1456
tas-17 ta’ Lulju 2025
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ alumina fuża li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fil-21 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ alumina fuża li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment imressaq fid-9 ta’ Ottubru 2024 minn Imerys S.A. (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-alumina fuża fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/260 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(6) |
Importatur relatat, Reckel GmbH (“Reckel”), ikkontesta l-adegwatezza tal-Messiku, li ntuża fl-ilment bħala pajjiż rappreżentattiv, fejn sostna li ma għandux produzzjoni kompetittiva biżżejjed tal-prodotti investigati u kundizzjonijiet ta’ produzzjoni xierqa simili għal dawk fiċ-Ċina. Huma jissuġġerixxu l-Brażil bħala alternattiva aktar xierqa, minħabba l-kundizzjonijiet tal-materja prima tiegħu, li huma aktar komparabbli ma’ dawk taċ-Ċina. |
|
(7) |
Utent tal-Unjoni, RHI Magnesita GmbH, ikkummenta dwar il-bidu tal-investigazzjoni anti-dumping, fejn ikkritika l-għażla tal-Messiku bħala l-pajjiż ta’ riferiment għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-alumina fuża. Huma argumentaw li l-Messiku ma għandux produzzjoni kompetittiva suffiċjenti b’żewġ produtturi biss li jindikaw suq mhux kompetittiv. Barra minn hekk, huma indikaw li l-Messiku ma għandux kundizzjonijiet ta’ materja prima simili għal dawk taċ-Ċina, li għandha riżervi minerali sinifikanti, u dan jissuġġerixxi li l-Brażil ikun alternattiva aktar xierqa minħabba l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni komparabbli tiegħu. |
|
(8) |
L-assoċjazzjoni tal-utenti tal-Unjoni, Verband Deutscher Schleifmittelwerke e.V. (“VDS”), ikkummentat dwar il-bidu tal-investigazzjoni anti-dumping, fejn oġġezzjonat għall-għażla tal-Messiku bħala pajjiż terz rappreżentattiv għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-alumina fuża. VDS argumentat li l-Messiku ma huwiex xieraq għal dan ir-rwol minħabba li ma għandux produzzjoni sinifikanti tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, bi preżenza żgħira biss ta’ produtturi li jużaw gradi differenti u materja prima aktar għalja. Huma esprimew tħassib li din l-għażla twassal għal riżultati distorti u enfasizzaw l-importanza li jiġi żgurat li l-kalkoli tad-dumping u tad-dannu jkunu bbażati fuq bażi oġġettiva u ġusta. VDS issuġġeriet li minflok tintuża l-Indja bħala l-pajjiż terz rappreżentattiv, filwaqt li rrimarkat li l-Indja għandha pajsaġġ ta’ produzzjoni aktar rilevanti u strutturi tal-kostijiet aktar xierqa komparabbli ma’ dawk fiċ-Ċina, biex b’hekk jiġu żgurati kalkoli aktar akkurati u affidabbli. |
|
(9) |
Utent tal-Unjoni, Wester Mineralien GmbH (“Weser”), argumenta li l-ilment ma jurix b’mod konvinċenti li qed isir dumping, billi l-għażla tal-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv għall-kalkolu tal-valur normali ma hijiex xierqa. Wester enfasizza li l-metodoloġija użata, ibbażata fuq il-valur normali maħdum mid-data Messikana, tonqos milli tirrifletti b’mod akkurat is-sitwazzjoni minħabba li l-Messiku ma għandux bażi ta’ produzzjoni sostanzjali u kompetittiva għall-alumina fuża. Għalhekk, huma kienu favur it-terminazzjoni tal-proċedimenti anti-dumping. |
|
(10) |
Fl-istadju tal-bidu tal-investigazzjoni, il-Messiku tqies bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali minħabba li tqies li għandu produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Madankollu, huwa importanti li jiġi rikonoxxut li l-kunsiderazzjoni inizjali kienet biss il-bidu ta’ proċess investigattiv bir-reqqa. Hekk kif l-investigazzjoni mxiet ’il quddiem, l-għażla tal-Kummissjoni ta’ pajjiż rappreżentattiv ġiet irfinuta u evalwata abbażi ta’ kriterji speċifiċi skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dawn il-kriterji, li jinkludu d-disponibbiltà u l-kwalità tad-data u l-komparabbiltà tal-ambjent ekonomiku ma’ dak taċ-Ċina, ġew applikati bir-reqqa biex tiġi żgurata determinazzjoni ġusta u akkurata tal-valur normali. Dan il-proċess u r-raġunament wara l-għażla finali huma spjegati fid-dettall fit-Taqsima 3.2.2, li tenfasizza l-impenn tal-Kummissjoni li żżomm it-trasparenza u r-rigorożità metodoloġika matul l-investigazzjoni. |
|
(11) |
Xi partijiet ipprovdew kummenti dwar il-kostruzzjoni tan-numru tal-kontroll tal-prodott (“PCN”, product control number) rigward ċerti kwistjonijiet tekniċi u karatteristiċi neqsin. Xi utenti affermaw li d-distinzjoni bejn l-alumina fuża kannella tal-ewwel u t-tieni grad riflessa fil-PCN ma hijiex meħtieġa għaliex hija konnessa mal-kontenut tal-ossidu tal-aluminju (Al2O3) u tal-ossidu tal-ħadid (III) (Fe2O3), li diġà huma kkunsidrati separatament. Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti tekniċi kollha sottomessi. L-investigazzjoni stabbiliet li d-distinzjoni bejn l-alumina fuża kannella tal-ewwel u tat-tieni kwalità fil-PCN hija artifiċjali, ma tirriflettix l-istandards rikonoxxuti mill-industrija u hija soġġetta għal interpretazzjoni. B’hekk, kien meħtieġ aġġustament fil-PCN fir-rigward tal-alumina fuża kannella. Il-Kummissjoni kkunsidrat li meta jitqabblu l-prodotti, l-elementi kritiċi huma l-kontenut ta’ Al2O3 u Fe2O3, li huma riflessi fil-valuri A1/A2 u F1/F2 fi ħdan il-PCN. B’hekk, il-PCNs B2GA2F1 u B1GA2F1 tqabblu biex jiġi stabbilit il-marġni tad-dannu, kif spjegat fit-Taqsima 6.1. Fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi addizzjonali proposti għall-inklużjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-istruttura eżistenti tal-PCN kopriet biżżejjed il-karatteristiċi rilevanti kollha għall-finijiet tal-investigazzjoni. |
1.5. Kampjunar
|
(12) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.5.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(13) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tar-rappreżentattività f’termini tad-daqs tal-produzzjoni u l-kwantità tal-bejgħ tal-prodott taħt investigazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024 u l-post ġeografiku. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn żewġ produtturi tal-Unjoni li jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju, kienu responsabbli għal kważi 50 % tal-produzzjoni totali stmata u għal aktar minn 40 % tal-volum totali stmat tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. |
|
(14) |
Minħabba n-nuqqas ta’ tweġiba għall-kwestjonarju minn waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, MOTIM Electrocorundum Ltd. (l-Ungerija), il-Kummissjoni pproponiet li l-kumpanija tiġi sostitwita minn produttur ieħor tal-Unjoni, Alteo Fused Alumina (Franza), li esprima wkoll l-interess tiegħu li jipparteċipa fil-kampjun. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju, il-kampjun kien jammonta għal aktar minn 44 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u għal aktar minn 38 % tal-kwantità totali stmata tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili, u żgura wkoll firxa ġeografika tajba. |
|
(15) |
Il-kampjun ġie kkonfermat u huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.5.2. Kampjunar tal-importaturi mhux relatati
|
(16) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(17) |
Għaxar importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ importaturi mhux relatati abbażi tal-akbar volum ta’ importazzjonijiet u bejgħ tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(18) |
Utent wieħed tal-Unjoni, Tyrolit, assoċjazzjoni waħda tal-utenti tal-Unjoni, VDS, u importatur relatat wieħed, Reckel, ikkummentaw dwar il-kampjun ta’ importaturi mhux relatati u indikaw li ġew inklużi fil-kampjun biss negozjanti tal-materja prima u mhux manifatturi li jipproċessaw il-materja prima. Barra minn hekk, iż-żewġ partijiet argumentaw li l-importaturi inklużi fil-kampjun jiffokaw prinċipalment fuq l-importazzjonijiet ta’ komoditajiet, bħall-alumina fuża kannella u bajda ((“BFA”, brown fused albumina) u (“WFA”, white fused albumina)), b’involviment limitat fl-importazzjoni ta’ gradi ta’ speċjalità. Għalhekk, huma argumentaw li l-kampjun ma kienx rappreżentattiv. Il-Kummissjoni nnotat li diversi partijiet li pparteċipaw fl-eżerċizzju ta’ kampjunar ġew ikklassifikati b’mod aktar akkurat bħala utenti aktar milli importaturi mhux relatati. Il-Kummissjoni ċċarat li kwalunkwe kumpanija, irrispettivament minn jekk hijiex qed tixtri direttament mill-pajjiż ikkonċernat jew permezz ta’ fornitur jew negozjant, titqies bħala “utent tal-Unjoni” jekk sussegwentement tinkorpora l-prodott taħt investigazzjoni fil-proċess ta’ produzzjoni tagħha stess. L-inklużjoni tal-utenti diretti fl-eżerċizzju ta’ kampjunar tal-importaturi ma sservix l-iskop li jiġu investigati l-importaturi. Minflok, l-interessi tal-utenti jiġu vvalutati separatament. Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar il-gradi ta’ speċjalità, il-Kummissjoni nnotat li t-tipi kollha ta’ alumina fuża għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi simili. Billi ż-żewġ importaturi inklużi fil-kampjun irrappreżentaw aktar minn 63 % tal-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni miċ-Ċina u 71 % tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mill-oriġini kollha, abbażi tas-sottomissjonijiet tal-partijiet li pparteċipaw fl-eżerċizzju ta’ kampjunar, il-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun magħżul fis-17 ta’ Diċembru 2024. |
1.5.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(19) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex neċessarju u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(20) |
Tnejn u għoxrin produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat li jirrappreżentaw 16,7 % tal-volum totali tal-esportazzjoni tal-alumina fuża miċ-Ċina lejn l-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ tliet produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Il-kummenti li waslu huma miġbura fil-qosor u indirizzati hawn taħt. |
|
(21) |
Dengfeng Wudu Abrasives Co. Ltd. (“Wudu”), kumpanija magħżula fil-kampjun proviżorju, issottomettiet mill-ġdid id-data li tappartjeni għall-esportazzjonijiet tagħha tal-prodott taħt investigazzjoni lejn l-Unjoni u rrapportat volumi ta’ esportazzjoni aktar baxxi. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand Dengfeng Wudu Abrasives Co. Ltd. biex tiġi kkunsidrata bħala produttur esportatur li kkoopera f’dan il-proċediment. Madankollu, Dengfeng Wudu Abrasives Co. Ltd. ma pprovdietx l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza stabbilita. |
|
(22) |
Fid-dawl tal-volum ta’ esportazzjoni aktar baxx aġġornat irrapportat minn Wudu u fin-nuqqas ta’ tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni kkunsidrat li din il-kumpanija ma kinitx għadha qed tikkoopera mal-investigazzjoni u, għalhekk, ma kinitx għadha parti mill-kampjun jew produttur esportatur li kkoopera. |
|
(23) |
Shanxi Lvliangshan Minerals Co. Ltd (“Lvliangshan”) affermat li l-kampjun proviżorju ta’ tliet produtturi esportaturi ma kienx rappreżentattiv, minħabba li kien jirrappreżenta biss 6,2 % tal-volum totali tal-esportazzjoni tal-alumina fuża miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, hija sostniet li l-esportaturi inklużi fil-kampjun iridu jkunu produtturi esportaturi ġenwini li kapaċi jipprovdu data affidabbli dwar il-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ għall-esportazzjoni. Shanxi Lvliangshan Minerals Co., Ltd ipproponiet li l-għażla tal-kampjun tkun ibbażata fuq l-akbar volum ta’ produzzjoni. |
|
(24) |
Art Abrasives (Guizhou) Co., Ltd. talbet li tiġi inkluża fil-kampjun finali minħabba li hija l-uniku produttur fir-RPĊ li juża kemm l-alumina kif ukoll il-boksajt bħala materja prima biex jimmanifattura alumina fuża li tista’ titfarrak parzjalment, filwaqt li straħet fuq serje komprensiva ta’ trattamenti avvanzati għal dan it-tip ta’ prodott. |
|
(25) |
Tyrolit affermat li fatturi addizzjonali bħal-livelli ta’ kwalità tal-prodott ikkonċernat u l-ispeċifikazzjonijiet tat-trattament jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll biex jintgħażel il-kampjun. Tyrolit u VDS talbu wkoll l-inklużjoni ta’ mill-inqas produttur esportatur addizzjonali wieħed biex tiżdied ir-rappreżentattività tal-kampjun. B’mod alternattiv, Tyrolit qieset li jenħtieġ li l-investigazzjoni tkun limitata għal komoditajiet (b’mod partikolari alumina fuża kannella u bajda), li allegatament jammontaw għal 75-80 % tal-volum totali ta’ alumina fuża. |
|
(26) |
Fir-rigward tar-rappreżentattività tal-kampjun u t-talba għal żieda tal-produttur(i) esportatur(i), il-Kummissjoni qieset li l-livell baxx ġenerali ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-frammentazzjoni tal-industrija domestika Ċiniża u d-daqs relattiv tal-kumpaniji li ppreżentaw ruħhom ma kinux jiġġustifikaw l-inklużjoni ta’ produttur esportatur addizzjonali fil-kampjun u li l-kampjun magħżul kien rappreżentattiv biżżejjed minħabba li kien jammonta għal 6,1 % tal-importazzjonijiet totali. Fir-rigward tal-affermazzjonijiet relatati mal-aspetti tal-kwalità u l-użu ta’ proċessi ta’ produzzjoni jew materja prima differenti, il-Kummissjoni fakkret li dawn ma humiex kriterji legali fl-għażla tal-kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qieset ukoll li kampjun ibbażat fuq il-volum tal-esportazzjoni lejn l-UE kien aktar rappreżentattiv minn meta bbażat fuq il-volum tal-produzzjoni minħabba li l-investigazzjoni hija ffokata fuq il-prattiki ta’ esportazzjoni tal-operaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, Lvliangshan ma pprovdietx evidenza li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun b’mod proviżorju ma kinux produtturi esportaturi ġenwini. B’mod parallel, il-Kummissjoni qieset ukoll li l-investigazzjoni attwali bdiet wara lment li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu ma huwiex limitat għal komoditajiet tal-alumina fuża. Fuq din il-bażi, l-affermazzjonijiet relatati ma’ dawn il-kwistjonijiet ġew miċħuda. |
|
(27) |
Barra minn hekk, deher li l-użu tal-alumina u tal-boksajt minn Art Abrasives (Guizhou) Co. kien relatat ma’ tip ta’ prodott wieħed biss (alumina li tista’ titfarrak parzjalment) filwaqt li timmanifattura firxa ferm usa’ ta’ tipi ta’ prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, tali affermazzjoni ma ġietx ikkonfermata mill-“Informazzjoni dwar l-inputs” sottomessa minn din il-parti, li kien fiha informazzjoni kontradittorja. Barra minn hekk, iż-żieda ta’ kumpanija li għandha tekniki ta’ manifattura “uniċi” ma tagħmilx il-kampjun aktar rappreżentattiv tal-operaturi Ċiniżi b’mod ġenerali, anzi għall-kuntrarju. Fuq din il-bażi, l-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq ġew miċħuda. |
|
(28) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, wara l-kummenti li waslu dwar l-għażla tal-kampjun, u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn Wudu kif spjegat fil-premessa 21, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-kampjun definittiv għal żewġ produtturi esportaturi. Fuq din il-bażi l-ġdida, il-kampjun definittiv jammonta għal 4,5 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat u 26,6 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni kif irrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(29) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(30) |
Barra minn hekk, fl-ilment kien fih biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-RPĊ rigward il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) u 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-Gvern tar-RPĊ. |
|
(31) |
Il-Kummissjoni ppubblikat online (4) il-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi, l-utenti, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika jew kontroverifika mill-bogħod skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fuq il-kumpaniji li ġejjin:
|
1.7. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(33) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(34) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa l-kurindun artifiċjali, kemm jekk definit kimikament kif ukoll jekk le, magħruf ukoll bħala alumina fuża (“il-prodott taħt investigazzjoni”). |
|
(35) |
It-tipi ta’ kurindun artifiċjali huma magħrufa wkoll bħala alumina fuża bajda (“WFA”, white fused alumina), alumina fuża roża, alumina fuża rubina, alumina fuża kannella (“BFA”, brown fused alumina), ġell tas-sol, eċċ. Dawn kollha huma inklużi, irrispettivament mill-isem kummerċjali tagħhom, sakemm jissodisfaw il-proprjetajiet jew l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fid-deskrizzjonijiet rilevanti tal-kodiċijiet tat-Tariffa Integrata tal-Komunità Ewropea (TARIC, Integrated Tariff of the European Community). |
|
(36) |
L-alumina fuża tiġi manifatturata permezz tat-tidwib tal-boksajt jew tal-ossidu tal-aluminju f’temperaturi għoljin ħafna (madwar 2 000 °C) f’forn b’ark elettriku, u mbagħad bit-tkessiħ u t-tifrik tal-materjal li jirriżulta. |
|
(37) |
Minħabba l-ebusija u r-reżistenza termali tagħha, l-alumina fuża tintuża primarjament f’żewġ setturi industrijali, l-abrażivi u l-materjali refrattarji. Fl-industrija tal-abrażivi, hija tintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, inklużi t-tħin, l-illostrar, it-tqattigħ u l-ibblastjar. Fl-industrija tal-materjali refrattarji, hija tiffunzjona bħala materjal refrattarju f’ambjenti b’temperatura għolja, bħal kisi tal-forn, griġjoli, u briksijiet refrattarji. Lil hinn minn dawn l-użi prinċipali, l-alumina fuża tintuża wkoll fil-manifattura ta’ ċeramika teknika u bħala addittiv reżistenti għall-użu fil-kisjiet tas-superfiċe fl-industrija tal-prodotti laminati. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(38) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2818 10 11 , 2818 10 19 , ex 2818 10 91 , u 2818 10 99 (il-kodiċijiet TARIC 2818 10 91 20, 2818 10 91 90) (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(39) |
Madankollu, il-kurindun artifiċjali li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċi TARIC 2818 10 91 30 (jiġifieri l-kurindun sinterizzat bi struttura mikrokristallina li tikkonsisti minn ossidu tal-aluminju (CAS RN 1344-28-1) u aluminat tal-manjeżju (CAS RN 12068-51-8) b’kontenut skont il-piż (ikkalkolat bħala ossidi) ta’ 92 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 94 % ta’ ossidu tal-aluminju, u 7 % (± 1 %) ta’ ossidu tal-manjeżju) ma huwiex parti mill-prodott taħt investigazzjoni. It-taħlitiet mekkaniċi ta’ kurindun artifiċjali u sustanzi oħrajn, li bħalissa huma kklassifikati taħt l-intestatura 3824 , lanqas ma huma parti mill-prodott taħt investigazzjoni. |
2.3. Prodott simili
|
(40) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(41) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
|
(42) |
Diversi partijiet, b’mod partikolari l-utenti tal-Unjoni mill-industrija refrattarja, iddikjaraw li kien hemm nuqqas ta’ sostituzzjoni bejn l-alumina fuża ta’ grad abrażiv u ta’ grad refrattarju, abbażi tal-karatteristiċi fiżiċi, il-proprjetajiet, l-applikazzjonijiet u l-perċezzjoni tal-konsumatur differenti tagħhom. Ħafna utenti rreferew għad-differenza tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli bejn l-alumina fuża ta’ grad abrażiv u ta’ grad refrattarju, u affermaw li l-alumina fuża ta’ grad abrażiv trid taderixxi ma’ ċerti standards maħruġa mill-Federation Européenne des Fabricants de Produits Abrasifs (“FEPA”) li huma bbażati fuq id-daqs tal-frak taż-żrar. Għall-kuntrarju, l-alumina ta’ grad refrattarju tuża meded usa’ tad-daqs tal-partikoli u rekwiżiti inqas stretti għall-uniformità tad-daqs tal-partikoli. Barra minn hekk, diversi utenti affermaw li ż-żewġ gradi ma humiex interkambjabbli minn perspettiva ta’ kost u ta’ użu aħħari, minħabba li l-użu ta’ alumina fuża ta’ grad abrażiv fl-industrija tar-refrattarji jkun għali wisq, filwaqt li l-alumina fuża ta’ grad refrattarju ma hijiex teknikament adatta għall-użu fi prodotti abrażivi. |
|
(43) |
