<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-235/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0235</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:412">EU:C:2019:412</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190515">15.5.2019</DATE> – Kawża C‑235/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Vega International Car Transport and Logistic</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 135(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħra – Għoti u negozjar ta’ kreditu</KEYWORD><KEYWORD>Kards tal-karburant</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑235/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20180328">28 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil‑proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, C. G. Fernlund u L. S. Rossi (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH, minn J. Pomorska‑Porębska, konsulent tat-taxxa,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u J. Hottiaux, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH li għandha s-sede tagħha fl-Awstrija (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Vega International<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u d-Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie (id-Direttur tal-Kamra tat-Taxxa ta’ Warszawa, il-Polonja), dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li Vega International tiġi rrimborsata t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relattiva għal tranżazzjonijiet ta’ xiri ta’ karburant permezz ta’ kards tal-karburant.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) sa (ċ) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Flimkien mat-transazzjonijiet imsemmija fil–paragrafu 1, kull waħda minn dawn li ġejjin għandha tiġi kkunisdrata bħala provvista ta’ merkanzija:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>it-trasferiment ta’ merkanzija skond kuntratt li bih titħallas kummissjoni meta jsir xiri jew bejgħ.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(1) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta’ merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 135(1)(b) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-għoti u n-negozjar ta’ kreditu u l-immaniġġjar tal-kreditu mill-persuna li tagħtih<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/112 ġiet trasposta fid-dritt Pollakk permezz tal-ustawa o podatku od towaru i usług (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Oġġetti u s-Servizzi) tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. tal-2011, Nru 177, intestatura 1054), kif emendata (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Artikolu 5(1) tal-Liġi dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[Dawn li ġejjin huma suġġetti għall-VAT]: il-provvista ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (8) ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn oġġett jikkostitwixxi provvista ta’ merkanzija fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 5(1) […].</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.008"><NO.PARAG>8)</NO.PARAG><ALINEA>Meta diversi operaturi jwettqu provvista tal-istess oġġett b’tali mod li l-ewwel wieħed fosthom iwettaq il-provvista ta’ dan l-oġġett direttament lix-xerrej finali, il-provvista tal-merkanzija titqies li saret minn kull wieħed mill-operaturi li ħadu sehem f’dawn it-tranżazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tal-imsemmija liġi jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-provvista ta’ servizzi msemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 5(1) tfisser kull provvista lil persuna fiżika jew ġuridika, jew entità mingħajr personalità ġuridika, li ma tikkostitwixxix provvista ta’ merkanzija fis-sens tal-Artikolu 7 […].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt 38 tal-Artikolu 43(1) tal-istess liġi, li jittrasponi l-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva 2006/112, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Is-servizzi ta’ għoti ta’ kreditu u ta’ self finanzjarju u s-servizzi ta’ senserija li jikkonċernaw l-għoti ta’ kreditu jew ta’ self finanzjarju, kif ukoll il-ġestjoni ta’ kreditu jew ta’ self finanzjarju mwettqa mill-entità li tagħti dan il-kreditu jew dan is-self, [huma eżenti mit-taxxa].<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 86(1) tal-Liġi dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Sa fejn l-oġġetti u s-servizzi jintużaw għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet intaxxati, il-persuna taxxabbli msemmija fl-Artikolu 15 tibbenefika mid-dritt li tnaqqas l-ammont tat-taxxa tal-input mill-ammont tat-taxxa li għandha tħallas […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Vega International teżerċita l-attività ta’ trasportatur ta’ vetturi kummerċjali ta’ manifatturi magħrufa, mill-fabbrika fejn jiġu mmanifatturati għal għand il-klijenti. Dan is-servizz jingħata permezz ta’ diversi sussidjarji ta’ Vega International, li għandhom is-sede tagħhom f’diversi Stati Membri, fostom is-sussidjarja Vega Poland sp. z o.o., stabbilita fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Vega International torganizza u tamministra l-għoti ta’ kards tal-karburant lill-kumpanniji tagħha kollha, maħruġa minn diversi fornituri ta’ karburant. Il-vetturi ttrasportati minn Vega Poland jiġu mimlija bil-karburant permess ta’ kards tal-karburant personali, mogħtija lix-xufiera. Għal raġunijiet ta’ organizzazzjoni u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont tal-ispejjeż, it-tranżazzjonijiet kollha magħmula permezz ta’ kards tal-karburant huma ċċentralizzati mill-kumpanija omm fl-Awstrija, li<?PAGE NO="4"?