|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2686 |
28.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2686
tas-27 ta’ Novembru 2023
biex jiġu emendati ċerti Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eċċezzjonijiet umanitarji
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021“dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji”, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jevita u, fejn ma jistax jagħmel dan, itaffi kemm jista’ jkun kwalunkwe impatt negattiv potenzjali mhux intenzjonat tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni fuq azzjoni umanitarja msejsa fuq il-prinċipji. Il-Kunsill tenna li miżuri restrittivi tal-Unjoni jikkonformaw mal-obbligi kollha skont id-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar ir-refuġjati. Huwa ssottolinja l-importanza li l-prinċipji umanitarji u d-dritt umanitarju internazzjonali jiġu rispettati b’mod sħiħ fil-politika ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni, inkluż permezz tal-inklużjoni konsistenti ta’ eċċezzjonijiet umanitarji fir-reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni fejn rilevanti, u billi jiġi żgurat li jkun hemm qafas effettiv biex jintuża f’dawn l-eċċezzjonijiet minn organizzazzjonijiet umanitarji. |
|
(2) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2664 (2022), filwaqt li fakkar fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jimponu l-miżuri ta’ sanzjonijiet b’reazzjoni għat-theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u enfasizza li l-miżuri meħuda mill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex jimplimentaw is-sanzjonijiet jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali u mhumiex maħsuba li jkollhom konsegwenzi umanitarji negattivi għall-popolazzjonijiet ċivili jew konsegwenzi negattivi għall-attivitajiet umanitarji jew għal dawk li jwettquhom. Il-KSNU ddeċieda, fil-paragrafu 1 tal-UNSCR 2664 (2022) li l-forniment, l-ipproċessar jew il-ħlasijiet ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew il-forniment ta’ oġġetti u servizzi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem permezz ta’ ċerti atturi huma permessi u mhumiex ksur tal-iffriżar tal-assi imposti mill-KSNU jew il-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu. |
|
(3) |
Fl-14 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/338 (1), li introduċiet l-eżenzjoni umanitarja skont il-UNSCR 2664 (2022) fir-reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni li jagħtu effett lill-miżuri deċiżi mill-KSNU jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu. Fil-31 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/726 (2), li introduċiet l-eżenzjoni umanitarja skont il-UNSCR 2664 (2022) fir-reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni li jagħtu effett lill-miżuri deċiżi mill-KSNU jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu u fil-miżuri komplementari deċiżi mill-Kunsill. |
|
(4) |
Sabiex jiżdiedu l-konsistenza u l-koerenza bejn ir-reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u ma’ dawk adottati mill-KSNU jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu, u biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, il-Kunsill iqis li eżenzjoni għall-miżuri ta’ ffriżar tal-assi applikabbli għal, u għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni ta’, persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet deżinjati, għall-benefiċċju tal-atturi msemmija fl-UNSCR 2664 (2022), organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja, organizzazzjonijiet u aġenziji li huma ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru, jew aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu introdotti f’ċerti reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ deroga, jew jenħtieġ li jiġi emendat mekkaniżmu ta’ deroga eżistenti, għal dawk l-organizzazzjonijiet u l-atturi involuti f’attivitajiet umanitarji li ma jistgħux jibbenefikaw minn dik l-eżenzjoni. Il-Kunsill iqis ukoll li jenħtieġ li jiġu introdotti klawżoli ta’ rieżami relatati ma’ dawk l-eċċezzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiġu introdotti klawżoli ta’ rieżami relatati mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar eċċezzjonijiet umanitarji f’ċerti reġimi ta’ miżuri restrittivi oħra tal-Unjoni... |
|
(5) |
Għaldaqstant jeħtieġ li d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2010/638/PESK (3), 2011/72/PESK (4), 2011/101/PESK (5), 2011/173/PESK (6), 2012/642/PESK (7), 2013/184/PESK (8), 2014/145/PESK (9), (PESK) 2015/1763 (10), (PESK) 2017/2074 (11), (PESK) 2019/797 (12), (PESK) 2019/1720 (13), (PESK) 2021/1277 (14), (PESK) 2023/891 (15) u (PESK) 2023/1532 (16) jiġu emendati. |
|
(6) |
Hija neċessarja aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “6. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
7. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 8. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 7, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 9. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafi 7 u 8 fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4(6) u (7) fir-rigward tal-Artikolu 4(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.” |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “6. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
7. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 8. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 7, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 9. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafi 7 u 8 fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1(6) u (7) fir-rigward tal-Artikolu 1(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.” |
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 5, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “5. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 7. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 6, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 8. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafi 6 u 7 fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5(5) u (6) fir-rigward tal-Artikolu 5(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.” |
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni 2011/173/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
8. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 9. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 8, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 10. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafi 8 u 9 fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:: “L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2(7) u (8) fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”. |
Artikolu 5
Fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3. L-eċċezzjoni msemmija fl-Artikoli 5(1)(f)(i) fir-rigward tal-Artikolu 4(1) u (2) għandha tiġi riveduta f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
|
(2) |
L-Artikolu 6a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6a 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(7) u b’deroga mill-Artikolu 6(1) u(2) ta’ dan l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 2. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont dan l-Artikolu fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6(7) u 6a(1) fir-rigward tal-Artikolu 6(1) u (2) għandha tiġi riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull 12-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”. |
Artikolu 7
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(11), fir-rigward tal-Artikolu 2(2), u fl-Artikolu 2(12), fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2), għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”.
Artikolu 8
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
8. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 9. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 8, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 10. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafi 8 u 9 fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2(7) u (8) fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull 12-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”. |
Artikolu 9
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 7 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: 8. “Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
9. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, u b’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 10. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 9, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 11. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafi 9 u 10 fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 7(8) u (9) fir-rigward tal-Artikolu 7(1), (2) u (3) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”. |
Artikolu 10
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 5 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
8. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 9. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 8, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 10. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjonijiet li tingħata skont il-paragrafi 8 u 9 fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5(7) u (8) fir-rigward tal-Artikolu 5(1) u (2), għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”. |
Artikolu 11
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(7), u b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 2. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont dan l-Artikolu fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(7) u l-Artikolu 3 fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”. |
Artikolu 12
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(7), u b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil fil-ħin ta’ assistenza umanitarja jew għall-appoġġ ta’ attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 2. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont dan l-Artikolu fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 9, jiżdiedu il-paragrafi li ġejjin: “L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(7) u l-Artikolu 3 fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”. |
Artikolu 13
Fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/891, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2(7) u (8) fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”.
Artikolu 14
Fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532, l-Artikolu 10 qed jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Lulju 2024 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li ma jkunux intlaħqu l-objettivi tagħha.
L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3(7) u (8) fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tnax-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”.
Artikolu 15
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
Y. DÍAZ PÉREZ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/338 tal-14 ta’ Frar 2023 li temenda ċerti deċiżjonijiet u pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja (ĠU L 47, 15.2.2023, p. 50).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/726 tal-31 ta’ Marzu 2023 li temenda ċerti Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja (ĠU L 94, 3.4.2023, p. 48).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/173/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 68).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13).
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (ĠU L 262, 15.10.2019, p. 58).
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1277 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu (ĠU L 277 I, 2.8.2021, p. 16).
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 tat-28 ta’ April 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 114, 2.5.2023, p. 15).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2686/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)