L-utenti mill-industrija refrattarja affermaw ukoll li l-industrija tal-Unjoni kienet prinċipalment iffokata fuq il-produzzjoni ta’ alumina fuża ta’ grad abrażiv, b’20 sa 30 % biss tal-produzzjoni tal-Unjoni ddedikata għall-alumina fuża ta’ grad refrattarju. Għalhekk, huma argumentaw li ma kienx hemm biżżejjed kapaċità fl-Unjoni biex tissodisfa d-domanda tal-alumina fuża ta’ grad refrattarju. Barra minn hekk, huma argumentaw li billi l-alumina fuża ta’ grad refrattarju kienet parti daqstant żgħira mill-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-esklużjoni ta’ dan il-grad mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ma tikkompromettix l-effetti tad-dazji kkontemplati. |
|
(44) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-gradi abrażivi u refrattarji tal-alumina fuża għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi. Iż-żewġ gradi jikkonsistu f’90-99 % ossidu tal-aluminju, għandhom ebusija għolja, densità għolja u punt ta’ tidwib għoli, huma kkaratterizzati minn livell baxx ta’ impuritajiet, reżistenza qawwija għax-xokkijiet termali u reżistenza sostanzjali għall-użu. Fir-rigward tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli, il-Kummissjoni osservat li l-varjazzjoni fid-daqs tal-partikoli tirriżulta minn proċessi ta’ klassifikazzjoni wara l-fużjoni, bħal tgħarbil, u ma tirrifletti l-ebda distinzjoni inerenti fin-natura tal-prodott. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li hemm sovrapożizzjoni sinifikanti fid-daqsijiet tal-partikoli li tippermetti li ż-żewġ gradi jintużaw b’mod interkambjabbli għal ċerti applikazzjonijiet. L-investigazzjoni stabbiliet li l-utenti mill-industrija refrattarja, filwaqt li fil-biċċa l-kbira jixtru meded usa’ ta’ daqsijiet ta’ partikoli, xtraw ukoll meded iżgħar ta’ frak taż-żrar li jikkoinċidu biżżejjed mad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli tipikament assoċjata mal-alumina fuża ta’ grad abrażiv. Barra minn hekk, l-utenti fl-industrija tal-abrażivi jistgħu, minn perspettiva teknika, u kif ikkonfermat mill-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Abrażivi, VDS, jużaw daqsijiet ta’ ħbub li ġeneralment jintużaw fl-industrija tar-refrattarji, anke meta tali użu ma jikkonformax mal-istandards tal-FEPA, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet abrażivi inqas esiġenti. L-investigazzjoni stabbiliet li l-konformità mal-istandards tal-FEPA ma hijiex obbligu legali u mhux dejjem tiġi applikata fl-użi kollha. Fir-rigward tad-differenza fil-kost, il-Kummissjoni nnotat li d-differenzi fl-ipprezzar ma humiex meqjusa bħala bażi suffiċjenti għall-esklużjoni tal-prodott fin-nuqqas ta’ evidenza ċara ta’ differenzi materjali fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew tekniċi. Il-Kummissjoni qieset li n-nuqqas ta’ interkambjabbiltà sħiħa fil-gradi kollha ta’ alumina fuża, li ħafna drabi jkun attribwibbli għal kunsiderazzjonijiet ta’ kostijiet min-naħa tal-utenti refrattarji jew għal rekwiżiti ta’ kwalità f’ċerti applikazzjonijiet ta’ livell għoli min-naħa tal-utenti tal-abrażivi, ma jinnegax il-konklużjoni li l-gradi differenti ta’ alumina fuża jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess prodott. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni tindirizza l-argumenti dwar il-produzzjoni tal-Unjoni ta’ alumina fuża ta’ grad refrattarju fit-Taqsima 7 hawn taħt. |
|
(46) |
Xi partijiet affermaw li l-kurindun tal-ġell tas-sol u l-alumina fuża għandhom sostitwibbiltà limitata ħafna u li, filwaqt li l-alumina fuża tiġi manifatturata mill-boksajt u mill-alumina, il-kurindun tal-ġell tas-sol jiġi manifatturat minn boemit ta’ purità għolja. Tyrolit innotat li l-kurindun tal-ġell tas-sol ma jiġix manifatturat bi proċess ta’ fużjoni bħall-alumina fuża, iżda minflok isegwi proċess ta’ produzzjoni differenti, li jinkludi l-formazzjoni ta’ ġell tas-sol permezz tad-dispersjoni tal-boemit u tal-addittivi f’ilma aċidifikat. Barra minn hekk, fid-dawl tal-prezz għoli tal-materja prima tagħha, il-boemit, Tyrolit affermat li l-kurindun tal-ġell tas-sol kien madwar għaxar darbiet aktar għali mill-alumina fuża, u li s-sostituzzjoni tiegħu f’formulazzjoni b’tip ieħor ta’ alumina fuża, filwaqt li fit-teorija hija possibbli, ikollha impatt sinifikanti fil-kwalità tal-materjali abrażivi magħquda jew miksija li jirriżultaw. Għalhekk, xi partijiet talbu li l-kurindun tal-ġell tas-sol jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. |
|
(47) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-kurindun tal-ġell tas-sol għandu karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi simili għal tipi oħrajn ta’ alumina fuża. Kemm il-ġell tas-sol kif ukoll tipi oħrajn ta’ prodotti ta’ alumina fuża, inklużi l-alumina fuża bajda u l-alumina fuża kannella, jikkonsistu primarjament minn ossidu tal-aluminju (Al2O3) u juru livelli komparabbli ta’ ebusija, reżistenza termali u stabbiltà kimika, li jagħmluhom adattati għal applikazzjonijiet industrijali simili. Għalkemm l-alumina tal-ġell tas-sol tiġi manifatturata permezz ta’ proċess distint ta’ sinteżi kimika aktar milli fużjoni konvenzjonali, u toriġina minn materja prima differenti, id-differenzi fil-proċess tal-produzzjoni u fl-input ma humiex rilevanti per se fid-determinazzjoni ta’ jekk tip ta’ prodott huwiex prodott distint meta din id-diverġenza fil-metodoloġija tal-produzzjoni ma taffettwax materjalment il-proprjetajiet funzjonali tal-prodott finali. Bl-istess mod, id-differenzi fil-kostijiet u fil-prezzijiet, fihom infushom, ma jiġġustifikawx il-konklużjoni li l-ġell tas-sol jenħtieġ li jitqies bħala prodott differenti. Il-fatt li Tyrolit tirrikonoxxi li l-alumina fuża bajda tista’, fit-teorija, tissostitwixxi l-ġell tas-sol, għalkemm bi prestazzjoni mnaqqsa f’applikazzjonijiet aktar esiġenti, juri li d-diversi tipi ta’ alumina fuża jikkondividu karatteristiċi funzjonali ewlenin sa grad suffiċjenti. Il-Kummissjoni qieset li għall-maġġoranza tal-applikazzjonijiet abrażivi, jeżisti livell sinifikanti ta’ interkambjabbiltà bejn l-alumina tal-ġell tas-sol u tipi oħrajn ta’ alumina fuża. |
|
(48) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kummenti rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ma pprovdewx ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-esklużjonijiet tal-prodott. Konsegwentement, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(49) |
Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(50) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data neċessarja għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-alumina fuża. 10 produtturi esportaturi ssottomettew l-informazzjoni rilevanti. |
|
(51) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset neċessarja għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Il-Kummissjoni stiednet lill-GTĊ jissottometti l-kumment tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(52) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(53) |
Fil-21 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kellha l-ħsieb li tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni fir-RPĊ. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Messiku u l-Brażil, bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-kummenti kollha ġew indirizzati hawn taħt fit-taqsima 3.2.2.1. |
|
(54) |
Fil-5 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni infurmat permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kellha l-ħsieb li tuża sabiex tiddetermina l-valur normali, bil-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG & A”, selling, general and administrative costs) u l-profitti abbażi ta’ ELMET, S.A. DE C.V. |
|
(55) |
Il-kummenti dwar iż-żewġ noti ġew miġbura fil-qosor u indirizzati fit-Taqsima 3.2.2. |
3.2. Valur normali
|
(56) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(57) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG & A”(administrative, selling and general costs)). |
|
(58) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(59) |
F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur ta’ materjali metallurġiċi u kimiċi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) (5), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(60) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (6). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur ta’ materjali metallurġiċi u kimiċi, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (7), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (8). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi indikati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (9). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet, b’mod partikolari meta ditti insolventi jinżammu għaddejjin u meta jiġu allokati drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (10). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-setturi tal-materjali metallurġiċi u kimiċi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (11), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (12). |
|
(61) |
Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-setturi metallurġiċi u kimiċi fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (13) (“Rapport”), li jiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif instab ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(62) |
L-ilment allega li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina, il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-industrija metallurġika u kimika Ċiniża ma jistgħux jintużaw f’dan il-każ. Sabiex jappoġġa l-pożizzjoni tiegħu, l-ilmentatur irrefera għar-Rapport, speċjalment it-taqsimiet li jikkonċernaw is-settur kimiku (14), għal investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar prodotti kimiċi u metallurġiċi downstream (15), kif ukoll għal-leġiżlazzjoni Ċiniża. |
|
(63) |
B’mod aktar speċifiku, l-ilment irrimarka li s-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”, bl-ekonomija tal-Istat tkun il-“forza ewlenija tal-ekonomija nazzjonali” (16). Il-Kostituzzjoni Ċiniża u l-liġi dwar il-proprjetà jsaħħu l-kontroll mhux ikkontestat u dejjem jikber tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP, Chinese Communist Party) fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ, li tmur ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali. L-Istat Ċiniż jimpenja ruħu f’politika ekonomika intervenzjonista bl-użu ta’ diversi għodod bħall-ippjanar industrijali, is-sistemi finanzjarji, u l-ambjent regolatorju biex jikkontrolla l-ekonomija (17). B’mod kruċjali, l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom, kif xieraq, biex b’hekk iġiegħlu lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti hemmhekk (18). |
|
(64) |
Is-suq kimiku, u speċifikament is-settur tal-alumina, huwa soġġett għal interferenza sinifikanti mill-GTĊ, kif deskritt b’mod estensiv fir-Rapport. Il-kontroll mill-Istat jiġi eżerċitat aktar permezz ta’ diversi dokumenti regolatorji u tal-ippjanar, flimkien ma’ interventi ta’ politika ad hoc, li jimmiraw lejn is-settur kimiku u jippermettu lill-Istat isegwi l-viżjoni tiegħu u jagħmel l-aġġustamenti neċessarji (19). Fir-rigward tal-alumina, materja prima għall-produzzjoni tal-alumina fuża, hija identifikata fi pjanijiet bħall-14-il FYP tal-muniċipalità ta’ Chongqing dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Manifattura (“il-Pjan ta’ Chongqing”), li għandu l-għan li jtejjeb il-proġetti tal-alumina u jibni sistema ta’ provvista lokali (20). |
|
(65) |
Filwaqt li reġa’ rrefera għar-Rapport, l-ilment irrimarka li s-suq inkwistjoni qed jiġi servut sa ċertu punt minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni tal-politika, jew taħt il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur. L-Istat Parti mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi ġenerali minn intrapriżi tal-Istat (SOEs, state-owned enterprise) individwali, iżda jsostni wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Dan tipikament isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji, kif ukoll permezz tat-tiswir tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs. Bi tpattija, l-SOEs igawdu minn għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari l-protezzjoni mill-kompetizzjoni u l-aċċess preferenzjali għall-inputs rilevanti, inkluż il-finanzjament. Bil-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija kimika u sehem kbir ta’ SOEs fis-settur relattiv għall-produzzjoni ġenerali, anke l-produtturi privati tal-prodott taħt investigazzjoni ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tas-sustanzi kimiċi x’aktarx li jkunu soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika mill-GTĊ. |
|
(66) |
Il-preżenza tal-Istat fid-ditti tippermettilu jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet. F’dan ir-rigward, l-ilment irrefera għar-Rapport, fejn enfasizza li filwaqt li d-dritt li jinħatru u li jitneħħew individwi ewlenin tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat (kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża) jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi mad-deċiżjonijiet tan-negozju. Mill-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-affermazzjoni tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bl-iskop li jsegwi l-objettivi governattivi. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-Partit. Barra minn hekk, il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u inputs, għandhom effett ta’ distorsjoni ulterjuri fuq is-suq. |
|
(67) |
Barra minn hekk, il-politiki jew il-miżuri pubbliċi fiċ-Ċina jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew jinfluwenzaw b’xi mod ieħor il-forzi tas-suq ħieles. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u jkopru kważi s-setturi ekonomiċi kollha, u speċifikament dawk ikkunsidrati bħala “strateġiċi”. L-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ tali pjanijiet. Għalhekk, is-sistema ta’ ppjanar ekonomiku fiċ-Ċina twassal biex ir-riżorsi jiġu diretti lejn setturi indikati bħala strateġiċi jew politikament importanti mill-gvern, inkluż dak kimiku, li jaffettwa l-industriji downstream, fosthom il-produzzjoni tal-alumina fuża. |
|
(68) |
Hemm nuqqas ta’ applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji jew il-proprjetà. Filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tistrieħ formalment fuq prinċipji simili għal-liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħrajn, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-Istat għandu rwol b’saħħtu u attiv fil-proċedimenti ta’ insolvenza, u spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tagħhom (21). Barra minn hekk, fiċ-Ċina, l-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż u l-allokazzjoni tagħha hija dipendenti biss fuq l-Istat. Għalhekk, il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà jirriżultaw f’distorsjonijiet billi jżommu ditti insolventi u ma jipprovdux art bil-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(69) |
Il-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina huma wkoll distorti billi ċ-Ċina ma rratifikatx diversi konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv. Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti ta’ żona amministrattiva partikolari. |
|
(70) |
L-aċċess għall-finanzi jingħata minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku u li jaġixxu b’mod dipendenti fuq l-Istat. Is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat, li jibqgħu konnessi mal-Istat, mhux biss permezz tas-sjieda, iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali u bħall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi ddeżinjati mill-gvern. Barra minn hekk, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jistimulaw it-tkabbir tal-investiment. Minkejja li f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet indotti mill-gvern. Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex jiġi liberalizzat is-suq, is-sistema ta’ kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn kwistjonijiet sistemiċi u distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol mifrux kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. |
|
(71) |
Barra minn hekk, id-distorsjonijiet tas-suq Ċiniż għandhom natura sistematika. Fir-rigward tal-produzzjoni tal-alumina fuża, l-involviment tal-Gvern fis-settur tal-enerġija huwa partikolarment rilevanti. Minħabba l-livelli għoljin ta’ temperatura li huma meħtieġa għall-produzzjoni tal-alumina fuża (aktar minn 2 000 °C), il-produzzjoni teħtieġ ħafna enerġija. Minbarra dan, is-suq tal-elettriku fiċ-Ċina huwa kkaratterizzat minn involviment qawwi tal-SOEs f’diversi stadji tal-katina ta’ provvista. Hemm ukoll involviment qawwi tal-GTĊ fl-iffissar tal-prezzijiet tal-enerġija b’mod partikolari, inkluż l-għoti ta’ prezzijiet preferenzjali tal-elettriku għal ċerti industriji fil-livell provinċjali. |
|
(72) |
Bħala konklużjoni, l-ilment ħa l-pożizzjoni li l-prezzijiet jew il-kostijiet ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fuq dik il-bażi, skont l-ilment, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
|
(73) |
Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ipprovda evidenza li tappoġġa jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(74) |
Konsegwentement, meta f’din l-investigazzjoni kienet qed teżamina jekk kienx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment, kif ukoll fir-Rapport. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif instab ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(75) |
Fis-settur tal-prodott taħt investigazzjoni, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda, kontroll, superviżjoni tal-politika jew gwida mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni tal-politika jew il-gwida mill-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. Il-GTĊ u s-CCP iżommu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwa tagħhom fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari l-SOEs (22). Madankollu, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs, iżda wkoll f’kumpaniji privati (23), bis-CCP jafferma t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. |
|
(76) |
L-investigazzjoni stabbiliet li s-settur tal-prodott taħt investigazzjoni huwa servut kemm minn SOEs kif ukoll minn kumpaniji privati (24). Pereżempju, Chinalco, SOE taħt SASAC (25), u China Henan International Cooperation Group Co. Ltd. (26), SOE li hija proprjetà tal-gvern ta’ Henan, huma fost l-akbar fornituri tal-boksajt (27), bil-boksajt ikun input essenzjali għall-produzzjoni tal-alumina fuża. Barra minn hekk, filwaqt li diversi produtturi huma privati, bħal Zhengzhou Yufa Abrasives Co. Ltd. (sussidjarja tal-Grupp Zhengzhou Yufa) (28), u Saite. (29), sussidjarja tal-Grupp Bosai, huma wkoll joperaw taħt is-superviżjoni u l-gwida tal-awtoritajiet Ċiniżi (ara l-premessi 85 u 86). |
|
(77) |
Mhux hekk biss, imma l-GTĊ jeżerċita gwida fuq l-intrapriżi wkoll billi jistabbilixxi objettivi u politiki speċifiċi għas-setturi metallurġiċi u kimiċi, li l-parteċipanti kollha tal-industrija, irrispettivament min-natura privata jew pubblika tagħhom, huma obbligati jikkonformaw magħhom. |
|
(78) |
Bħala eżempju, il-Kundizzjonijiet Standard Applikabbli għall-Industrija tal-Aluminju (30) (“Kundizzjonijiet Standard”), maħruġa mill-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (MIIT, Ministry of Industry and Information Technology) fl-2020, jistabbilixxu l-qafas ġenerali għall-operat tal-industrija tal-aluminju fil-livell ċentrali. B’mod nominali, il-Kundizzjonijiet Standard isegwu l-objettiv li: “jippromwovu r-riforma strutturali min-naħa tal-provvista tal-industrija tal-aluminju, jippromwovu l-iżvilupp teknoloġiku tal-industrija u jippromwovu l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija” u jistipulaw li: “l-estrazzjoni tal-boksajt, il-produzzjoni tal-alumina, tal-aluminju elettroliku u l-produzzjoni tal-aluminju sekondarju jridu jikkonformaw mal-politiki industrijali nazzjonali u lokali, mal-pjanijiet dwar ir-riżorsi minerali, mal-liġijiet dwar il-protezzjoni ambjentali u l-konservazzjoni tal-enerġija, mar-regolamenti u mal-politiki, mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-politiki dwar l-estrazzjoni, mal-liġijiet tal-produzzjoni sikura, mar-regolamenti u mal-politiki, mal-pjanijiet tal-iżvilupp tal-industrija u ma’ rekwiżiti oħrajn” (31). |
|
(79) |