> tirċievi mingħand il-fornituri tal-karburant il-fatturi li jistabbilixxu, b’mod partikolari, ix-xiri ta’ karburant bil-VAT. Sussegwentement, fi tmiem kull xahar, Vega International tiffattura mill-ġdid lis-sussidjarji tagħha, fosthom Vega Poland, il-karburant imqiegħed għad-dispożizzjoni għall-iskop tal-provvista tas-servizz ta’ trasport ta’ vetturi b’żieda ta’ 2 %. Dawn is-sussidjarji huma awtorizzati jpaċu l-fatturi li jikkonċernaw l-użu ta’ kards tal-karburant ma’ fatturi indirizzati lill-kumpannija Awstrijaka jew iħallsu dawn il-fatturi fi żmien xahar sa tliet xhur minn meta jirċevuhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140811">11 ta’ Awwissu 2014</DATE>, in-Naczelnik Drugiego Urzędu Skarbowego Warszawa-Śródmieście (id-Direttur tat-Tieni Uffiċċju tat-Taxxa Varsavja-Śródmieście, il-Polonja) irrifjuta lil Vega International ir-rimbors tal-VAT għall-perijodu mix-xahar ta’ April sa Ġunju 2012, tal-ammont ta’ 106 031.44 zloty Pollakk (PLN) (madwar EUR 24 735.82). Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mid-Direttur tal-Kamra tat-Taxxa ta’ Varsavja, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20141128">28 ta’ Novembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Vega International ippreżentat rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Qorti Amministrattiva ta’ voïvodie ta’ Varsavja, il-Polonja). Permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE>, din il-qorti qieset ir-rikors ta’ Vega International bħala infondat u ċaħditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sussegwentement, Vega International appellat fil-kassazzjoni minn din is-sentenza quddiem in-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja). Din il-qorti, bħall-awtoritajiet tat-taxxa Pollakki u l-qorti tal-ewwel istanza, ikkunsidrat il-possibbiltà li tapplika għall-każ ineżami l-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Auto Lease Holland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:73">EU:C:2003:73</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tipprovdi li ftehim dwar il-ġestjoni tal-karburant ma jikkostitwixxix kuntratt ta’ kunsinna ta’ karburant, iżda pjuttost kuntratt finanzjarju tax-xiri tal-karburant. Fil-fatt, skont l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, il-kumpannija ta’ leasing ma tixtrix il-karburant sabiex sussegwentement tbigħu mill-ġdid lill-persuna li tieħu l-vettura b’leasing, iżda hija din tal-aħħar li tagħżel liberament kemm il-kwalità u l-kwantità kif ukoll id-data tax-xiri tal-karburant u għaldaqstant tiddisponi minn dan il-karburant bħallikieku kienet il-proprjetarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, b’applikazzjoni ta’ din is-sentenza, għandu jiġi meqjus li Vega International ma twettaqx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, f’dan il-każ ta’ karburant, fis-sens tal-Artikolu 7(8) tal-Liġi dwar il-VAT, li għaliha l-VAT tista’ tiġi rkuprata, iżda tipprovdi provvisti ta’ servizz ta’ finanzjament lil Vega Poland li ma humiex taxxabbli fil-Polonja inkwantu huma eżenti mill-VAT bis-saħħa tal-punt 38 tal-Artikolu 43(1) ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tirrileva li s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Auto Lease Holland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:73">EU:C:2003:73</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) ma ngħatatx abbażi tad-Direttiva 2006/112, iżda tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet li kienu fis-seħħ qabel tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 2, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija għandha dubji dwar l-interpretazzjoni, fid-dawl tal-imsemmija sentenza, tad-dispożizzjoni l-ġdida li tinsab fl-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva 2006/112, li tirreferi għal tranżazzjonijiet bħal dawk tal-għoti jew tan-negozjar ta’ krediti kif ukoll tal-ġestjoni ta’ krediti mwettqa mill-persuna li tkun tathom. Għaldaqstant, tqum il-kwistjoni dwar jekk it-tranżazzjonijiet imwettqa minn Vega International fl-Awstrija, relattivi għall-provvista u l-ħlas tal-kards tal-karburant użati għax-xiri ta’ karburant mis-sussidjarji tal-grupp, jistgħux jitqiesu li huma tali tranżazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn id-dubji jiżdiedu permezz tad-diverġenzi fil-ġurisprudenza fi ħdan il-qrati nazzjonali, li rreferew għal dan il-preċedent sabiex jevalwaw in-natura tat-tranżazzjonijiet konklużi fil-kuntest tal-provvista tal-kards tal-karburant.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-qorti tar-rinviju tqis li, sabiex tingħata deċiżjoni dwar l-appell fil-kassazzjoni ppreżentat minn Vega International, huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti hija stess interpretazzjoni tal-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-kunċett imsemmi fl-Artikolu 135(1)(b) tad-[Direttiva 2006/112] jinkludi l-attivitajiet ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant kif ukoll dawk ta’ negozjar, ta’ finanzjament u ta’ ħlas għall-akkwist tal-karburant permezz ta’ dawn il-kards, jew inkella dawn l-attivitajiet kumplessi jistgħu jitqiesu bħala tranżazzjonijiet f’katina li bħala għan prinċipali għandhom il-kunsinna ta’ karburant?