Official Journal L 064 , 10/03/1992 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0113
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0113
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 597/92 tas-6 ta' Marzu 1992 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3920/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 9, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessi mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet dikjarati fil-kolonna 3; Billi l-kumitat tan-nomenklatura għadu ma bagħatx opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tiegħu. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 1992. Għall-Kummissjoni. Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1. [2] ĠU L 372, tal-31.12.1991, pġ. 36. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni kodiċi tan-NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Preparazzjoni li tikkonsisti minn lamtu tal-qamħ u ammont żgħir ta' a-amylase (0,5 %). Il-kontenut tal-lamtu huwa aktar minn 83 %. Il-prodott huwa użat bħala aġent ta' l-aħħar fl-industrija tal-karti. | 38091090 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3809, 380910 u 38091090. | 2.Kompost ta' ħadid(III)-dextran li fih bejn 5 u 20 % ta' ħadid bħala toqol fi trab fi xkejjer ta' 50 kg; ukoll ippreżentat f'soluzzjoni ta' l-ilma li fiha 0,5 % phenol (bħala priservattiv) f'kontenitut ta' 10 sa 200 litru. | 39139080 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, min-nota 5 tal-Kapitolu 39 u mit-testi tal-kodiċijiet tan-NM 3913, 391390 u 39139080 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni ta' l-HS, l-intestatura 39.13, parti 4). | --------------------------------------------------