Barra minn hekk, l-alumina hija inkluża fil-Katalogu tal-2025 tal-Industriji Mħeġġa fir-Reġjuni tal-Punent (32). |
|
(80) |
Aktar reċentement, il-GTĊ ħareġ il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Aluminju (33) (“Pjan tal-Aluminju”) li jiddikjara li: “Sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-aluminju, tappoġġa aħjar il-ktajjen ewlenin tal-industrija tal-manifattura, […] aħna fformulajna dan il-Pjan għall-perjodu mill-2025 sal-2027 […]. Iggwidati mill-Ħsieb ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għal Era Ġdida, aħna rridu nimplimentaw bis-sħiħ il-prinċipji gwida tal-20 Kungress Nazzjonali tas-[CCP], u t-Tieni u t-Tielet sessjonijiet plenarji tal-20 Kumitat Ċentrali tas-CPC, u naġixxu f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-laqgħa nazzjonali dwar il-promozzjoni ta’ industrijalizzazzjoni ġdida. […] Aħna se nagħmlu ħilitna biex insaħħu b’mod sinifikanti r-reżiljenza u l-livell ta’ sigurtà tal-ktajjen industrijali u tal-provvista sal-2027, bis-sitwazzjoni ġenerali tal-katina tal-industrija tmexxi d-dinja. Il-kapaċità tas-sigurtà tar-riżorsi tal-aluminju se tittejjeb sostanzjalment, bl-isforz għal żieda ta’ 3 %–5 % fir-riżorsi domestiċi tal-boksajt, u output annwali tal-aluminju riċiklat ta’ aktar minn 15-il miljun tunnellata. L-istruttura industrijali se tiġi ottimizzata, bir-raggruppamenti tal-industrija tal-ipproċessar tal-aluminju mtejba.” |
|
(81) |
L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Aluminju (34) (“il-Pjan ta’ Shandong”) jelenka l-miri li ġejjin: “sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-aluminju u l-alumina elettrolitiċi se tiġi kkontrollata […]. Il-provinċja se tevolvi f’raggruppament industrijali ewlieni tal-aluminju b’influwenza domestika u barranija sinifikanti” (35). |
|
(82) |
F’Settembru 2022, il-Kumitat Permanenti tal-Kungress tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu ta’ Guangxi Zhuang ħareġ id-Deċiżjoni dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Aluminju (36) (“id-Deċiżjoni ta’ Guangxi”) u speċifika l-għanijiet rigward il-kultivazzjoni ta’ intrapriżi ewlenin u t-tmexxija tal-perkors ta’ żvilupp tal-SOEs fil-provinċja: “Il-kultivazzjoni u l-introduzzjoni ta’ grupp ta’ intrapriżi ewlenin b’kompetittività ewlenija. L-istabbiliment ta’ sistema ta’ “mexxej tal-katina industrijali” fl-industrija tal-aluminju, għall-intrapriżi li jmexxu l-ktajjen industrijali tal-alumina u tal-aluminju elettroliku, biex jiġi implimentat mekkaniżmu komprensiv ta’ evalwazzjoni u inċentiv tal-effiċjenza enerġetika li jkopri l-industrija kollha […]. It-titjib tal-kwalità tal-iżvilupp u l-effiċjenza tal-intrapriżi tal-Istat relatati mal-aluminju, l-appoġġ lil Guangxi Investment Group u lil intrapriżi oħrajn tal-Istat biex jottimizzaw u jintegraw in-negozju intern tal-aluminju tagħhom; it-teħid u l-użu tal-kapital biex tiġi skjerata l-katina tal-industrija tal-aluminju fil-provinċji u fil-pajjiżi permezz ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, parteċipazzjoni jew kontroll tal-interess tal-ekwità jew metodi oħrajn, sabiex jiġi implimentat żvilupp ikkoordinat tal-katina industrijali kollha u jinbnew intrapriżi ewlenin fl-industrija tal-aluminju b’influwenza nazzjonali u kompetittività internazzjonali” (37). |
|
(83) |
Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni tal-politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti. Tabilħaqq, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija Ċiniżi għandhom jiggarantixxu li l-industrija timplimenta l-politiki tal-GTĊ. Din ir-responsabbiltà hija kkonfermata mill-fatt li fl-attività tagħhom, huma jikkollaboraw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istat, li huwa rifless fl-istatuti tagħhom. |
|
(84) |
Pereżempju, l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Fabbrikazzjoni ta’ Metalli Mhux tal-Ħadid taċ-Ċina (38) (“CNFA”, China Non-Ferrous Metals Fabrication Industry Association) tiddikjara b’mod partikolari fl-Artikolu 3 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha li l-organizzazzjoni “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tas-[CCP], tistabbilixxi organizzazzjoni tas-[CCP], twettaq attivitajiet tal-Partit u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit” u “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni professjonali mill-entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni u mill-ġestjoni, mill-entitajiet responsabbli mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti responsabbli mill-ġestjoni tal-industrija” (39). Skont l-Artikolu 6 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, il-kamp ta’ applikazzjoni tan-negozju tal-Assoċjazzjoni huwa, fost l-oħrajn, dan li ġej: “f’konformità mal-politika ġenerali u l-kompitu ġenerali li tiġi stabbilita sistema ekonomika tas-suq soċjalista imressqa mill-Parti u mill-Istat, u fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tal-industrija, jitressqu b’mod attiv suġġerimenti u opinjonijiet dwar l-iżvilupp tal-industrija, il-politiki, il-liġijiet u r-regolamentazzjoni tal-industrija” (40). Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet biex wieħed ikun eliġibbli bħala rappreżentant tal-Assoċjazzjoni jinkludu l-adeżjoni mat-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina, l-appoġġ tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, l-implimentazzjoni b’determinazzjoni tal-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u l-pussess ta’ kwalitajiet politiċi tajbin (41). |
|
(85) |
Xi fornituri tal-boksajt, pereżempju Chinalco, huma membri tas-CNFA. |
|
(86) |
Bl-istess mod, fl-Artikolu 3 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, l-Assoċjazzjoni tal-Industrija Refrattarja taċ-Ċina (42) (ACRI, Association of China Refractory Industry) tiddikjara li l-organizzazzjoni “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tas-[CCP], tistabbilixxi organizzazzjoni tas-[CCP], twettaq attivitajiet tal-Partit u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit” u “taċċetta l-gwida professjonali, is-superviżjoni u l-ġestjoni mill-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili.” Barra minn hekk, il-ħidma tal-Partit tal-Assoċjazzjoni “taċċetta l-gwida unifikata tad-dipartiment tal-ħidma tas-Soċjetà tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP (43).” |
|
(87) |
Il-Grupp Bosai kif ukoll il-Grupp Zhengzhou Yufa huma membri tal-ACRI (44). |
|
(88) |
Barra minn hekk, l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Għodod tal-Magni taċ-Ċina downstream (45) (CMTBA, China Machine Tool Industry Association), li madankollu għandha fergħa kkonċernata speċifikament mill-abrażivi, fihom l-Artikolu 3 identiku (46), li jiddikjara l-konformità tal-Assoċjazzjoni mat-tmexxija tas-CCP u l-aċċettazzjoni tagħha tas-superviżjoni u l-ġestjoni mill-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili u mill-Kumitat tal-Partit tal-Kummissjoni tas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat fir-rigward tal-attivitajiet tal-bini tal-Partit tas-CMTBA (47). |
|
(89) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi mad-deċiżjonijiet tan-negozju. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni u s-CCP, bħall-membri tas-CCP fost il-maniġment superjuri jew il-membri tal-bord tad-diretturi f’għadd ta’ kumpaniji li jimmanifatturaw il-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(90) |
Pereżempju, il-president ta’ Chinalco u d-direttur u l-maniġer ġenerali ta’ Chinalco huma, rispettivament, is-segretarju tal-partit u l-viċi segretarju tal-partit tal-organizzazzjoni tal-partit ta’ Chinalco. Mhux biss, fl-2024, l-unitajiet kollha tal-Grupp Chinalco nedew l-Istudju u l-Edukazzjoni tad-Dixxiplina tal-Partit: “il-laqgħa ta’ skjerament tal-Istudju u l-Edukazzjoni tad-Dixxiplina tal-Partit ta’ Chinalco Group enfasizzat li l-organizzazzjonijiet tal-partit fil-livelli kollha għandhom isaħħu l-kombinazzjoni tal-apprendiment u l-applikazzjoni, jikkombinaw l-Istudju u l-Edukazzjoni tad-Dixxiplina tal-Partit mal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ implimentazzjoni annwali tal-ippjanar strateġiku tal-“proġetti ewlenin annwali 4 + 4 + N +” ta’ Chinalco Group, u jistinkaw biex jilħqu għanijiet u kompiti annwali, u effettivament jittrasformaw ir-riżultati ta’ apprendiment fi xprun ineżawribbli għall-aċċelerazzjoni tal-bini ta’ kumpanija tal-aluminju eċċellenti ta’ klassi mondjali b’vantaġġi kompetittivi komprensivi sodi, u jipprovdu garanziji politiċi sodi għall-isforz biex jinkiteb kapitolu ġdid tal-modernizzazzjoni ta’ Chinalco” (48). |
|
(91) |
Barra minn hekk, l-intrapriżi privati fl-industrija tal-alumina huma soġġetti għal interferenza mill-Partit. Pereżempju, il-President tal-Grupp Bosai jservi wkoll bħala “il-President tal-Konferenza Konsultattiva Politika tal-Poplu Ċiniż tad-Distrett ta’ Nachuan, Chongqing” u rebaħ it-titlu onorarju ta’ “il-bennej soċjalista karatteristiku eċċellenti taċ-Ċina” (49). Barra minn hekk, il-Viċi Maniġer Ġenerali tal-Grupp iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-Grupp u pparteċipa f’laqgħa mal-“Grupp ta’ Propaganda tal-Kumitat tal-Partit Muniċipali biex jistudja u jimplimenta l-ispirtu tat-Tielet Sessjoni Plenarja tal-20 Kumitat Ċentrali tas-CCP” (50). |
|
(92) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott taħt investigazzjoni hemm fis-seħħ politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku. |
|
(93) |
L-industrija metallurġika tibqa’ titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (51). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn li jkopru l-alumina, maħruġa fil-livell nazzjonali, provinċjali u muniċipali, li ġew iddokumentati fid-dettall mill-investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar is-settur (52), kif ukoll mir-Rapport (53). |
|
(94) |
Fil-livell nazzjonali, pereżempju, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima (54) (“Pjan dwar il-Materja Prima”) jinkludi dispożizzjonijiet “li jinkoraġġixxu liż-żoni kostali jirranġaw b’mod ordnat l-alumina u proġetti oħrajn bl-użu ta’ riżorsi barranin”. Il-pjan jitlob ukoll kontroll tal-kapaċità fis-settur tal-aluminju b’mod ġenerali, inkluż fis-settur tal-alumina: “Il-kontroll strett taż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni. […] Il-prevenzjoni tal-iżvilupp diżorganizzat ta’ […] u tal-alumina”. |
|
(95) |
Barra minn hekk, il-Pjan tal-Aluminju jiddikjara li l-GTĊ “se jagħmel ħiltu biex itejjeb b’mod sinifikanti r-reżiljenza u l-livell ta’ sigurtà tal-katina industrijali u tal-provvista sal-2027, u jiżgura li l-iżvilupp tal-katina tal-industrija jilħaq livell ewlieni dinji. Il-kapaċità tas-sigurtà tar-riżorsi tal-aluminju se tittejjeb sostanzjalment, u se tistinka għal żieda ta’ 3 %–5 % fir-riżorsi domestiċi tal-boksajt”. Lil hinn minn din l-enfasi fuq l-inputs tal-boksajt, il-GTĊ għandu l-ħsieb ukoll li “jibni proġetti tal-alumina b’mod stabbli u prudenti. Aħna se nsaħħu l-ippjanar xjentifiku tal-alumina […] proġetti bil-boksajt bħala materja prima […] Proġetti ġodda se jitmexxew ’il quddiem b’mod prudenti. Il-proġetti tal-alumina li għadhom kif ġew immodifikati jew estiżi jridu jikkonformaw strettament mal-politiki rilevanti dwar l-industrija […]” (55). |
|
(96) |
Kif jista’ jidher mid-dokumenti ta’ hawn fuq, is-settur tal-alumina huwa mmonitorjat mill-qrib u mmexxi mill-gvern ċentrali u mis-settur, inkluża l-katina kollha tal-industrija tal-alumina fuża, u fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa msawwar minn intervent tal-gvern aktar milli minn forzi tas-suq ħieles. |
|
(97) |
Fil-livell lokali, il-firxa tal-interferenza taċ-Ċina fl-industrija tal-alumina hija aktar evidenti. Eżempju wieħed bħal dan huwa l-Pjan ta’ Shandong, li, flimkien mal-għanijiet deskritti fil-premessa 81, jistabbilixxi miżuri ta’ appoġġ għall-intrapriżi lokali tal-aluminju: “Iż-żieda tal-appoġġ politiku u regolatorju. L-implimentazzjoni attiva ta’ diversi politiki ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali u provinċjali, l-għoti ta’ appoġġ lil raggruppamenti industrijali eliġibbli, prodotti ewlenin u teknoloġiji ewlenin. L-appoġġ lill-intrapriżi li jwettqu proġetti nazzjonali u provinċjali ewlenin (56).” |
|
(98) |
F’Yunnan, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Yunnan dwar it-Tfassil mill-Ġdid tal-Katina Kollha tal-Metalli Mhux Ferrużi u tal-Industriji tal-Materjali Ġodda b’Vantaġġi Ġodda 2021-2023 (57) (“Il-Pjan ta’ Yunnan”) ifittex li “jiżviluppa manifattura intelliġenti: […] jippromwovi t-trasformazzjoni tal-metodi ta’ produzzjoni għal dawk intelliġenti, flessibbli u rfinati, u jwettaq dimostrazzjonijiet pilota ta’ manifattura intelliġenti fl-industrija tal-metall mhux ferruż. Fl-oqsma tal-minjieri ta’ […] boksajt, […] aħna se nippromwovu sett komplut ta’ sistemi intelliġenti tat-teknoloġija tal-estrazzjoni kollaborattiva […] u nibnu minjieri diġitali bbażati fuq intrapriżi ewlenin fl-industrija u nwettqu dimostrazzjonijiet tal-industrija. […] nippromwovu lill-intrapriżi biex itejbu l-livell ta’ intelliġenza tagħhom fl-ottimizzazzjoni tal-proċess […] u produzzjoni sikura u jtejbu l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti malajr u bi prezz baxx” (58). |
|
(99) |
Il-Pjan ta’ Yunnan fih ukoll miżuri biex jitnaqqsu l-kostijiet operatorji tal-industrija tal-alumina permezz ta’ politiki tat-taxxa preferenzjali: “L-implimentazzjoni ta’ politiki tat-taxxa preferenzjali għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Punent, u t-twettiq kif xieraq ta’ investigazzjoni u reġistrazzjoni ta’ intrapriżi rilevanti għal […], l-industrija tal-aluminju ekoloġiku u l-industrija tal-ipproċessar fil-fond tal-metall li ma fihx ħadid elenkati fil-katalogu tal-industriji mħeġġa fir-reġjuni tal-Punent; għoti ta’ pariri u servizzi mhux mitluba biex jgħinu lill-intrapriżi jnaqqsu l-piż tat-taxxa tagħhom” (59). |
|
(100) |
Id-Deċiżjoni ta’ Guangxi, kif diġà ġie indikat fil-premessa 82, tistabbilixxi diversi objettivi għall-iżvilupp tal-industrija tal-aluminju fil-provinċja. Barra minn hekk, hija tagħti mandat li: “[I]d-dipartimenti kompetenti tar-Reġjun Awtonomu bħall-Iżvilupp u r-Riforma, l-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, u l-Ekoloġija u l-Ambjent għandhom jiggwidaw u jappoġġaw lill-intrapriżi tal-alumina u tal-aluminju elettrolitiku biex jużaw proċessi ġodda, teknoloġiji ġodda, u teknoloġiji ekoloġiċi u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju biex iwettqu trasformazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija […]” (60). |
|
(101) |
F’Henan, ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fin-Negozju Internazzjonali tal-Boksajt bejn China Henan International Cooperation Group Co., Ltd. u Sanmenxia Municipality State-owned Assets Operation and Management Co., Ltd. Skont il-ftehim, “[f]il-futur, il-Kumitat tal-Partit Muniċipali ta’ Sanmenxia u l-Gvern Muniċipali se jinkludu materjali ġodda bbażati fuq l-aluminju f’waħda mit-12-il katina industrijali ewlenin li l-belt se tiffoka fuq il-kultivazzjoni tagħhom. Bħala intrapriża pjattaforma importanti għall-ftuħ u l-kooperazzjoni tal-provinċja, China Henan International Cooperation Group Co., Ltd. isservi u tiggarantixxi l-istrateġiji ewlenin tal-provinċja […]. Bħala intrapriża muniċipali tal-Istat, Sanmenxia State-owned Assets Operation and Management Co., Ltd. […] tistinka biex tikkultiva produttività ta’ kwalità ġdida, li ilha kkultivata profondament fil-qasam tal-industrija tal-aluminju, tistinka biex tikseb avvanzi ġodda fl-espansjoni tal-katina industrijali bbażata fuq l-aluminju, u tesplora b’mod attiv mogħdijiet ġodda għall-innovazzjoni u l-iżvilupp. Il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet biex iwettqu n-negozju internazzjonali tal-boksajt ma hijiex biss miżura importanti biex tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali, jiġi estiż il-qasam tal-kooperazzjoni ekonomika barranija, u jiġi promoss l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-ekonomija lokali, iżda wkoll prattika vivaċi ta’ approfondiment tar-riforma u tal-iżvilupp innovattiv tal-intrapriżi statali tal-belt, li hija ta’ sinifikat kbir u b’impatt estensiv ħafna fuq is-soluzzjoni tal-problema tal-provvista stretta tal-boksajt lokali li qed tiffaċċja l-belt u l-iżvilupp tal-industrija tal-aluminju fil-perjodi attwali u futuri” (61). |
|
(102) |
Fil-livell lokali, fl-2021, iż-Żona tat-Teknoloġija Avvanzata ta’ Fuling (id-distrett ta’ Fuling jinsab fiż-żona tal-Muniċipalità ta’ Chongqing) iddikjarat li “nefqet RMB 185 miljun fuq l-innovazzjoni xjentifika u teknoloġika, li kien 10,9 punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ tkabbir tan-nefqa baġitarja pubblika ġenerali tar-reġjun kollu” u żiedet li “permezz tal-kostruzzjoni ta’ pjattaformi u l-appoġġ għall-politika, iż-żona effettivament ippromwoviet l-agglomerazzjoni ta’ elementi innovattivi għall-katina l-ġdida tal-industrija tal-materjali, u ħafna kisbiet innovattivi mlew il-lakuna domestika. Pereżempju, […] il-produzzjoni annwali ta’ Fuling [Chongqing] Saite tal-alumina fuża kannella qabżet il-200 000 tunnellata, u saret l-akbar intrapriża tal-manifattura tal-monomeru tal-alumina fuża kannella fid-dinja. Sa tmiem l-2021, id-Distrett ta’ Fuling ikkultiva 98 intrapriża privata ta’ teknoloġija avvanzata” (62). |
|
(103) |
Barra minn hekk, il-banek tal-Istat jappoġġaw ukoll xi produtturi tal-alumina fuża, bħal pereżempju l-Fergħa ta’ Chongqing tal-Export and Import Bank of China li “introduċiet għadd ta’ miżuri maħsuba biex jgħinu lil Chongqing tagħmel dak kollu possibbli biex tistabbilizza s-suq bażiku tal-kummerċ barrani u tal-investiment barrani, u tippromwovi l-iżvilupp ġdid tal-ekonomija miftuħa ta’ Chongqing […] u saħħet l-appoġġ finanzjarju għall-kummerċ, […] ipprovdiet servizzi ta’ saldu […] ittra ta’ kreditu u finanzjament tal-kummerċ għal ħafna intrapriżi orjentati lejn il-produzzjoni u orjentati lejn il-kummerċ bħal [Chongqing] Saite Corundum u Chongqing International Trade” (63). Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħajjar lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-inputs ewlenin li jintużaw fil-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw liberament. |
|
(104) |
Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku fis-settur tal-alumina ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(105) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa 60. Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (meta jimmanifattura l-prodott taħt investigazzjoni jew l-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
|
(106) |
Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott taħt investigazzjoni ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa 60. Anki fil-livell tal-politika, il-gvern jirregola fil-fond il-miżuri finanzjarji. Pereżempju, il-Pjan tal-Materja Prima jawtorizza li “[i]l-mezzi ta’ finanzjament eżistenti se jintużaw bis-sħiħ biex jappoġġaw proġetti ewlenin involuti fil-Pjan. [Il-GTĊ] se japprofondixxi l-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-finanzi u jinfluwenza r-rwol tal-pjattaformi ta’ kooperazzjoni nazzjonali bejn l-industrija u l-finanzi biex jipprovdu appoġġ qawwi għal proġetti konformi mal-Pjan permezz ta’ servizzi finanzjarji u investiment fl-ekwità” (64). |
|
(107) |
Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod sever fil-livelli kollha. |
|
(108) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi manifatturat il-prodott taħt investigazzjoni, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jużaw manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(109) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt investigazzjoni ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti b’rabta mal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ billi ġew ikkombinati firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input lill-input u l-bqija. |
|
(110) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt investigazzjoni, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex taħdem il-valur normali esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ, li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.2.1.1.
