Official Journal L 300 , 23/11/1999 P. 0003 - 0003
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (EEC) Nru 2464/1999 tat-22 ta' Novembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1729/1999 li jippreskrivi miżuri speċjali li jidderogaw mir-Regolamenti (KEE) Nru 3665/87 u (KEE) Nru 3719/88 rigward il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, il-laħam taċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal, il-bajd, il-laħam tat-tjur, il-prodotti tal-biedja esportati fil-għamla ta' oġġetti mhux kopertibl-Anness I mat-Trattat u ċerti prodotti taċ-ċereali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib(1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96(2), u partikolarment l-Artikoli 13(3), 17(14) u 28 tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar- Regolamenti oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tal-biedja, Billi: (1) ittieħdu miżuri speċjali bir-Regolament (KE) Nru 1729/1999(3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/1999(4), sabiex jiġu regolarizzati l-operati ta' l-esportazzjoni li ma setgħux ikunu kompletati minħabba s-sejba ta' kontaminazzjoni bid-dijossina f'ċerti prodotti; (2) il-miżuri tas-saħħa meħuda mill-awtoritajiet ta' ċerti pajjiżi terzi rigward l-esportazzjonijiet mill-Komunità għadhom jeżistu u jissoktaw jaffettwaw il-possibilitajiet ta' l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-biedja; (3) il-konsegwenzi ta' ħsara għall-esportaturi Komunitarji għandhom jiġu limitati billi jittawlu ċerti limiti taż-żmien għal ċerti prodotti; (4) fid-dawl ta' l-iżviluppi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament; (5) il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-kumitati ta' ġestjoni nteressati, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1729/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 2(2) jiġi mibdul b'dan li ġej: "2. Fuq applikazzjoni mad-detentur titolari, il-perijodu taż-żmien tal-validità tal-liċenzi ta' esportazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1162/95(5), (KE) Nru 1466/95(6) u (KE) Nru 174/1999(7) li kienu applikati għalihom l-iktar tard sas-7 ta' Ġunju 1999 u li l-validità tagħhom ma spiċċatx qabel il-31 ta' Mejju 1999 għandhom jittawlu sat-30 ta' Novembru 1999." 2. Fl-Artikolu 2(3) il-frażi "180 jum" tiġi mibdula bil-frażi "210-t ijiem". 3. Fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 4(3) il-frażi "150 jum" tiġi mibdula bil-frażi "210-t ijiem" u tiżdied is-sentenza li ġejja: "Madankollu, l-estensjoni ma għandhiex taqbeż il-31 ta' Mejju 2000,". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1999. Għall-Kummissjoni Franz FISCHLER Membru tal-Kummissjoni (1) ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. (2) ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21. (3) ĠU L 204, ta' l-4.8.1999, p. 13. (4) ĠU L 268, tas-16.10.1999, p. 7. (5) ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2. (6) ĠU L 144, tat-28.6.1995, p. 22. (7) ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8.