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant minn kumpannija omm lis-sussidjarji tagħha, li jippermetti lil dawn tal-aħħar jimlew bil-karburant il-vetturi li huma jittrasportaw, jista’ jiġi kklassifikat bħala servizz ta’ għoti ta’ kreditu eżentat mill-VAT, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jew bħala tranżazzjoni kumplessa li l-għan prinċipali tagħha huwa l-kunsinna ta’ karburant u, għaldaqstant, il-provvista ta’ merkanzija, fis-sens tal-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva, li għaliha l‑VAT imħallsa fil-Polonja tista’ tiġi rkuprata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112, li huma rilevanti fil-kuntest tal-kawża prinċipali, huma essenzjalment identiċi għad-dispożizzjonijiet ekwivalenti tas-Sitt Direttiva. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ġurisprudenza relattiva għall-imsemmija dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva tibqa’ rilevanti sabiex jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2006/112 (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Astone,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑332/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:614">EU:C:2016:614</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, huwa importanti li jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2006/112, il-provvista ta’ merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali hija suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva huwa meqjus, fil-prinċipju, provvista ta’ merkanzija t-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, imsemmi fl-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva u fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112, ma jirreferix għat-trasferiment ta’ proprjetà fil-forom previsti mid-dritt nazzjonali applikabbli, iżda huwa jinkludi kull trasferiment ta’ oġġett tanġibbli minn parti li tawtorizza lill-parti l-oħra tiddisponi minnu bħallikieku kienet il-proprjetarja ta’ dan l-oġġett (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900208">8 ta’ Frar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Shipping and Forwarding Enterprise Safe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:61">EU:C:1990:61</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 7; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>British American Tobacco u Newman Shipping</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑435/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:464">EU:C:2005:464</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 35; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:121">EU:C:2006:121</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 51; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>De Fruytier</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑237/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:316">EU:C:2010:316</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Evita-K</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑78/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:486">EU:C:2013:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-imsemmi kunċett għandu natura oġġettiva u li japplika indipendentement mill-għanijiet u mir-riżultati kkonċernati, mingħajr ma l-awtorità tat-taxxa hija obbligata twettaq investigazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-intenzjoni tal-persuna taxxabbli inkwistjoni<?PAGE NO="6"?> jew tieħu inkunsiderazzjoni l-intenzjoni ta’ operatur differenti mill-persuna taxxabbli involut fl-istess katina ta’ provvisti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Dixons Retail</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:758">EU:C:2013:758</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant minn Vega International lis-sussidjarji tagħha, fosthom Vega Poland, jippermetti lil dawn is-sussidjarji li, fost oħrajn, jimlew il-vetturi bil-karburant minn pompi tal-petrol. Dawn il-pompi sussegwentement jibagħtu direttament lil Vega International il-fatturi li jistabbilixxu x-xiri tal-karburant bil-VAT, li għar-rimbors tagħha Vega International għamlet talba lill-awtorità tat-taxxa Pollakka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi eżaminat jekk, fil-kawża prinċipali, il-kumpanniji taż-żejt ittrasferixxewx effettivament lil Vega International jew lil Vega Poland is-setgħa li jiddisponu mill-karburant bħala proprjetarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Auto Lease Holland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:73">EU:C:2003:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Auto Lease Holland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑185/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:73">EU:C:2003:73</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja analizzat jekk, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ leasing ta’ vettura bil-mutur, hemmx provvista ta’ merkanzija, fil-każ ineżami l-karburant, min-naħa tal-kumpanniji taż-żejt lil kumpannija ta’ leasing meta l-persuna li tieħu l-leasing timla l-vettura tagħha bil-karburant f’isem u għan-nom tal-imsemmija kumpannija, liema kumpannija sussegwentement titlob lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali r-rimbors tal-VAT imħallsa fuq dan il-karburant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li huwa paċifiku li hija ovvjament il-persuna li tieħu l-vettura bil-leasing li hija awtorizzata tiddisponi mill-karburant bħallikieku kienet il-proprjetarja ta’ dan l-oġġett, peress li