|
(111) |
Fil-31 ta’ Jannar 2025, Runbao u Saite ssottomettew sett ta’ kummenti bi tweġiba għall-Ewwel Nota, inkluż fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(112) |
L-ewwel nett, Runbao u Saite ħadu l-pożizzjoni li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma huwiex applikabbli minħabba li l-industrija Ċiniża tal-alumina fuża topera taħt kundizzjonijiet orjentati lejn is-suq. F’dan ir-rigward, Runbao u Saite argumentaw ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni taċċetta l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi rrapportati miż-żewġ kumpaniji billi huma proprjetà privata. |
|
(113) |
Dan l-argument ma setax jiġi aċċettat. Kif deskritt fid-dettall fil-premessi minn 74 sa 110 hawn fuq, is-settur tal-prodott taħt investigazzjoni huwa soġġett għal bosta distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Filwaqt li tali distorsjonijiet jieħdu diversi forom u l-preżenza tal-SOEs fis-settur hija indikattiva tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-intervent tal-gvern li jaffettwa l-forzi tas-suq ma huwiex limitat għall-operaturi ekonomiċi proprjetà tal-Istat, iżda jestendi wkoll għal kumpaniji privati (ara, b’mod partikolari, il-premessa 91 hawn fuq). |
|
(114) |
It-tieni, Runbao u Saite sostnew li anke jekk il-Kummissjoni kellha ssib li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti, il-valutazzjoni rilevanti trid issir individwalment għal Runbao u Saite kif stipulat fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(115) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fuq livell nazzjonali. Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, allura d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament japplikaw, a priori, għall-produtturi esportaturi kollha tas-settur inkwistjoni fir-RPĊ u jikkonċernaw il-kostijiet kollha relatati mal-fatturi ta’ produzzjoni tagħhom. Filwaqt li l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tipprevedi l-użu ta’ kostijiet domestiċi li huma stabbiliti b’mod pożittiv bħala li ma jiġux affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti, l-ebda kost domestiku ma ġie stabbilit li ma huwiex distort abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. B’mod partikolari, il-produtturi esportaturi ma ssottomettewx evidenza akkurata u xierqa dwar prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni, filwaqt li llimitaw ruħhom għall-affermazzjoni ġenerali msemmija hawn fuq li l-industrija tal-alumina fuża topera taħt kundizzjonijiet orjentati lejn is-suq. |
3.2.2. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.2.1.
|
(116) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(117) |
Kif spjegat fil-premessi 53 u 54, il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-21 ta’ Jannar 2025 (minn hawn ’il quddiem l-“Ewwel Nota”) u t-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 (minn hawn ’il quddiem it-“Tieni Nota”). Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis il-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Wara l-kummenti u l-evidenza ta’ sostenn li waslu mingħand il-partijiet interessati rigward in-nuqqas ta’ produzzjoni ġenwina tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Messiku, il-Kummissjoni qieset li l-Brażil kien l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.3. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak tar-RPĊ
|
(118) |
Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat il-Messiku u l-Brażil bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li ssir il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(119) |
Fil-kummenti tagħha, Tyrolit ipproponiet tliet pajjiżi potenzjali — il-Brażil, il-Każakistan u l-Indja — bħala pajjiżi rappreżentattivi adattati għal din l-investigazzjoni. VDS argumentat li l-Indja tkun l-aktar għażla xierqa, u ċċitat il-preżenza ta’ bosta produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, VDS sostniet li l-Indja toffri riflessjoni realistika tal-prezzijiet tal-materja prima u li l-prezzijiet tal-enerġija tagħha huma aktar komparabbli ma’ dawk fiċ-Ċina. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni nnotat li, għall-kuntrarju tal-pajjiż ikkonċernat, il-Każakistan u l-Indja ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” skont il-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji u, għalhekk, ma jikkwalifikawx bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli fid-dawl tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku tagħhom, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, il-Każakistan u l-Indja ma jistgħux jintużaw bħala pajjiżi rappreżentattivi. B’hekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
3.2.4. Disponibbiltà ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(121) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qed jiġi manifatturat il-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri l-Brażil u l-Messiku, id-disponibbiltà tad-data meħtieġa għandha tiġi vverifikata aktar, b’mod partikolari, fir-rigward tad-data finanzjarja faċilment disponibbli mill-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(122) |
Fir-rigward tal-Brażil, il-Kummissjoni ma setgħetx issib, f’dan l-istadju, rapporti finanzjarji faċilment disponibbli (kemm jekk ikkonsolidati kif ukoll jekk le) għal Elfusa Geral de Eletro Fusão, l-unika kumpanija magħrufa li timmanifattura l-prodott taħt investigazzjoni fil-Brażil. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma setgħetx tuża d-data ta’ din il-kumpanija fil-proċediment. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil ma setax jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(123) |
Fir-rigward tal-Messiku, il-Kummissjoni identifikat rapporti finanzjarji faċilment disponibbli għal Elmet li juru livell raġonevoli ta’ profittabbiltà fis-sena 2022, iżda li ma jkoprux il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(124) |
Il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni fil-Messiku u fil-Brażil. L-ilmentatur ipprovda evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jikkonċernaw l-alumina fuża fiċ-Ċina. Għalhekk, jekk l-eżistenza ta’ tali distorsjonijiet tiġi kkonfermata, l-importazzjonijiet miċ-Ċina jiġu esklużi mill-kalkolu tal-prezzijiet referenzjarji għall-materja prima fil-pajjiżi rappreżentattivi. Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tad-WTO elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66). Fil-każijiet kollha, dawn l-importazzjonijiet jew ma kinux jeżistu jew kienu minimi (inqas minn 1 %) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għaldaqstant, kemm il-Messiku kif ukoll il-Brażil jistgħu jitqiesu bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa (67). |
|
(125) |
Tyrolit u VDS affermaw li hemm indikazzjonijiet qawwija li jissuġġerixxu li Elmet, produttur identifikat fil-Messiku, primarjament jopera bħala importatur u distributur ta’ materja prima għall-industriji refrattarji u metallurġiċi, minflok jipproduċi kwalunkwe tip ta’ alumina fuża. Huma ddikjaraw ukoll li l-Brażil għandu produzzjoni domestika tal-prodott taħt investigazzjoni, b’Elfusa Geral de Eletro Fusão (Elfusa) ikun produttur magħruf sew fost il-membri ta’ VDS. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni nnotat li Tyrolit u VDS ma pprovdewx evidenza li Elmet ma tipproduċix il-prodott taħt investigazzjoni. Għall-kuntrarju, is-sit web ta’ Elmet jiddikjara b’mod espliċitu li l-kumpanija tipproduċi l-BFA u topera l-forn tagħha stess. Tali element lanqas ma kien kontradett minn partijiet interessati oħrajn li jqisu l-eżistenza ta’ tali produttur fil-Messiku. Barra minn hekk, ir-rapporti finanzjarji ta’ Elmet huma faċilment aċċessibbli permezz ta’ Orbis, filwaqt li r-rapporti finanzjarji tal-produttur Brażiljan, Elfusa, ma humiex faċilment disponibbli u ma ġewx sottomessi minn Tyrolit u/jew VDS. Konsegwentement, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(127) |
L-utenti tal-Unjoni, Vesuvius Poland Sp. z o.o. (“Vesuvius”) u Calderys u l-assoċjazzjoni tal-utenti tal-Unjoni l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tar-Refrattarji (“PRE”) appoġġaw l-għażla tal-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv f’dan l-istadju. Skont Vesuvius, il-Brażil ma huwiex pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba li hemm data insuffiċjenti u “mhux xierqa” għal fatturi ewlenin tal-produzzjoni, billi l-importazzjonijiet ta’ dawn il-materjali fil-Brażil huma limitati, b’mod partikolari meta jiġu esklużi dawk ta’ oriġini Ċiniża. Barra minn hekk, abbażi tal-għarfien ta’ Vesuvius, il-materjali importati ma jikkorrispondux ma’ dawk li tipikament jintużaw fil-produzzjoni tal-alumina fuża. Minflok, dawn l-importazzjonijiet jikkonsistu primarjament fi gradi speċjalizzati ta’ boksajt maħsuba għal applikazzjonijiet speċifiċi, li mhux probabbli li jintużaw għall-produzzjoni tal-alumina fuża. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda data finanzjarja disponibbli għall-produtturi tal-alumina fuża fil-Brażil. Għalhekk, Vesuvius irrakkomanda li jekk il-Kummissjoni kellha tagħżel il-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv, jenħtieġ li hija tistrieħ fuq id-data tal-esportazzjoni aktar milli fuq id-data tal-importazzjoni, kif sar f’investigazzjonijiet preċedenti, biex tiżgura determinazzjoni ġusta u akkurata tal-valur normali. Calderys appoġġa l-għażla tal-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv minħabba d-disponibbiltà ta’ data finanzjarja għal produttur tal-alumina fuża identifikat fil-Messiku. Barra minn hekk, ix-xejriet tal-importazzjoni tal-Messiku jindikaw esponiment aktar baxx għal inputs importati potenzjalment distorti u aderenza għal standards soċjali u ambjentali aktar b’saħħithom. PRE nnotat li l-Brażil huwa wieħed mill-akbar produtturi tal-boksajt fid-dinja u, b’riżultat ta’ dan, huwa esportatur nett. Konsegwentement, PRE argumentat li l-prezz unitarju tal-importazzjoni tal-boksajt fil-Brażil jista’ ma jirriflettix b’mod akkurat is-suq domestiku, jew minħabba l-volum baxx ta’ importazzjonijiet jew inkella minħabba li l-prodotti importati huma speċjalizzati, u jiffokaw fuq gradi ta’ speċjalità ta’ valur ogħla. Barra minn hekk, bħall-Kummissjoni, PRE ma setgħetx issib rapporti finanzjarji disponibbli għal Elfusa. |
|
(128) |
Tyrolit u Reckel ikkummentaw li l-fatturi tal-produzzjoni għall-manifattura tal-alumina fuża bbażata fuq l-alumina u tal-kurindun tal-ġell tal-sol ma kinux elenkati fl-Ewwel Nota. Sadanittant, Reckel argumentat li l-fatturi tal-produzzjoni identifikati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid, minħabba li ma jirriflettux b’mod akkurat il-materja prima primarja użata għall-produzzjoni tal-kurindun tal-ġell tal-sol. Iż-żewġ kumpaniji ħeġġew lill-Kummissjoni jew biex taġġusta l-fatturi ta’ produzzjoni identifikati jew biex teskludi l-kurindun tal-ġell tal-sol mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. |
|
(129) |
B’reazzjoni għall-kummenti minn Tyrolit u Reckel, ġie kkunsidrat ukoll input addizzjonali wieħed użat fil-manifattura tal-ġell tas-sol—tip ta’ prodott inkluż fil-prodott taħt investigazzjoni—kif ġie rrapportat minn wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni kkalkolat il-marġnijiet tad-dumping abbażi tad-data miġbura u vverifikata matul l-investigazzjoni, filwaqt li żgurat li jiġu kkunsidrati l-inputs kollha meħtieġa għall-produzzjoni tad-diversi tipi ta’ alumina fuża miż-żewġ produtturi inklużi fil-kampjun. |
|
(130) |
Saite u Runbao argumentaw li l-istatistika tal-importazzjoni tal-Global Trade Atlas (GTA) ma hijiex bażi adattata biex jiġu ddeterminati l-kostijiet tal-materja prima tal-valur normali, sakemm ma jsirux l-aġġustamenti meħtieġa skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku biex jiġi żgurat li l-prezzijiet referenzjarji jkunu komparabbli mal-prezzijiet attwali mħallsa mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Huma nnotaw li l-kumpaniji Ċiniżi jakkwistaw porzjon sinifikanti tal-materja prima tagħhom u ta’ inputs oħrajn fis-suq domestiku, li jfisser li l-prezzijiet tal-fattur tal-produzzjoni (FOP, Factor Of Production) inkwistjoni ma jinkludux kostijiet bħal dawk tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar, l-assigurazzjoni, u d-dazji fuq l-importazzjoni. Għalhekk, huma affermaw li meta tuża d-data tal-importazzjoni tal-GTA, jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġusta l-prezzijiet referenzjarji biex jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tal-akkwist tal-produtturi Ċiniżi, inklużi l-mod ta’ trasport, id-distanza tat-trasport, u l-applikabbiltà ta’ kostijiet bħall-assigurazzjoni, id-dazji fuq l-importazzjoni u l-VAT. |
|
(131) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippreskrivi l-użu ta’ data korrispondenti f’pajjiż rappreżentattiv xieraq “sakemm id-data rilevanti tkun faċilment disponibbli.” F’dan il-każ, il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali huma faċilment disponibbli, u l-Kummissjoni tuża d-data tal-GTA bħala s-sors għal dawk il-prezzijiet. Jekk l-evidenza tikkonferma l-bażi biex tiġi applikata l-metodoloġija fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni taġġusta aktar dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni (pereżempju, billi żżid id-dazji doganali rilevanti) biex tasal għal indikatur raġonevoli li jirrappreżenta prezz domestiku mhux distort f’dawn il-pajjiżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni eskludiet id-data dwar l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv miċ-Ċina biex tiddetermina l-parametri referenzjarji rilevanti. Sakemm il-kwantitajiet tal-importazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni jitqiesu mill-Kummissjoni bħala rappreżentattivi biżżejjed bi prezzijiet mhux distorti u ma jkun hemm l-ebda ċirkostanza speċifika oħra li tagħmilhom mhux adattati, ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva biex jiġu esklużi. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ evidenza li turi l-kuntrarju, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(132) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-tieni nota li hija kellha l-ħsieb li tuża l-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. Meta stabbiliet valuri raġonevoli għall-kostijiet SG & A u għall-profitt, il-Kummissjoni inizjalment ipproponiet li tuża data finanzjarja ta’ Elmet, li kienet disponibbli fil-bażi tad-data ta’ ORBIS għal perjodu qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni (PI, investigation period). |
|
(133) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Elmet bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(134) |
Saite u Runbao enfasizzaw l-importanza li d-data tal-importazzjoni tal-GTA tiġi aġġustata biex jiġu esklużi kostijiet bħal dawk tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar, l-assigurazzjoni u d-dazji fuq l-importazzjoni, minħabba li dawn ma jiġux imġarrba meta jakkwistaw materja prima domestikament fiċ-Ċina. Huma argumentaw li l-inklużjoni ta’ tali kostijiet toħloq distorsjoni fit-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-valur normali billi ħeġġew lill-Kummissjoni biex tiżgura li s-sorsi tal-valur normali jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tal-akkwist tal-produtturi Ċiniżi biex jiġi żgurat tqabbil ġust. Barra minn hekk, Runbao oġġezzjonat li tintuża l-istatistika tal-importazzjoni tal-GTA tal-Brażil għall-karbur tas-siliċju kif issuġġerit fit-Tieni Nota, u rrakkomandat lit-Turkija minflok minħabba volumi ogħla ta’ importazzjoni u data aktar affidabbli li tirrifletti livell komparabbli ta’ żvilupp ekonomiku. |
|
(135) |
Kif imsemmi fil-premessa 110, fid-dawl tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-suq domestiku Ċiniż, il-Kummissjoni hija intitolata li tibni l-valur normali esklussivament abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika l-prezzijiet domestiċi prevalenti fis-suq domestiku u kellha tirrikorri għall-istatistika tal-importazzjoni, inklużi l-kost tat-trasport u d-dazji fuq l-importazzjoni, fejn applikabbli, biex tirrifletti l-prezzijiet domestiċi fil-pajjiż rappreżentattiv li jkunu pagabbli minn produttur lokali. B’hekk, din l-affermazzjoni hija miċħuda. L-affermazzjoni speċifika relatata mal-karbur tas-siliċju ġiet ikkunsidrata u indirizzata fil-premessa 154. |
|
(136) |
Wester argumentat li Elmet hija żgħira wisq, b’data finanzjarja li tvarja, biex tkun rappreżentattiva tal-industrija tal-Messiku għal dan l-iskop. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda konferma li Elmet timmanifattura l-BFA fil-Messiku, billi s-sit web tal-kumpanija ma jappoġġax l-affermazzjoni tal-Kummissjoni. Anki jekk Elmet tipproduċi l-BFA, Wester indikat li hija parti żgħira mill-firxa ta’ prodotti ta’ Elmet, u d-data finanzjarja minn Elmet tirrifletti primarjament in-negozji l-oħrajn tagħhom, u b’hekk ma tkunx adattata biex jiġi ddeterminat il-valur normali tal-BFA. Wester ħeġġet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra mill-ġdid li tuża d-data finanzjarja ta’ Elmet u, jekk ma tkun disponibbli l-ebda data xierqa oħra, biex tikkunsidra mill-ġdid l-użu ta’ pajjiż rappreżentattiv għalkollox. |
|
(137) |
Traxys ikkontestat l-għażla ta’ Elmet fil-Messiku bħala produttur rappreżentattiv, u pprovdiet evidenza li Elmet ma timmanifatturax il-BFA għall-industrija refrattarja, iżda minflok topera bħala importatur-negozjant li jakkwista mir-RPĊ. Huma sostnew li l-użu tad-data ta’ Elmet joħloq distorsjoni fil-kalkoli tal-valur normali minħabba li ma jirriflettix kif suppost il-proċessi tal-produzzjoni, l-istruttura tal-kostijiet jew l-istrateġiji tal-ipprezzar rilevanti għall-prodott taħt investigazzjoni. Traxys irrimarkat ukoll li t-trasport tal-merkanzija bil-baħar għandu impatt sinifikanti fuq il-kostijiet, u b’hekk il-prezzijiet tal-bejgħ Messikani ma humiex adattati għal tqabbil xieraq mas-suq tal-UE. Huma ssuġġerew li Elfusa fil-Brażil tista’ tkun produttur aktar rappreżentattiv minħabba l-produzzjoni lokali tagħha tal-BFA u similarità fil-kostijiet tal-merkanzija meta mqabbla mar-RPĊ. Traxys enfasizzat li l-għażla attwali ma għandhiex biżżejjed evidenza u tista’ twassal għal determinazzjoni mhux akkurata tal-valur normali, li taffettwa l-ġustizzja proċedurali u l-interessi Ewropej. |
|
(138) |
Verband Deutscher Schleifmittelwerke e.V. (VDS) ikkontestat l-għażla tal-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv, u argumentat li Elmet ma timmanifatturax il-prodott taħt investigazzjoni. Huma affermaw li Elmet timporta l-BFA mir-RPĊ, li potenzjalment twassal għal kalkoli distorti jekk tintuża bħala parametru referenzjarju. VDS affermat li l-Kummissjoni ma kinitx skrutinizzat biżżejjed is-suppożizzjonijiet li tressqu mill-ilmentaturi u injorat argumenti importanti mill-partijiet interessati. |
|
(139) |
Minbarra l-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq u l-evidenza mressqa, il-Kummissjoni investigat aktar jekk Elmet kinitx produttur ġenwin tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Messiku, li r-rapporti finanzjarji tiegħu setgħu jintużaw għad-determinazzjoni ta’ ammonti raġonevoli għall-SG & A u għall-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv. Wara r-riċerka tagħha, il-Kummissjoni kkonfermat li Elmet ma kinitx produttur ġenwin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kisbet ittra mingħand Elmet li tiċċara li l-kumpanija ma timmanifatturax il-prodott taħt investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ produzzjoni ġenwina tal-prodott taħt investigazzjoni, il-Kummissjoni kellha tikkunsidra mill-ġdid l-għażla tagħha ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(140) |
Imerys u VDS għamlu wkoll ċerti affermazzjonijiet rigward il-prezz tal-elettriku fil-Messiku, l-istatistika tal-importazzjoni tal-GTA għall-alumina u l-boksajt fil-Messiku. VDS tenniet li jenħtieġ li l-Indja tintuża bħala pajjiż rappreżentattiv. Meta wieħed iqis in-nuqqas ta’ produzzjoni ġenwina fil-Messiku, dawn l-affermazzjonijiet tqiesu bla effett. Barra minn hekk, kif diġà ġie spjegat fil-premessa 120, l-Indja ma tappartjenix għall-istess grupp ta’ introjtu bħar-RPĊ u ma tistax tiġi kkunsidrata għall-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(141) |
Meta kkunsidrat mill-ġdid l-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni straħet fuq l-informazzjoni li tinsab fl-ewwel u fit-tieni noti għall-fajl u fuq il-kummenti li waslu f’dan ir-rigward. Fl-ewwel u fit-tieni noti, il-Kummissjoni kienet identifikat il-Messiku u l-Brażil bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Filwaqt li ma kien hemm l-ebda fattur deċiżiv li jiffavorixxi l-għażla tal-Brażil jew tal-Messiku sa fejn huma kkonċernati l-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, l-istatistika tal-importazzjoni, il-manodopera jew l-enerġija, il-Kummissjoni għażlet il-Messiku abbażi tad-disponibbiltà tar-rapporti finanzjarji. Meta kkunsidrat il-kummenti li waslu li indikaw in-nuqqas ta’ produzzjoni ġenwina fil-Messiku - għall-kuntrarju tal-Brażil - u n-nuqqas ta’ rapporti finanzjarji għall-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Brażil, il-Kummissjoni eżaminat id-disponibbiltà tar-rapporti finanzjarji għall-kumpaniji attivi fl-istess settur tan-NACE bħall-alumina fuża fil-Brażil. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni identifikat 3 kumpaniji li joperaw fis-settur NACE C 23.9 - Il-manifattura ta’ prodotti abrażivi u prodotti minerali mhux metalliċi fil-Brażil b’rapporti finanzjarji disponibbli għas-snin 2023 u 2024, jiġifieri li jkopru parzjalment il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan is-settur tqies bħala rappreżentattiv minħabba li jinkludi kumpaniji li l-proċessi industrijali tagħhom huma qrib dawk tal-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni billi l-passi ta’ produzzjoni, bħall-ipproċessar b’temperatura għolja, it-tħin mekkaniku u s-sistemi ta’ klassifikazzjoni, huma fundamentalment allinjati f’dawn il-kumpaniji u l-manifattura tal-alumina fuża. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. |
3.2.5. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(142) |
Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.5.1.
|
(143) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil issodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.6. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(144) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw u jipproponu informazzjoni faċilment disponibbli dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(145) |
Fl-istess nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Fit-tieni nota, il-Kummissjoni elenkat ċerti sorsi għall-kost lavorattiv u l-enerġija. Minħabba l-bidla maħsuba fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq, dawn is-sorsi għall-manodopera u l-enerġija mhux se jibqgħu jintużaw jekk il-Brażil jintuża bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Minflok, il-Kummissjoni se tuża sorsi Brażiljani biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera (68) u tal-enerġija (69). |
|
(146) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni kompluta u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn il-partiti negliġibbli kienu raggruppati taħt “materjal konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li hija se tikkalkula l-persentaġġ tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-persentaġġ għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.6.1.
|
(147) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi tal-produzzjoni tal-alumina fuża
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(148) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex tistabbilixxi dan l-ammont, il-Kummissjoni esprimiet il-kost ġenerali tal-manifattura mġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni bħala persentaġġ tal-kost attwali tal-materja prima użata u mbagħad applikat l-istess persentaġġ għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kostijiet ġenerali mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet ġenerali rrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet ġenerali mingħajr distorsjoni tal-manifattura meta titwassal sal-fabbrika tal-kumpanija. |
3.2.6.2.
|
(149) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-pajjiż rappreżentattiv billi kkonkludiet fil-premessi 110 u 115 li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(150) |
Imerys u Tyrolit ikkummentaw li l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (HS, Harmonised System) għall-boksajt kalċinat jidher li ma huwiex korrett, minħabba li jenħtieġ li jaqa’ taħt l-istess kodiċi NM bħall-boksajt—speċifikament, il-minerali u l-konċentrati kollha tal-aluminju huma kklassifikati taħt il-kodiċi HS 2606 . Barra minn hekk, Tyrolit innotat li l-boksajt kalċinat ma huwiex komodità omoġenja, bil-prezzijiet unitarji jvarjaw b’mod sinifikanti. Għalhekk, Tyrolit irrakkomandat li tintuża data dwar l-ipprezzar minn sorsi ta’ reputazzjoni tajba bħal CM Group jew Fastmarkets, li jiżdiedu l-kostijiet tat-trasport fejn xieraq, jew li jitwettqu kontroverifiki billi l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-GTA jitqabblu mal-prezzijiet tas-suq faċilment disponibbli biex jiġu evitati devjazzjonijiet sinifikanti mill-prezzijiet mistennija. Fl-aħħar nett, Tyrolit sostniet li t-trab tal-ossidu tal-aluminju, komunement imsejjaħ alumina, huwa l-materja prima primarja għall-produzzjoni ta’ diversi tipi ta’ alumina fuża u jenħtieġ li ma jitqiesx bħala prodott sekondarju ta’ skart tal-proċess ta’ fużjoni li jinvolvi l-boksajt kalċinat. |
|
(151) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-boksajt kalċinat, il-Kummissjoni kkonfermat li, f’konformità man-Nomenklatura Magħquda (NM) u mas-Sistema Armonizzata (SA), il-minerali u l-konċentrati kollha tal-aluminju, inkluż il-boksajt kalċinat, jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2606 . Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li turi li din il-klassifikazzjoni ma kinitx korretta jew li l-użu tagħha wassal għal data mhux affidabbli. Fir-rigward tas-suġġeriment li tintuża d-data dwar l-ipprezzar minn sorsi bħal CM Group jew Fastmarkets, il-partijiet interessati ma ppreżentaw l-ebda data konkreta minn dawn is-sorsi, u lanqas ma ssostanzjaw għaliex tali data tkun aktar affidabbli mill-istatistika tal-importazzjoni tal-GTA. Filwaqt li l-Kummissjoni għandha aċċess għal Fastmarkets, l-informazzjoni li tinsab hemmhekk ma kinitx meqjusa bħala bażi xierqa biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju għal dan il-fattur ta’ produzzjoni, minħabba li jew ma kinitx tikkorrispondi għal dak il-fattur ta’ produzzjoni inkwistjoni jew kienet relatata ma’ kwotazzjoni tal-prezz tal-port Ċiniż. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(152) |
Fir-rigward tat-trab tal-ossidu tal-aluminju, meta jitqies il-valur negliġibbli assolut u relattiv ta’ dan il-fattur ta’ produzzjoni fil-kost totali tal-manifattura, dan ġie ttrasferit taħt materjal konsumabbli għall-iskop li jinħadem il-valur normali. Għalhekk, din l-affermazzjoni saret irrilevanti. |
|
(153) |
Kif spjegat fil-premessa 127, diversi partijiet interessati affermaw li, jekk il-Brażil jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-prezz mhux distort għall-boksajt u l-boksajt kalċinat jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-istatistika tal-esportazzjoni aktar milli fuq l-istatistika tal-importazzjoni, hekk kif dawn jikkorrispondu għal forom speċjalizzati ta’ boksajt maħsuba għal applikazzjonijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni nnotat li l-parametru referenzjarju kien fil-fatt fil-medda tal-prezz imħallas mill-produtturi tal-Unjoni għall-istess fattur ta’ produzzjoni. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(154) |
Runbao oġġezzjonat għall-użu tal-istatistika tal-importazzjoni tal-GTA tal-Brażil għall-karbur tas-siliċju biex jiġi ddeterminat il-valur ta’ dan il-fattur ta’ produzzjoni, fejn argumentat li l-volumi tal-importazzjoni tal-Brażil matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu baxxi wisq biex jitqiesu rappreżentattivi u li hemm dispersjoni sinifikanti fil-prezzijiet fost is-sorsi tal-importazzjoni tal-Brażil. Bħala alternattiva, Runbao pproponiet li t-Turkija tintuża bħala s-sors għall-prezz referenzjarju, billi ċċitat il-volum tal-importazzjoni ferm ogħla tat-Turkija ta’ karbur tas-siliċju, in-numru aktar baxx ta’ fornituri minuri u l-klassifikazzjoni bħala pajjiż b’introjtu medju superjuri komparabbli maċ-Ċina. Runbao argumentat ukoll li d-data tal-importazzjoni tat-Turkija hija disponibbli għall-pubbliku u aktar affidabbli u ssottomettiet data minn Trade Map b’appoġġ għall-affermazzjoni tagħha. |
|
(155) |
Wara li rrieżaminat l-istatistika tal-importazzjoni tal-Brażil, il-Kummissjoni osservat li sehem marġinali fil-kwantità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi wera prezzijiet unitarji tal-importazzjoni għoljin b’mod anormali, diversi mijiet ta’ drabi ogħla mill-prezz medju ponderat stabbilit. Meta jitqies li dawn il-volumi kellhom jikkorrispondu għal prodott differenti mill-FOP rilevanti inkluż taħt l-istess kodiċi HS, il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-kwantitajiet inkwistjoni. B’riżultat ta’ dan, il-prezz referenzjarju kien ibbażat fuq aktar minn 91 % tal-volum tal-importazzjoni fil-Brażil matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tal-proposta li t-Turkija tintuża bħala sors alternattiv, il-Kummissjoni nnotat li t-Turkija ma nżammitx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’din l-investigazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, id-data tal-importazzjoni tat-Turkija ma setgħetx tintuża għall-fini tad-determinazzjoni tal-prezzijiet referenzjarji, u l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(156) |
Fin-nuqqas ta’ statistika tal-importazzjoni disponibbli fil-Brażil għal “Gagazza, irmied u residwi” li kienet tirrifletti l-prodott sekondarju speċifiku ġġenerat fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni minn produttur esportatur wieħed li kkoopera, il-Kummissjoni kellha tiddependi fuq metodu alternattiv biex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni għal “Gagazza, irmied u residwi”. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkalkolat proporzjon bejn il-prezz tal-bejgħ domestiku fir-RPĊ ta’ dan il-prodott sekondarju u l-kost materjali totali. Dan il-proporzjon imbagħad ġie applikat għall-kost materjali totali mingħajr distorsjoni kkalkolat u l-ammont li rriżulta mbagħad ġie diviż bil-kwantità attwali mibjugħa sabiex wieħed jasal għall-prezz unitarju mingħajr distorsjoni. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-parametru referenzjarju kkalkolat huwa rrapportat f’meded fit-Tabella 1. Madankollu, dan ġie divulgat lill-produttur esportatur ikkonċernat fid-divulgazzjoni speċifika tiegħu. |
|
(157) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst mill-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni żiedet id-dazji tal-importazzjoni rilevanti mal-valur kost, assigurazzjoni u nol (CIF, cost, insurance, freight) irreġistrat fl-istatistika tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, kif disponibbli fil-GTA. |
|
(158) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala persentaġġ tal-kost attwali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess persentaġġ għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
3.2.6.3.
|
(159) |
L-Insitituto Brasileiro de Geografia e Estatística (IBGE) jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fil-Brażil. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli li tkopri l-2022 għall-kost lavorattiv medju b’rabta mal-attività ekonomika 23.91 “Fabricação de produtos cerâmicos refratários” skont il-klassifikazzjoni Brażiljana CNAE 2.0. L-istatistika tal-IBGE tipprovdi informazzjoni dwar il-pagi annwali totali u l-imposti relatati u dwar l-għadd ta’ impjegati għal kull settur ta’ attività ekonomika għas-sena 2022. Ġiet ikkunsidrata biss l-informazzjoni relatata mal-persunal fir-rigward tal-produzzjoni. Il-valuri ġew indiċjati mal-perjodu ta’ investigazzjoni bl-użu tal-indiċi nazzjonali tal-prezzijiet tal-konsumatur (71) |
3.2.6.4.
|
(160) |
Il-prezz tal-elettriku u tal-gass għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Brażil huwa ppubblikat mill-Ministeru tal-Minjieri u l-Enerġija tal-Brażil (72) għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Ir-rati ppubblikati fil-bullettin ta’ kull xahar kienu jinkludu l-“Imposto sobre Circulação de Mercadorias e Serviços” (ICMS), taxxa imposta mill-Istati Brażiljani fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija u l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport u komunikazzjoni interstatali u intermuniċipali. Din it-taxxa setgħet tintalab lura mill-utenti industrijali u tnaqqset mill-parametru referenzjarju stabbilit. Billi l-ICMS inġabret mill-Istati Brażiljani bir-rata li tvarja minn 17 % sa 18 % skont l-Istat, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat mill-ġdid il-parametri referenzjarji tal-elettriku u tal-gass, filwaqt li naqqset medja ta’ 17,5 % ICMS. Il-parametru referenzjarju tal-elettriku kkalkolat mill-ġdid huwa tariffa industrijali medja għall-PI u huwa 0,98 CNY/kWh, filwaqt li l-parametru referenzjarju tal-gass huwa 4,32 CNY/m3. |
3.2.6.5.
|
(161) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(162) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(163) |
Sabiex jiġi stabbilit ammont mhux distort u raġonevoli għall-kostijiet SG & A u l-profitt, il-Kummissjoni straħet fuq id-data finanzjarja għas-snin 2023 jew 2024, skont id-disponibbiltà tad-data tal-kumpaniji, għal tliet kumpaniji Brażiljani li joperaw taħt il-Kodiċi NACE 23.9. Dawn il-kumpaniji huma Bozel Brasil S.A., Trevo Industrial de Acartonados S/A u Technosulfur Sistema de tratamento de metais liquidos Ltda kif estratt minn Orbis. Greca Distribuidora de Asflatos Ltda, identifikata wkoll fil-Kodiċi NACE 23.9, ġiet injorata billi l-aħħar rapporti finanzjarji identifikati u faċilment disponibbli kienu mill-2022, jiġifieri barra mill-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.2.6.6.
|
(164) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(165) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fil-premessi minn 144 sa 146. |
|
(166) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, kif spjegat fil-premessa 162. |
|
(167) |
Il-kostijiet SG & A u l-profitt iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ 3 kumpaniji kif spjegat fil-premessa 163 ġew applikati għas-somma tal-kost tal-manifattura mhux distort u l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura; jiġifieri l-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(168) |
Il-kostijiet SG & A espressi bħala persentaġġ tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”, Costs of Goods Sold) u applikati għall-kostijiet mhux distorti tal-produzzjoni, kienu jammontaw għal 13,25 %. Il-profitt, espress bħala persentaġġ tal-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 19,68 %. |
|
(169) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(170) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew inkella permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur. |
|
(171) |
Għall-produttur esportatur li esporta l-prodott ikkonċernat direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(172) |
Għall-produttur esportatur li esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur ibbażat fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż tal-SG & A attwalment imġarrba mill-importatur relatat, u profitt (ta’ (4-6) (73) %) li nkiseb miż-żewġ importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun fl-Unjoni. |
3.4. Tqabbil
|
(173) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel provvedimenti għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu provvedimenti għad-differenzi fil-fatturi li ġew affermati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.4.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(174) |
Kif spjegat fil-premessa 169, il-valur normali ġie stabbilit fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-SG & A u għall-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament sabiex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell mill-fabbrika. |
|
(175) |
Fir-rigward tal-provvedimenti, il-Kummissjoni sabet li l-kodiċi HS li taħtu l-prodott taħt investigazzjoni huwa kklassifikat għall-esportazzjonijiet fir-RPĊ huwa soġġett għal VAT mhux rimborżabbli ta’ 13 %, filwaqt li l-valur normali kien inħadem nett mill-VAT. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat paragun ġust, sar aġġustament ’il fuq tal-valur normali skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku għall-produtturi esportaturi soġġetti għal din il-VAT. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għaliex għamlet xi konċessjonijiet għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ntalbu minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. |
3.4.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(176) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: id-dazju doganali, imposti oħrajn fuq l-importazzjoni, il-merkanzija, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u t-tagħbija u spejjeż anċillari. |
|
(177) |
Saru provvedimenti għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: it-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u t-tagħbija, l-ispejjeż tal-ippakkjar, il-kostijiet tal-krediti u l-imposti bankarji. Sar ukoll aġġustament għall-kummissjonijiet skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għan-negozjant relatat ta’ Runbao billi tnaqqset kummissjoni maħduma (ibbażata fuq il-kostijiet SG & A tan-negozjant relatat u profitt nozzjonali ta’ [4-6 %] użat b’analoġija għal wieħed applikat għall-importaturi relatati, kif spjegat fil-premessa 172 hawn fuq. |
3.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(178) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(179) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(180) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, fuq bażi ta’ medja ponderata. |
|
(181) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 118,88 %. |
|
(182) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġew stabbiliti abbażi tal-Eurostat. Kif imsemmi fil-premessa 20, il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa baxx ħafna minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu inqas minn 20 % tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni matul il-PI. |
|
(183) |
Il-Kummissjoni fakkret li t-taqsima 10 tan-Notifika tal-Bidu (74) kienet infurmat lill-partijiet interessati li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, jew kooperazzjoni parzjali biss, jistgħu jwasslu għal sejbiet ibbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, li potenzjalment jirriżultaw f’eżiti inqas favorevoli għal dawk il-partijiet. Minħabba li l-partijiet interessati ġew imwissija b’mod ċar dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, u li l-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien partikolarment baxx, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiddetermina d-dazju tad-dumping residwu bbażat fuq l-imġiba tad-dumping osservata b’rabta ma’ subsett ta’ bejgħ minn Saite — il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun bl-ogħla marġni ta’ dumping — li jirrappreżenta 7 % tal-volum totali tal-esportazzjoni tal-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-bejgħ kien ikkunsidrat bħala indikatur raġonevoli u rappreżentattiv għall-imġiba tad-dumping tal-esportaturi li ma kkooperawx. |
|
(184) |
Għalhekk, il-marġni tad-dumping residwu kien stabbilit għal 136,36 %. |
|
(185) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(186) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn disa’ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(187) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 131 810 tunnellati abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni u t-tweġibiet għall-kwestjonarju li waslu mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa 14, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 44 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(188) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’ (a) id-data sottomessa mill-ilmentatur dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, kif ġiet kontroverifikata mal-volumi tal-bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; (b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportat fil-Eurostat. |
|
(189) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(190) |
Il-konsum fl-Unjoni naqas b’20 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 3 % mill-2021 sal-2022, segwit minn tnaqqis sinifikanti ta’ 19-il punt perċentwali fl-2023. Mill-2023 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-konsum żdied b’2 punti perċentwali, iżda baqa’ 20 % taħt dak fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(191) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil bejn il-volum tal-importazzjonijiet mal-konsum fl-Unjoni. |
|
(192) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(193) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu minn 140 372 tunnellata għal 160 549 tunnellata matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, żieda ta’ 14 %. Wara żieda sinifikanti ta’ 25 % fl-2022, fejn l-importazzjonijiet laħqu l-ogħla livell ta’ 175 343 tunnellata, il-volumi naqsu fl-2023 għal 151 650 tunnellata qabel ma rkupraw parzjalment matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żieda ġenerali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ 14 %. |
|
(194) |
Is-sehem mis-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet żdied minn 37 % għal 53 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, żieda ta’ 42 % f’perjodu ta’ tnaqqis kostanti fil-konsum tal-Unjoni. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(195) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw li rrappreżentaw 4 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni fil-PI. |
|
(196) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/ tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(197) |
Il-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina żdied bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet l-ewwel żdiedu b’madwar 44 % biex laħqu EUR 1 169/tunnellata fl-2022. Dan kien segwit minn tnaqqis ta’ 37 punt perċentwali fl-2023, bil-prezzijiet jonqsu għal EUR 865/tunnellata, qabel ma żdiedu bi ftit għal EUR 878/tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-varjazzjoni fil-prezzijiet kienet influwenzata l-aktar mill-varjazzjonijiet fil-kost tal-materja prima. |
|
(198) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika; u l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF, Cost, insurance, freight), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(199) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Kien meħtieġ aġġustament fil-PCN minħabba inkonsistenza identifikata fid-deskrizzjoni tal-PCN li tikkonċerna l-alumina fuża kannella, kif spjegat fid-dettall fil-premessa 11. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 42,94 % u 61,37 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Madwar 99,9 % tal-volumi ta’ importazzjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun instabu li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(200) |
Minbarra t-twaqqigħ tal-prezzijiet, kien hemm ukoll soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx minn produtturi esportaturi Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet matul il-PI skont l-iżvilupp tal-kostijiet tal-produzzjoni u sabiex jinkiseb livell raġonevoli ta’ profitt, kif stabbilit fit-Tabella 8 hawn taħt. Is-soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet hija kkonfermata mid-data fit-Tabelli 4 u 8, kif ukoll mill-bejgħ taħt il-prezz misjub abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(201) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(202) |
Kif imsemmi fit-taqsima 1.5, intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(203) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, kontroverifikata, fejn meħtieġ, mat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(204) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(205) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1.
|
(206) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(207) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni esperjenza tnaqqis konsistenti u sinifikanti ta’ 37 %. Mill-2021 sal-2022, il-produzzjoni naqset bi 11 %. Din ix-xejra ’l isfel aċċellerat fl-2023, bil-produzzjoni tonqos b’34 % meta mqabbla mal-2021. It-tnaqqis kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u laħaq livell baxx ta’ 131 810 tunnellati, tnaqqis ta’ 37 % mill-volum inizjali. |
|
(208) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli f’livell ta’ 305 500 tunnellata. Minħabba t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni fil-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità naqas drastikament minn 69 % fl-2021 għal 43 % fil-PI. |
4.4.2.2.
|
(209) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(210) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti b’37 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas bi 22 %, u b’hekk is-sehem mis-suq tagħha naqas minn 41 % fl-2021 għal 32 % fil-PI. |
4.4.2.3.
|
(211) |
Fil-kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni sofriet tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni, fil-volum tal-bejgħ, u fis-sehem mis-suq li qabeż it-tnaqqis ġenerali fis-suq tal-Unjoni. Il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat b’mod aktar qawwi mis-suq, u dan jenfasizza l-pożizzjoni partikolarment vulnerabbli tal-industrija matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u t-tkabbir negattiv. |
4.4.2.4.
|
(212) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(213) |
L-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis fl-impjiegi ta’ 16 % matul il-perjodu kkunsidrat, bl-għadd totali ta’ impjegati naqas minn 1 145 fl-2021 għal 962 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(214) |
Fid-dawl tat-tnaqqis fil-produzzjoni u fl-impjiegi, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala tunnellati għal kull impjegat prodotti fis-sena, naqset b’25 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-produttività żdiedet mill-2023 sal-perjodu ta’ investigazzjoni bi 3 %, dan it-titjib marġinali ma kienx dovut għal irkupru fil-produzzjoni, iżda pjuttost għal tnaqqis ulterjuri fil-forza tax-xogħol. |
4.4.2.5.
|
(215) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(216) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1.
|
(217) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(218) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati żdiedu b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2022, il-prezz żdied b’39 % u dan jirrifletti ż-żieda fil-kostijiet tal-input. Madankollu, dan ma ġiex sostnut. Fl-2023, il-prezz medju naqas u kompla jonqos matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u laħaq EUR [1 446-1 692] kull tunnellata. |
|
(219) |
Matul l-istess perjodu, il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdied b’29 %. Mill-2021 sal-2022, kien hemm żieda sinifikanti ta’ 49 %. Din ix-xejra kompliet fl-2023 b’żieda ulterjuri ta’ 5 punti perċentwali, qabel ma naqset fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żieda ġenerali fil-prezzijiet tal-Unjoni kienet xprunata primarjament mill-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima u mill-inkapaċità tal-kumpaniji li jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ekonomiji ta’ skala minħabba tnaqqis fil-bejgħ u fil-produzzjoni. |
4.4.3.2.
|
(220) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(221) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu bi 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.4.3.3.
|
(222) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(223) |
F’termini assoluti, l-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu b’10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, dan it-tnaqqis ġenerali fih varjazzjonijiet sinifikanti fil-perjodu. B’mod speċifiku, il-livelli tal-istokks żdiedu b’6 % bejn l-2021 u l-2022, segwiti minn tnaqqis qawwi ta’ 20 punt perċentwali fl-2023. Sussegwentement, mill-2023 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, l-istokks reġgħu żdiedu b’4 punti perċentwali. |
|
(224) |
Meta jitqiesu l-livelli tal-produzzjoni, il-persentaġġ tal-istokks tal-għeluq bħala persentaġġ tal-produzzjoni żdied bi 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod partikolari, dan il-proporzjon żdied bi 38 % bejn l-2021 u l-2023, u dan jindika diskrepanza sostanzjali bejn il-produzzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-istokk. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tallinja mill-ġdid parzjalment il-livelli tal-istokk mal-produzzjoni mill-2023 sal-PI, il-proporzjon tal-istokk tal-għeluq baqa’ 12 % ogħla milli kien fl-2021. |
|
(225) |
Din ix-xejra tindika li minkejja l-isforzi biex tiġi allinjata l-produzzjoni, l-akkumulazzjoni ta’ stokk mhux mibjugħ, b’mod partikolari matul perjodi ta’ tnaqqis fil-produzzjoni, tirrifletti diffikultajiet fl-aċċess għas-suq tal-Unjoni. |
4.4.3.4.
|
(226) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(227) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u naqset minn kważi [2-6] % fl-2021 għal madwar [(– 14)-(– 10)] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-profittabbiltà żdiedet temporanjament fl-2022 għal [3-7] %, segwita minn tnaqqis qawwi għal telf ta’ [(– 17)-(– 13)] % fl-2023. Minkejja rkupru parzjali li segwa, il-profittabbiltà baqgħet negattiva matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(228) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-fluss tal-flus kien negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u kompla jiddeterjora minħabba l-infiq fuq l-investiment u ż-żieda fit-telf operattiv. Dan il-fluss ta’ flus negattiv persistenti kien sostnut minn appoġġ finanzjarju mill-azzjonisti finali tal-produtturi tal-Unjoni, li komplew jappoġġaw il-programmi ta’ investiment tal-kumpaniji minkejja l-ambjent finanzjarju diffiċli. |
|
(229) |
Il-livell ta’ investimenti annwali żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bi 30 %, u żdied b’mod partikolari bejn l-2021 u l-2022 b’171 %, biex aktar tard naqas fil-perjodu ta’ wara sal-PI. Iż-żieda fl-investimenti kienet primarjament immirata lejn iż-żamma tal-kapaċitajiet eżistenti u s-sostituzzjoni tal-assi essenzjali tal-produzzjoni. L-investiment kompla minkejja kompetizzjoni severa, telf tas-sehem mis-suq u sitwazzjoni finanzjarjament diffiċli. |
|
(230) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’287 %, minn [(– 10)-(– 8)] % fl-2021 għal [(– 41)-(– 35)] % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-iżvilupp negattiv wera li, għalkemm l-investimenti komplew sabiex tinżamm il-kompetittività, ir-redditi fuq dawk l-investimenti naqsu b’mod sostanzjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(231) |
Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jiġbru l-kapital, kif spjegat fil-premessa 227, kienet ibbażata fuq l-appoġġ finanzjarju mill-azzjonisti finali tal-produtturi tal-Unjoni, li komplew jappoġġaw l-investimenti tal-kumpaniji. |
4.5. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(232) |
F’kuntest ta’ żieda sostanzjali fil-konsum tal-Unjoni (– 20 %), l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’mod notevoli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (+ 14 %), bi prezzijiet li waqqgħu b’mod sinifikanti dawk tal-industrija tal-Unjoni. Dan ippermetta lill-produtturi esportaturi Ċiniżi jilħqu sehem mis-suq ta’ 53 % fil-PI (żieda minn 37 % fl-2021). |
|
(233) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar kif muri mill-makro-indikaturi ewlenin kollha li jippreżentaw xejra negattiva: il-produzzjoni (– 37 %), il-bejgħ tal-UE (– 37 %) u tnaqqis sinifikanti tas-sehem mis-suq tagħha (minn 41 % għal 32 %) fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(234) |
B’reazzjoni għall-pressjoni tal-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni pprovat tnaqqas il-kostijiet u saru aġġustamenti fl-impjiegi (– 16 %). L-investimenti komplew matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni f’tentattiv biex jibqgħu kompetittivi. Madankollu, bħala riżultat tal-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping f’termini ta’ volumi akbar u prezzijiet baxxi, il-bejgħ tal-Unjoni, il-produttività u r-redditu fuq l-investimenti naqsu b’mod rapidu fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(235) |
Il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (+ 29 %), l-aktar minħabba żieda qawwija fil-prezzijiet tal-materja prima. |
|
(236) |
Il-kost tal-industrija tal-Unjoni żdied aktar mill-prezzijiet tal-bejgħ. Konsegwentement, il-profittabbiltà kkollassat fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn sitwazzjoni moderata (+ [2-6] %) fl-2021 għal xenarju ta’ telf insostenibbli ([(– 14)-(– 10)] %) fil-PI. |
|
(237) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(238) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma ġiex attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fil-konsum tal-UE, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni, l-iżvantaġġ kompetittiv fl-użu tal-materja prima ewlenija, in-nuqqas ta’ livell adegwat ta’ investiment, l-awtoimportazzjonijiet ta’ alumina fuża Ċiniża. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(239) |
Id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida ma’ penetrazzjoni sinifikanti u dejjem tikber fis-suq ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, li konsistentement waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u wasslu għal soppressjoni tal-prezzijiet. F’dan ir-rigward, l-evoluzzjoni tal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi, kif riflessi fit-tabelli 3 u 4, rażżnet il-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u stabbiliet rabta kawżali bejn it-tnejn. |
|
(240) |
L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn madwar 140 372 tunnellata fl-2021, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 37 %, għal 160 549 tunnellata fil-PI, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 53 %. Dawn l-importazzjonijiet dejjem jiżdiedu bi prezz baxx żammew lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. Bl-istess mod, it-tnaqqis fis-sehem mis-suq u fil-volum tal-bejgħ, li min-naħa tiegħu rriżulta fi tnaqqis fl-output tal-produzzjoni, kellu effett detrimentali fuq il-kostijiet tal-produzzjoni unitarja tal-industrija minħabba ekonomiji ta’ skala mnaqqsa. |
|
(241) |
Dan kellu impatt negattiv qawwi fuq l-industrija tal-Unjoni. F’sitwazzjoni ta’ kostijiet dejjem jiżdiedu u pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni ġiet prekluża milli tistabbilixxi prezzijiet u volumi ta’ produzzjoni f’livelli sostenibbli, li rriżultaw fi tnaqqis qawwi ħafna fil-profittabbiltà minn 4 % għal telf (– 13 %), u d-deterjorament konsegwenti tal-indikaturi finanzjarji tagħha. |
|
(242) |
Għalhekk, ġie konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ prezz u volum. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(243) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(244) |
Meta mqabbla maċ-Ċina, il-pajjiżi terzi l-oħrajn kellhom preżenza limitata fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-ishma mis-suq tal-akbar pajjiżi terzi l-oħrajn, l-Ukrajna, l-Istati Uniti, il-Brażil u l-Bahrain, baqgħu stabbli, b’varjazzjonijiet minimi jew mingħajr ebda varjazzjoni, f’livell fil-PI ta’ 5 %, 2 %, 2 % u 2 %, rispettivament. Is-sehem mis-suq ikkombinat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina naqas minn 22 % fl-2021 għal 15 % fil-PI. |
|
(245) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-Ukrajna biegħet bi prezzijiet aktar baxxi miċ-Ċina. Il-Bahrain biegħ bi prezzijiet kemxejn aktar baxxi minn dawk taċ-Ċina biss matul l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-pajjiżi l-oħrajn kollha żammew livelli ta’ prezzijiet ogħla matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minkejja l-ipprezzar aktar baxx tagħhom, l-Ukrajna kienet tirrappreżenta biss 5 % tas-suq, ferm inqas mit-53 % dominanti taċ-Ċina fil-PI. Is-sehem mis-suq tal-Bahrain kien saħansitra iżgħar, bi 2 % biss. Din il-preżenza limitata fis-suq ta’ pajjiżi terzi oħrajn tindika li, għalkemm l-Ukrajna u l-Bahrain offrew prezzijiet aktar baxxi f’xi punt, l-impatt ġenerali tagħhom ma kienx biżżejjed biex tiddgħajjef ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(246) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet proviżorjament li l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(247) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 13 Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(248) |
Il-volumi tal-esportazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu b’40 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u naqsu minn 26 049 tunnellata fl-2021 għal 15 649 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet medji tal-esportazzjonijiet żdiedu bi 22 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(249) |
Kif spjegat mill-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni huwa spjegat mill-pressjoni eżerċitata mill-produtturi Ċiniżi fuq swieq oħrajn ta’ pajjiżi terzi, li min-naħa tagħha kkawżat tnaqqis fl-esportazzjonijiet mill-produtturi tal-Unjoni. It-telf tal-volum tal-bejgħ għall-esportazzjoni f’termini assoluti huwa ferm aktar baxx mit-telf tal-bejgħ fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezz medju tal-esportazzjoni għall-bejgħ lil pajjiżi terzi kien ogħla b’mod sinifikanti b’21 % milli għall-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(250) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-impatt tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
5.2.3. Tnaqqis sinifikanti fil-Konsum tal-Unjoni
|
(251) |
Xi partijiet affermaw li t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni kien sors tad-dannu. |
|
(252) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, dan intensifika biss l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. Il-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni naqas b’mod aktar qawwi mill-konsum tal-Unjoni. Il-konsum naqas b’20 %, filwaqt li l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’37 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Bl-istess mod, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha naqsu wkoll b’mod sinifikanti. B’kuntrast għal dan, matul l-istess perjodu, is-sehem mis-suq Ċiniż żdied minn 37 % għal 53 % bħala riżultat tal-importazzjonijiet bi prezz baxx tiegħu. |
|
(253) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-impatt tat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
5.2.4. Żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni
|
(254) |
Xi partijiet affermaw li ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni kienet is-sors tad-dannu. |
|
(255) |
L-enerġija hija wieħed mill-komponenti ewlenin tal-kostijiet fil-produzzjoni tal-alumina fuża. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li fl-2022, meta l-prezzijiet tal-enerġija kienu ogħla b’mod sinifikanti milli fil-bqija tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni xorta setgħu jiġġeneraw profitti u saħansitra tejbu l-profittabbiltà tagħhom meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Dan kien possibbli minħabba li parti miż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija setgħet tiġi mgħoddija lill-utenti. |
|
(256) |
B’mod partikolari, fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-prezzijiet tal-enerġija kienu naqsu għal livelli ferm aktar baxxi meta mqabbla mal-2022, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha kapaċi taġġusta l-prezzijiet tagħha kif xieraq, u l-profittabbiltà waqgħet. Dan jindika li filwaqt li l-prezzijiet tal-enerġija jinfluwenzaw il-kostijiet tal-produzzjoni, il-kwistjoni ewlenija nqalgħet meta l-produtturi tal-Unjoni ma tħallewx jallinjaw il-prezzijiet tagħhom mal-iżviluppi tal-kostijiet minħabba kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li joriġinaw miċ-Ċina. |
|
(257) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-impatt tal-prezzijiet tal-enerġija fl-Unjoni ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
5.2.5. Żvantaġġ kompetittiv fl-użu tal-materja prima ewlenija
|
(258) |
Xi partijiet affermaw li s-sors tad-dannu kien ir-riżultat ta’ differenzi fl-oriġini u l-kost tal-materja prima użata mill-produtturi Ewropej u Ċiniżi, li jiddistingwu speċifikament bejn il-boksajt u l-alumina. |
|
(259) |
Fir-rigward tal-allegat żvantaġġ relatat mal-materja prima, l-investigazzjoni ddeterminat li ma hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-proċessi tal-produzzjoni u l-materja prima użata mill-produtturi Ċiniżi u tal-Unjoni. Fir-rigward tal-kostijiet tal-materja prima, kif spjegat fid-dettall fit-Taqsima 3.2.1 hawn fuq, instab li s-suq Ċiniż tal-materja prima kien distort. |
5.2.6. Nuqqas ta’ livell adegwat ta’ investiment
|
(260) |
Xi partijiet affermaw li l-industrija tal-Unjoni sofriet minn nuqqas ta’ investiment u faċilitajiet ta’ produzzjoni skaduti, u li dan kien sors tad-dannu. |
|
(261) |
Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi tal-Unjoni kienu investew f’faċilitajiet ġodda fjamanti fis-snin reċenti. Barra minn hekk, kif muri fit-tabella 11, il-livelli ta’ investiment annwali żdiedu bi 30 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u dan jindika li l-attività ta’ investiment kompliet minkejja l-ambjent finanzjarju diffiċli. |
|
(262) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-allegat nuqqas ta’ investiment ma jikkorrispondix mar-realtà u ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
5.2.7. Importazzjonijiet ta’ alumina fuża Ċiniża mill-industrija tal-Unjoni
|
(263) |
Xi partijiet affermaw li l-industrija tal-Unjoni importat hija stess l-alumina fuża Ċiniża, u li din kienet sors tad-dannu. |
|
(264) |
L-investigazzjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni importat xi kwantitajiet tal-prodott inkwistjoni miċ-Ċina. Madankollu, dawn l-importazzjonijiet kienu limitati fil-volum, jiġifieri [2 800-3 800] tunnellata, li jirrappreżentaw madwar 1 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PI. L-investigazzjoni kkonkludiet ukoll li l-industrija tal-Unjoni mhux biss biegħet mill-ġdid il-prodotti importati, iżda pjuttost ipproċessathom qabel ma biegħethom mill-ġdid. Dan ipprovda valur miżjud. Il-bejgħ ta’ dawn l-importazzjonijiet ma waqqax il-prezzijiet tal-produzzjoni proprja tal-produttur tal-Unjoni, u kien insinifikanti fil-volum. |
|
(265) |
Barra minn hekk, il-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu, irrispettivament mill-evoluzzjoni tal-awtoimportazzjonijiet tal-produttur tal-Unjoni, juri li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jiżdiedu u jieħdu s-sehem mis-suq tal-UE anke fin-nuqqas tal-awtoimportazzjonijiet tal-produttur tal-Unjoni miċ-Ċina. |
|
(266) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-impatt tal-awtoimportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni miċ-Ċina ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(267) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet proviżorjament rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina li rażżnu l-prezz tas-suq tal-Unjoni. Bħala riżultat taż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni ġiet prekluża milli tistabbilixxi l-prezzijiet u l-volumi tal-produzzjoni f’livelli sostenibbli, li rriżultaw f’deterjorament qawwi tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha. |
|
(268) |
It-tnaqqis ekonomiku tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida ma’ żieda qawwija fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx miċ-Ċina. Dawn l-importazzjonijiet waqqgħu b’mod konsistenti l-prezzijiet tal-Unjoni, filwaqt li jeżerċitaw pressjoni qawwija ’l isfel fuq il-prezzijiet tas-suq li wasslet għal trażżin tal-prezzijiet. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet f’konformità maż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Dan wassal għal tnaqqis fil-bejgħ, tnaqqis fil-produzzjoni, u tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà. Iż-żmien u l-iskala ta’ dawn l-iżviluppi jistabbilixxu rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. |
|
(269) |
Il-Kummissjoni eżaminat fatturi alternattivi li setgħu kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Dawn kienu jinkludu importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, żieda fil-kostijiet tal-enerġija, l-akkwist u l-kost tal-materja prima, allegat nuqqas ta’ investiment u l-awtoimportazzjoni tal-alumina fuża Ċiniża. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn ma nstab li jnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(270) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusa b’mod individwali jew b’mod kollettiv, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(271) |
F’dan il-każ, l-ilmentaturi affermaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima għall-boksajt u l-alumina skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Hija mbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom, ara l-premessi minn 280 sa 282. |
6.1. Marġni tad-dannu
|
(272) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(273) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li għandu jkun mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(274) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-profitt bażiku ġie stabbilit abbażi tal-profittabbiltà storika tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun mill-2014 sal-2020, qabel it-tfixkil ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Tali marġni tal-profitt ġie stabbilit għal 7 %. |
|
(275) |
Wieħed miż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ipprovda evidenza li l-livell tiegħu ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R&Ż) u innovazzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat ir-rekords interni tal-kumpanija relatati mal-pjanijiet ta’ investiment, mad-deċiżjonijiet tal-maniġment u mar-rapporti finanzjarji u sabet li l-affermazzjonijiet kienu ġustifikati. Sabiex dan ikun rifless fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-ispejjeż tal-investimenti, tar-R&Ż u tal-innovazzjoni (IRI, investments, R&D and innovation) fil-PI u l-livell li setgħet tilħaq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni bl-ispejjeż attwali tal-IRI matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tali differenza, espressa bħala persentaġġ tal-fatturat, ġiet stabbilita bejn 1 % u 3,06 % għal kull waħda mill-kumpaniji fil-kampjun. |
|
(276) |
Tali persentaġġ żdied mal-profitt bażiku ta’ 7 % imsemmi fil-premessa 273, li wassal għal profitt fil-mira ta’ 7 % u 10,06 % skont is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(277) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw minn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli taħthom, li l-Unjoni hija parti għalihom, u mill-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organization) elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali ta’ EUR 89,34 għal kull tunnellata, li minnu naqqset il-kost attwali tal-konformità ma’ tali konvenzjonijiet matul il-PI, jiġifieri EUR 72,26 għal kull tunnellata, li wassal għal riżultat ta’ EUR 17,08 għal kull tunnellata. Din id-differenza żdiedet mal-prezz mhux dannuż. |
|
(278) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz medju mhux dannuż ta’ EUR 1 880 kull tunnellata għall-prodotti simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa 275) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta’ tip b’tip. |
|
(279) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, bil-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(280) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji.
|
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni
|
(281) |
Kif spjegat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. |
|
(282) |
Madankollu, billi l-marġnijiet adegwati biex jitneħħa d-dannu kienu ogħla mill-marġnijiet tad-dumping, il-Kummissjoni qieset li, f’dan l-istadju, ma kienx neċessarju li dan l-aspett jiġi indirizzat. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji provviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. |
6.3. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(283) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping proviżorji jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(284) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, l-importaturi u l-utenti tal-Unjoni. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(285) |
L-industrija tal-Unjoni tinkludi disa’ kumpaniji, imqassma ġeografikament madwar l-Ewropa, li jimpjegaw madwar 962 ħaddiem direttament. Il-maġġoranza ta’ dawn il-produtturi tal-Unjoni esprimew appoġġ għall-ilment, u ħadd minnhom ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni |
|
(286) |
Il-livelli attwali ta’ profittabbiltà huma insostenibbli. L-impożizzjoni ta’ miżuri hija mistennija li tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra partijiet mis-sehem mis-suq mitluf, u tistabbilixxi prezzijiet f’livelli li mill-inqas ikopru l-kost. |
|
(287) |
In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jkollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ soppressjoni ulterjuri tal-prezzijiet u tnaqqis ulterjuri tal-bejgħ, u b’hekk jissarraf f’aktar telf u għeluq probabbli tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, sensji u, fl-aħħar mill-aħħar, l-għeluq ta’ negozji sħaħ. Tali żviluppi jistgħu jirriżultaw fl-interruzzjoni tal-produzzjoni Ewropea b’implikazzjonijiet fit-tul għar-reżiljenza u l-awtonomija industrijali tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba li l-alumina fuża, essenzjali għall-produzzjoni ta’ azzar, metalli oħrajn, ħġieġ, u materjali relatati, storikament kienet meqjusa bħala prodott sensittiv. |
|
(288) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi u ta’ kummerċjanti mhux relatati
|
(289) |
Kien hemm tnax-il importatur mhux relatati li ppreżentaw ruħhom, li minnhom żewġ tweġibiet ġew sottomessi wara l-iskadenza. Waslu wkoll għadd ta’ sottomissjonijiet u kummenti. Kif imsemmi fit-taqsima 1.5, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ importaturi, li ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarji. |
|
(290) |
Diversi importaturi argumentaw li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping iżżid il-kostijiet materjali għalihom u għall-klijenti tagħhom. Dawn il-kostijiet addizzjonali jkunu diffiċli biex jiġu koperti u, għalhekk, jheddu l-profittabbiltà u l-kompetittività tagħhom. Saru aktar affermazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tissodisfa d-domanda fl-Unjoni, u b’hekk ġie allegat li l-miżuri joħolqu nuqqas ta’ provvista fis-suq. Barra minn hekk, tqajmu affermazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ interess tal-produtturi tal-Unjoni fil-provvista ta’ ċerti materjali. |
|
(291) |
Il-Kummissjoni nnotat li jenħtieġ li l-impożizzjoni tad-dazji ma tirriżultax fl-eliminazzjoni tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ. L-impożizzjoni tal-miżuri hija maħsuba biex toħloq kundizzjonijiet ekwi, u wara l-produtturi esportaturi Ċiniżi jkunu jistgħu jkomplu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet ġusti. It-tieni, għalkemm l-impożizzjoni tal-miżuri jista’ jkollha effett negattiv fuq l-importaturi li jimportaw biss mir-RPĊ, fid-dawl taż-żieda probabbli fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, kif imsemmi fit-taqsima 7.4 hawn taħt, jenħtieġ li l-importaturi jkunu fil-pożizzjoni li jbiddlu s-sorsi tal-provvista tagħhom. |
|
(292) |
Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ interess tal-produtturi tal-Unjoni fil-provvista ta’ ċerti materjali, il-Kummissjoni nnotat li l-industrija tal-Unjoni pproduċiet firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-alumina fuża. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif ukoll fis-snin preċedenti, l-industrija tal-Unjoni pprovdiet b’mod konsistenti alumina fuża f’varjetà wiesgħa ta’ gradi u kwalitajiet, imfassla biex jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ industriji ta’ utenti differenti. |
|
(293) |
Fir-rigward tan-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tindirizza din l-affermazzjoni fit-taqsima 7.4 hawn taħt. |
|
(294) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod proviżorju li kwalunkwe impatt negattiv tal-miżuri fuq l-importaturi mhux relatati b’mod ġenerali huwa mistenni li jkun limitat u mhux se jegħleb l-effett pożittiv tal-miżuri fuq il-produtturi tal-Unjoni. |
7.3. Interess tal-utenti, tal-konsumaturi jew tal-fornituri
|
(295) |
Madwar 50 utent u assoċjazzjoni tal-utenti għamlu lilhom infushom magħrufa. 18-il utent issottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju u bosta oħrajn issottomettew kummenti. |
|
(296) |
Tqajmu affermazzjonijiet li argumentaw li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping iżżid il-kostijiet għall-utenti li jkun diffiċli li jiġu mgħoddija lill-klijenti u, għalhekk, thedded il-profittabbiltà u l-kompetittività tagħhom. Xi utenti affermaw li ż-żieda fil-kostijiet marbuta mal-impożizzjoni tad-dazji tista’ tipperikola s-sostenibbiltà operazzjonali tagħhom. Xi utenti argumentaw li b’riżultat ta’ dan, il-vijabbiltà kontinwa ta’ ċerti attivitajiet ta’ produzzjoni fl-Unjoni tista’ tkun f’riskju, li potenzjalment twassal għal tnaqqis fid-daqs, rilokazzjoni barra mill-Unjoni u/jew għeluq tan-negozju. |
|
(297) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-utenti huma prinċipalment attivi fil-produzzjoni ta’ materjali abrażivi u refrattarji, li għalihom l-alumina fuża hija materjal ta’ input ewlieni. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-assoċjazzjonijiet, f’termini ta’ konsum, l-industrija refrattarja tixtri madwar 80 000 tunnellata fis-sena. Il-konsum tal-industrija tal-barraxa huwa stmat li huwa bejn 200 000 u 250 000 tunnellata fis-sena. Dan is-settur jammonta għal madwar 60 % sa 70 % tad-domanda totali tal-Unjoni għall-alumina fuża. F’termini ta’ impjiegi, l-industrija refrattarja timpjega madwar 20 000 persuna fl-Ewropa, filwaqt li l-industrija tal-abrażivi tammonta għal madwar 8 400 impjieg fil-Ġermanja u fl-Italja waħedhom. Fir-rigward tal-fatturat, l-industrija refrattarja tiġġenera madwar EUR 4 biljun fi dħul annwali fl-Ewropa. L-industrija tal-abrażivi tiġġenera madwar EUR 2,3 biljun fi dħul annwali fil-Ġermanja u fl-Italja waħedhom. |
|
(298) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-kwestjonarji tal-utenti, ġie stabbilit li, matul il-PI, l-attività relatata mal-prodott taħt investigazzjoni varjat bi proporzjon mal-attività totali tagħhom u varjat minn 5 % sa 30 % tal-fatturat totali għall-industrija tar-refrattarji u minn 25 % sa 85 % tal-fatturat totali għall-industrija tal-abrażivi. Bħala medja, fil-PI, l-attività relatata mal-prodott ikkonċernat kienet tirrappreżenta madwar 15 % tal-attività totali tal-utenti li kkooperaw fl-industriji tar-refrattarji u madwar 53 % tal-utenti li kkooperaw fl-industrija tal-abrażivi. |
|
(299) |
L-utenti li wieġbu għall-kwestjonarju ammontaw għal madwar 20 % tal-konsum totali tal-Unjoni tal-alumina fuża u madwar 25 % tal-importazzjonijiet tal-Unjoni miċ-Ċina. Fost dawn it-tweġibiet, madwar 50 % tal-alumina fuża użata fl-industrija tal-abrażivi oriġinat miċ-Ċina, filwaqt li s-sehem ta’ oriġini Ċiniża kien ta’ madwar 65 %-69 % fl-industrija tar-refrattarji. |
|
(300) |
Il-Kummissjoni stmat li, jekk id-dazji jiġu imposti fil-livell propost u l-fatturi l-oħrajn kollha jibqgħu kostanti, il-kost tal-produzzjoni għall-utenti jista’ jiżdied b’bejn 10 % u 30 %, skont il-kumpanija speċifika. B’mod aktar speċifiku, għall-industrija refrattarja, iż-żieda stmata fil-kostijiet tal-produzzjoni tvarja minn 10 % għal 30 %, filwaqt li għall-industrija tal-abrażivi, iż-żieda hija mistennija li tvarja minn 10 % għal 23 %. Madankollu, huwa importanti li jiġi nnotat li dawn l-istimi huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-alumina fuża kollha hija ta’ oriġini Ċiniża. Fir-realtà, il-provvista lill-industriji downstream hija aktar diversa. Għal dawk li wieġbu għall-kwestjonarju, madwar 50 % tal-alumina fuża użata fl-industrija tal-abrażivi u madwar 65 % fl-industrija tar-refrattarji oriġinat miċ-Ċina. Dan jissuġġerixxi li proporzjon sinifikanti tal-provvista joriġina minn sorsi oħrajn għajr iċ-Ċina, li jtaffi l-impatt ġenerali tal-kostijiet tad-dazji. Barra minn hekk, l-effett attwali fuq il-kostijiet tal-produzzjoni se jvarja skont it-taħlita speċifika ta’ sorsi tal-provvista ta’ kull kumpanija. Dawk b’dipendenza aktar baxxa fuq sorsi Ċiniżi x’aktarx li jesperjenzaw żieda aktar limitata fil-kostijiet, filwaqt li dawk b’dipendenza ogħla jistgħu jiġu affettwati aktar. Għalhekk, l-impatt tad-dazji proposti jenħtieġ li jiġi vvalutat fid-dawl ta’ dawn l-istrateġiji ta’ akkwist differenti. |
|
(301) |
Fir-rigward tal-effett potenzjali tal-miżuri fuq il-profittabbiltà, is-sitwazzjoni hija kumplessa minħabba d-diversità tal-kumpaniji involuti. Il-profittabbiltà fost l-utenti varjat kemm fis-setturi kif ukoll f’kumpaniji individwali, b’xi wħud jirrapportaw marġnijiet pożittivi, filwaqt li oħrajn operaw b’telf. |
|
(302) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-utenti jiddependi ħafna fuq żewġ fatturi ewlenin: il-kapaċità tal-utenti li jgħaddu ż-żidiet fil-kostijiet lill-klijenti tagħhom, u l-kapaċità li jissostitwixxu l-inputs li bħalissa qed jiġu akkwistati miċ-Ċina b’fornituri alternattivi, dment li l-prezzijiet ta’ dawn il-provvisti, wara li jiġu imposti d-dazji fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi, potenzjalment jistgħu jtaffu l-impatt tal-prezz. |
|
(303) |
Fir-rigward tal-kapaċità li jiġu mgħoddija ż-żidiet fil-kostijiet, hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kumpaniji li joperaw f’segmenti b’marġni ogħla u li jimmanifatturaw prodotti aktar speċjalizzati x’aktarx li jkunu jistgħu jittrasferixxu kostijiet addizzjonali lill-klijenti tagħhom. B’kuntrast għal dan, il-kumpaniji li jimmanifatturaw prodotti inqas speċjalizzati u soġġetti għal kompetizzjoni usa’ huma mistennija li jiffaċċjaw diffikultajiet akbar biex jagħmlu dan. Dan huwa partikolarment rilevanti għal ditti li diġà qegħdin joperaw b’telf, li jissuġġerixxi li diġà ma setgħux jgħollu l-prezzijiet anke qabel kwalunkwe impożizzjoni ta’ miżuri. |
|
(304) |
Fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ sorsi oħrajn ta’ provvista, l-investigazzjoni, kif spjegat aktar fit-taqsima 7.4, stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni baqgħet sors affidabbli ta’ provvista għall-alumina fuża b’kapaċità suffiċjenti biex tissodisfa d-domanda tal-utenti tal-Unjoni. Hija stabbiliet ukoll li l-utenti fl-Unjoni ma humiex dipendenti biss fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina. Pajjiżi terzi oħrajn, bħall-Bahrain, il-Brażil, l-Istati Uniti u l-Ukrajna, kif innotat fit-taqsima 5.2.1, diġà huma preżenti fis-suq tal-Unjoni u x’aktarx li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni, u b’hekk inaqqsu aktar id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(305) |
Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa 244, l-importazzjonijiet mill-Bahrain u mill-Ukrajna kienu, fil-PI, bi prezz aktar baxx mill-importazzjonijiet Ċiniżi, u b’hekk offrew alternattivi kompetittivi għall-utenti tal-Unjoni. Id-disponibbiltà ta’ importazzjonijiet bi prezz aktar baxx minn dawn il-pajjiżi żżid id-diversità tal-provvista u tikkontribwixxi wkoll għall-mitigazzjoni tal-impatt potenzjali tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi, filwaqt li tiżgura li l-utenti tal-Unjoni jkomplu jkollhom aċċess għal sorsi ekonomikament vijabbli ta’ alumina fuża. |
|
(306) |
Dawn is-sejbiet jissuġġerixxu li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tirriżultax f’nuqqasijiet fil-provvista, u li d-disponibbiltà tal-provvista minn pajjiżi terzi u mill-Unjoni, bi prezzijiet ġusti, sa ċertu punt, ittaffi l-impatt negattiv potenzjali fuq l-utenti. Madankollu, il-konsegwenzi ekonomiċi għall-industriji utenti jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti, skont il-pożizzjonament speċifiku tagħhom fis-suq, l-istrutturi tal-kostijiet, u l-kapaċità tagħhom li jassorbu jew jgħaddu ż-żidiet fil-kostijiet. Dan l-impatt se jiġi investigat aktar mill-Kummissjoni. |
7.4. Fatturi oħrajn: Id-disponibbiltà tal-provvista u l-konċentrazzjoni tas-suq
|
(307) |
Xi partijiet affermaw li l-industrija tal-Unjoni ma hijiex kapaċi tforni lis-suq tal-UE fil-kwantitajiet meħtieġa u, b’hekk, jekk jiġu imposti dazji anti-dumping, ikun hemm riskju serju ta’ nuqqas ta’ provvista fl-Unjoni, inkluż għal tipi partikolari tal-prodott ikkonċernat. |
|
(308) |
L-investigazzjoni sabet li dan l-argument ma huwiex ġustifikat. L-industrija tal-Unjoni ma użatx biżżejjed il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-PI, ir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni tal-Unjoni kienet ta’ 43 % b’kapaċità ta’ riżerva addizzjonali ta’ madwar 180 000 tunnellata. L-investigazzjoni stabbiliet li l-maġġoranza tal-kapaċità ta’ riżerva hija jew disponibbli immedjatament jew tista’ ssir operattiva f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna b’investiment minimu. L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li l-kapaċità ta’ riżerva tal-industrija tal-Unjoni tippermetti li jiġu manifatturati t-tipi ewlenin kollha tal-prodott ikkonċernat. Il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tikkorrispondi b’mod wiesa’ għall-konsum tal-Unjoni ta’ 305 360 tunnellata matul il-PI. |
|
(309) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li, filwaqt li l-produzzjoni tal-alumina fuża hija kkonċentrata fi ftit reġjuni ewlenin fid-dinja, il-kapaċità eżistenti tal-produzzjoni mhux Ċiniża barra mill-Unjoni tista’ tikkomplementa l-kapaċità ta’ produzzjoni diġà sostanzjali fl-Unjoni. Kif spjegat fid-dettall fit-tabella 12, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma diġà preżenti fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni qieset li dawn l-importazzjonijiet x’aktarx li jiżdiedu, jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jonqsu. Għalhekk, huwa konkluż li l-kapaċità ta’ riżerva totali tal-produtturi tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi barra mill-Unjoni hija biżżejjed biex tissodisfa l-konsum tal-Unjoni. |
|
(310) |
Xi partijiet argumentaw ukoll li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat se toħloq riskju ta’ konċentrazzjoni tas-suq, li jista’ jwassal għal żieda ulterjuri fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(311) |
Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li huwa minnu li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jimponu standards aktar stretti tal-imġiba fuq kumpanija li għandha sehem sinifikanti mis-suq, fl-aħħar mill-aħħar huwa f’idejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex jiddeterminaw jekk teżistix pożizzjoni dominanti u jekk hijiex qed tiġi abbużata. Fil-proċedimenti anti-dumping, il-Kummissjoni teżamina t-tħassib dwar il-kompetizzjoni biex tistabbilixxi jekk, b’mod ġenerali, ikunx b’mod ċar kontra l-interess tal-Unjoni li timponi miżuri anti-dumping. Tali analiżi ma tistax tinkludi valutazzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens legali strett, li tista’ titwettaq biss minn awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza robusta li tissuġġerixxi li l-ilmentatur ikun involut f’imġiba anti-kompetittiva jekk jiġu imposti miżuri anti-dumping, minbarra l-pożizzjoni diġà b’saħħitha tiegħu fis-suq u l-involviment tiegħu fi prattiki kummerċjali ġeneralment meqjusa bħala standard, bħal ipprezzar differenzjat marbut mal-volumi tax-xiri u n-natura tar-relazzjonijiet kummerċjali eżistenti. Huwa mfakkar li l-iskop tal-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping huwa li jitreġġgħu lura kundizzjonijiet ekwi li jkunu ġew distorti mill-prattiki kummerċjali inġusti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. L-għan tal-miżuri anti-dumping ma huwiex li jisfurzaw lill-produtturi esportaturi Ċiniżi barra mis-suq tal-Unjoni, iżda pjuttost li joħolqu kundizzjonijiet fejn il-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi ta’ pajjiżi terzi jikkompetu taħt kundizzjonijiet ġusti. |
|
(312) |
Xi partijiet affermaw li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni għall-materjali użati fil-produzzjoni tagħhom, kemm internament kif ukoll mill-klijenti tagħhom, huwa twil u kumpless. Dan jinvolvi proċeduri rigorużi ta’ ttestjar u approvazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-klijenti. Jekk jiġu imposti miżuri, dan jista’ jimplika l-ħtieġa li jinbidlu l-fornituri jew il-materjali, li jista’ jirrikjedi proċess ta’ ċertifikazzjoni mill-ġdid u dewmien fil-produzzjoni, li potenzjalment jaffettwa l-obbligi kuntrattwali. |
|
(313) |
Il-Kummissjoni nnotat diversi fatturi ta’ mitigazzjoni li jnaqqsu dan ir-riskju b’mod sinifikanti. Kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll diversi fornituri minn pajjiżi terzi huma produtturi stabbiliti sew ta’ alumina fuża. Dawn il-fornituri għandhom ħafna snin ta’ esperjenza fis-suq, fejn jipprovdu materjali li jissodisfaw l-istandards tal-industrija. Bl-istess mod, l-industrija tal-Unjoni hija rikonoxxuta bħala produttur ta’ kwalità bil-kapaċità li tissodisfa rekwiżiti stretti ta’ ċertifikazzjoni. Il-prodotti tagħha spiss ikunu l-ewwel li jiġu ċċertifikati fl-Unjoni, u wara jiġu kkunsidrati sorsi alternattivi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni nbdiet diversi xhur ilu, u pprovdiet lill-utenti bi żmien biex iħejju għal bidliet potenzjali, jivvalutaw fornituri alternattivi, u jibdew proċessi ta’ ċertifikazzjoni, fejn meħtieġ. |
7.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(314) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tħassib leġittimu mqajjem mill-industriji utenti, partikolarment fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jassorbu jew jgħaddu ż-żidiet fil-kostijiet u jżommu l-profittabbiltà. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li teżamina dawn il-kwistjonijiet f’aktar dettall. Għal dan il-għan, matul l-istadju definittiv tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni se tivvaluta aktar il-firxa u l-impatt ta’ dan it-tħassib, filwaqt li tiżgura li kwalunkwe miżura definittiva adottata tkun ibbażata fuq fehim komprensiv tal-implikazzjonijiet ekonomiċi usa’. |
|
(315) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju, minkejja t-tħassib leġittimu tal-industriji utenti, li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti biex wieħed jemmen li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ alumina fuża li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. Il-miżuri huma meqjusa legalment ġustifikati u proporzjonati, billi huma neċessarji biex jipprevjenu dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni, jippreservaw il-vijabbiltà tal-produzzjoni tal-Unjoni, u jiżguraw kompetizzjoni ġusta fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li huwa xieraq li timponi miżuri proviżorji f’dan l-istadju tal-investigazzjoni, filwaqt li impenjat ruħha li tivvaluta aktar l-impatt fuq l-industriji utenti. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(316) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(317) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessi 280 u 281 li jenħtieġ li l-livell xieraq biex jitneħħa d-dannu jkun il-marġni tad-dumping. |
|
(318) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(319) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(320) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni ta’ dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ”. |
|
(321) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(322) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(323) |
Kif imsemmi fil-premessa 3, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(324) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tieqaf/ma titkompliex. |
|
(325) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet/tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(326) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(327) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar l-akkuratezza tal-kalkoli. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(328) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(329) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ alumina fuża, li bħalissa taqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2818 10 11 , 2818 10 19 , ex 2818 10 91 , u 2818 10 99 (il-kodiċijiet TARIC 2818 10 91 20, 2818 10 91 90) u li toriġina mir-RPĊ.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
RPĊ |
Chongqing Saite Corundum Co., Ltd. |
125,2 |
89RI |
|
RPĊ |
Luoyang Runbao Abrasives Co., Ltd. |
111,9 |
89RJ |
|
RPĊ |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness I |
118,8 |
Ara l-Anness |
|
RPĊ |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ |
136,3 |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum fl-unità li qed nużaw) ta’ (il-prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/260.
2. Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) ĠU C, C/2024/7049, 21.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7049/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/260 tal-10 ta’ Frar 2025 li jagħmel importazzjonijiet ta’ alumina fuża li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2025/260, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/260/oj).
(4) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2757.
(5) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1923 tal-10 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1923, 11.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1923/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2120 tat-12 ta’ Ottubru 2023 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tad-diossidi tal-manganiż elettrolitiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2023/2120, 13.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2120/oj); Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1394 tal-11 ta’ Awwissu 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ siliċju kkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea jew mit-Tajwan kif ukoll jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 211, 12.8.2022, p. 86, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1394/oj).
(6) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessa 199; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2120, il-premessa 121; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1394, il-premessa 125.
(7) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessi 131-142; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2120, il-premessa 75; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1394, il-premessa 83.
(8) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessi 143-152; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2120, il-premessi 83-85; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1394, il-premessa 96. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP, Chinese Communist Party) fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat strettament. Madankollu, mill-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-Partit. Fl-2017, ġie rrapportat li ċ-ċelloli tal-partit kienu jeżistu f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija ta’ proprjetà privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma dwar id-deċiżjonijiet tan-negozju fi ħdan il-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inklużi l-produtturi fis-setturi metallurġiċi u kimiċi.
(9) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessa 154; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2120, il-premessa 86; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1394, il-premessa 85.
(10) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessa 175; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2120, il-premessa 86; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1394, il-premessa 86.
(11) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessi 178-181; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2120, il-premessa 106; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1394, il-premessa 87.
(12) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessa 182; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2120, il-premessa 106; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/844 tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ diossidi tal-manganiż elettrolitiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/844, 14.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/844/oj), il-premessa 43; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1394, il-premessa 87.
(13) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, (SWD(2024) 91 final), disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=en.
(14) Ir-Rapport, il-Kapitolu 15.
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessa 199; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2120, il-premessa 121; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1394, il-premessa 125.
(16) Ir-Rapport, p. 6-7.
(17) Ibid., p. 152-171 u p. 207-208, 242-243.
(18) Ibid., p. 40-84.
(19) Ibid., p. 495-496.
(20) Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (2021-2025), il-Gvern tal-Poplu Muniċipali ta’ Chongqing, Il-ħruġ tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-manifattura f’Chongqing, disponibbli fuq: https://www.cq.gov.cn/zwgk/zfxxgkml/szfwj/qtgw/202108/t20210803_9538603.html, aċċessat fil-15 ta’ April 2025.
(21) Ibid., il-Kapitolu 6, pp. 171-179.
(22) Ir-Rapport, p. 120-131.
(23) L-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ara wkoll ir-Rapport, p. 47-50.
(24) Ara wkoll ir-Rapport, p. 422 u p. 441.
(25) Ara fuq: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fit-8 ta’ April 2025).
(26) Ara fuq: http://www.c-chico.com/#/index (aċċessat fit-8 ta’ April 2025).
(27) Ara fuq: https://finance.eastmoney.com/a/202503243354581456.html (aċċessat fit-8 ta’ April 2025).
(28) Ara fuq: https://www.yfml.com/about-03 (aċċessat fit-8 ta’ April 2025).
(29) Ara fuq: https://www.cqbosai.com/index.php/company/show/111 u wkoll fuq https://www.cq.gov.cn/ywdt/jrcq/202411/t20241126_13831013.html (aċċessati fit-8 ta’ April 2025).
(30) Ara fuq: http://www.lyghz.gov.cn/hzqzxqyj/gfxwj/content/437ba875-02fc-4082-b62f-febf935ced75.html (aċċessat fit-8 ta’ April 2025).
(31) Ibidem, il-Punt 1.1.
(32) Ara fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/202411/content_6990315.htm (aċċessat fl-14 ta’ April 2025).
(33) Ara fuq https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/202503/content_7016126.htm (aċċessat fit-8 ta’ April 2025).
(34) Ara fuq: http://gxt.shandong.gov.cn/module/download/downfile.jsp?classid=0&filename=f85aaf1621f249c39003ec11de94edac.pdf (aċċessat fit-8 ta’ April 2025).
(35) Ibid., it-Taqsima II.3.
(36) Ara fuq: http://gxt.gxzf.gov.cn/wzsy/zwdt/mtgz/t13115758.shtml (aċċessat fil-15 ta’ April 2025).
(37) Ibid., il-Punt 15.
(38) Ara fuq: https://www.cnfa.net.cn/index.aspx (aċċessat fit-8 ta’ April 2025).
(39) Ara fuq: https://www.cnfa.net.cn/about/1546.aspx (aċċessat fit-8 ta’ April 2025).
(40) Ibidem.
(41) Ibid., l-Artikolu 21.
(42) Ara fuq: https://www.acri.org.cn/ (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(43) Ara fuq: https://www.acri.org.cn/aboutAssociation/constitution?id=2 (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(44) Ara fuq: https://www.acri.org.cn/associationMember/director?id=3 (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(45) Ara fuq: https://www.cmtba.org.cn/ (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(46) Ara fuq: https://www.cmtba.org.cn/web/197001/3043.html (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(47) Ara fuq: https://www.cmtba.org.cn/web/3/list.html (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(48) Ara fuq: https://www.chinalco.com.cn/dqjs/dqjs_djdt/202404/t20240422_126423.html (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(49) Ara fuq: https://www.cqbosai.com/index.php/about/team (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(50) Ara fuq: https://www.cqbosai.com/index.php/news/m_show/493#:~:text=%E5%85%9A%E5%A7%94%E4%B9%A6%E8%AE%B0%E5%88%98%E5%89%91%E8%A6%81%E6%B1%82,%E5%A4%9A%E6%9B%B4%E5%A4%A7%E7%9A%84%E8%B4%A1%E7%8C%AE%E3%80%82 (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(51) Ir-Rapport, p. 427.
(52) Ara: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessi 153-167; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2120, il-premessi 86-100; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1394, il-premessi 81-127.
(53) Ir-Rapport, p. 427.
(54) Ara fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fl-10 ta’ April 2025).
(55) Ara t-Taqsima I tal-Pjan tal-Aluminju.
(56) Ara t-Taqsima VIII.2 tal-Pjan ta’ Shandong.
(57) Disponibbli fuq: http://www.yn.gov.cn/ztgg/lqhm/lqzc/djzc/202202/t20220223_236886.html (aċċessat fl-14 ta’ April 2025).
(58) Ara t-Taqsima III.10 tal-Pjan ta’ Yunnan.
(59) Ara t-Taqsima IV.3(3) tal-Pjan ta’ Yunnan.
(60) Ara l-Punt XI tad-Deċiżjoni ta’ Guangxi.
(61) Ara fuq: https://www.smx.gov.cn/4036/616899168/1838419.html (aċċessat fil-11 ta’ April 2025).
(62) Ara fuq: https://www.cq.gov.cn/zt/fjxzcjgxsd/zjqxkfz/202210/t20221014_11190923.html (aċċessat fil-11 ta’ April 2025).
(63) Ara fuq: http://www.eximbank.gov.cn/info/ztzl/zszhwwmwwzgz/202008/t20200806_20935.html (aċċessat fil-11 ta’ April 2025).
(64) Ara t-Taqsima VIII.2 tal-Pjan tal-Materja Prima.
(65) Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(66) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj).
(67) Idem.
(68) https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=downloads.
(69) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/boletins/2023-1/ingles/brazilian-monthly-energy-bulletin-january-2023.pdf/view.
(70) http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.
(71) https://www.ibge.gov.br/en/statistics/economic/prices-and-costs/17136-national-consumer-pricce-index.html?edicao=36055&t=downloads.
(72) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/boletins/2023-1/ingles/brazilian-monthly-energy-bulletin-january-2023.pdf/view.
(73) Meta jitqies li d-data użata kienet relatata ma’ għadd limitat ta’ partijiet, l-informazzjoni dwar il-profitt kellha tiġi varjata.
(74) Ara l-premessa 1 hawn fuq.
ANNESS
Produtturi esportaturi tar-RPĊ li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-RPĊ |
Art Abrasives (Guizhou) Co., Ltd. |
89RK |
|
Ir-RPĊ |
Bedrock Corundum Co., Ltd. |
89RL |
|
Ir-RPĊ |
Binzhou Qinai New Material Co., Ltd. |
89RM |
|
Ir-RPĊ |
Guizhou Guxin New Materials Co., Ltd. |
89RN |
|
Ir-RPĊ |
Guizhou Kaicheng Fused Minerals Co., Ltd. |
89RO |
|
Ir-RPĊ |
Henan Ant Advanced Materials Co., Ltd. |
89RP |
|
Ir-RPĊ |
Henan Haochen Advanced Materials Co., Ltd. |
89RQ |
|
Ir-RPĊ |
Henan Hengxin Industrial & Mineral Products Co., Ltd |
89SI |
|
Ir-RPĊ |
Henan Jinfeng New Material Technology Co., Ltd. |
89RR |
|
Ir-RPĊ |
Imerys Fused Minerals (Guizhou) Co., Ltd. |
89RS |
|
Ir-RPĊ |
Qinai (Shandong) New Material Co., Ltd. |
89RT |
|
Ir-RPĊ |
Qingdao Reckel Advanced Materials Co., Ltd. |
89RU |
|
Ir-RPĊ |
Qingdao Sisa Abrasives Co., Ltd. |
89RV |
|
Ir-RPĊ |
Saint-Gobain Ceramic Materials (Zhengzhou) Co Ltd |
89RW |
|
Ir-RPĊ |
Shandong Imerys Mount Tai Co., Ltd. |
89RX |
|
Ir-RPĊ |
Shanxi Lvliangshan Mineral Co., Ltd. |
89RY |
|
Ir-RPĊ |
Yichuan Kingsino Refractories Co., Ltd |
89RZ |
|
Ir-RPĊ |
Zhengzhou Sinabuddy Mineral Co., Ltd. |
89SA |
|
Ir-RPĊ |
Zhengzhou Yufa High-Tech Material Co., Ltd. |
89SB |
|
Ir-RPĊ |
Zibo Jin Chun Tai Abrasives Co., Ltd. |
89SD |
|
Ir-RPĊ |
Zibo Jinjiyuan Abrasives Co., Ltd. |
89SC |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1456/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)