hija tikseb dan il-karburant direttament mill-pompi tal-petrol u l-persuna li tagħti l-leasing fl-ebda mument ma għandha s-setgħa tiddeċiedi l-mod kif il-karburant għandu jintuża jew il-finalitajiet ta’ dan l-użu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Auto Lease Holland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:73">EU:C:2003:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, f’tali każ, il-provvisti saru bi spejjeż tal-kumpannija ta’ leasing biss fl-apparenza. Fil-fatt, minn naħa, il-pagamenti mħallsa kull xahar lilha jirrappreżentaw biss ħlas bil-quddiem, min-naħa l-oħra, il-konsum reali, stabbilit fl-aħħar tas-sena, huwa r-responsabbiltà finanzjarja tal-persuna li tieħu l-leasing, li, konsegwentement, tħallas l-ispejjeż kollha tal-provvista tal-karburant (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Auto Lease Holland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:73">EU:C:2003:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li ftehim relattiv għall-ġestjoni ta’ karburant iffirmat bejn il-kumpannija ta’ leasing u l-persuna li tieħu l-leasing ma huwiex kuntratt ta’ provvista ta’ merkanzija, f’dan il-każ il-karburant, fir-rigward tal-kumpannija ta’ leasing, iżda pjuttost jikkostitwixxi kuntratt ta’ finanzjament tax-xiri tal-karburant. Fil-fatt, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-kumpannija ta’ leasing ma tixtrix il-karburant sabiex sussegwentement tbigħu mill-ġdid lill-persuna li tieħu l-vettura b’leasing, iżda din tal-aħħar tixtri l-karburant, billi tagħżel liberament kemm il-kwalità u l-kwantità tiegħu, kif ukoll id-data tax-xiri. Għaldaqstant, il-kumpannija ta’ leasing teżerċita, fir-realtà, funzjonijiet ta’ fornitur ta’ kreditu fir-rigward tal-persuna li tieħu l-vettura b’leasing (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Auto Lease Holland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:73">EU:C:2003:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 24 tas-sentenza preżenti, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikoli 5(1) tas-Sitt Direttiva, jistgħu jiġu trasposti għall-fatti tal-kawża preżenti għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’mod partikolari għandu jiġi kkonstatat li, fil-każ ineżami, Vega International ma tiddisponix mill-karburant, li fir-rigward tax-xiri tiegħu hija titlob ir-rimbors tal-VAT, bħallikieku kienet il-proprjetarja. Fil-fatt, dan il-karburat jinxtara minn Vega Poland direttament mingħand il-fornituri u<?PAGE NO="7"?> għad-diskrezzjoni tagħha biss. Għaldaqstant, Vega Poland tiddeċiedi, fost oħrajn, il-modalitajiet tax-xiri tal-karburant sa fejn hija tista’ tagħżel minn liema pompa tal-petrol, fost dawk tal-fornituri indikati minn Vega International, timla l-vetturi bil-karburant u tiddeċiedi liberament il-kwalità, il-kwantità, it-tip ta’ karburant kif ukoll il-mument tax-xiri u l-mod kif tużah (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:229">EU:C:2015:229</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa paċifiku li Vega Poland hija responsabbli wkoll għall-ispejjeż kollha marbuta mal-mili tal-vetturi bil-karburant inkwantu Vega International tiffattura mill-ġdid lilha dan il-karburant. Sussegwentement, is-sussidjarja Pollakka tista’ jew tpaċi l-fatturi li jikkonċernaw l-użu ta’ kards tal-karburant ma’ fatturi indirizzati lill-kumpannija Awstrijaka jew tħallas direttament dawn il-fatturi fi żmien xahar sa tliet xhur minn meta tirċevihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hekk kif isostnu l-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni Ewropea, ma hemmx lok li jitqies li, fil-kawża prinċipali, il-provvista ta’ karburant issir minn Vega International u li din tal-aħħar sussegwentement tbigħ mill-ġdid dan il-karburant lil Vega Poland billi b’hekk twettaq, min-naħa tagħha, provvista ta’ karburant lil din il-kumpannija. Bil-kontra, kif tenfasizza l-Kummissjoni, għandu jiġi rrilevat li Vega International sempliċement tqiegħed għad-dispożizzjoni tas-sussidjarja Pollakka tagħha, permezz ta’ kards tal-karburant, sempliċi strument li jippermettilha tixtri dan il-karburant, u għaldaqstant hija għandha biss rwol ta’ intermedjarja fil-kuntest tat-tranżazzjoni tal-akkwist ta’ dan il-karburant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-assenza ta’ provvista ta’ merkanzija, jiġifieri l-karburant fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ Vega International, din il-kumpannija tal-aħħar ma tistax titlob ir-rimbors tal-VAT, imħallsa fuq il-fatturi li ġew indirizzati lilha, relattivi għall-mili tal-vetturi bil-karburant imwettaq minn Vega Poland minn pompi tal-petrol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’riżultat ta’ dan, għandu jiġi rrilevat li, konformement mal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2006/112, kull tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix provvista ta’ merkanzija għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, huwa paċifiku li t-tranżazzjoni mwettqa minn Vega International fir-rigward tas-sussidjarja Pollakka tagħha, li tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant sabiex il-vetturi li din tal-aħħar tittrasporta jimtlew bil-karburant, ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112. Konsegwentement, hija tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>provvista ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Artikolu 24(1) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għadu jrid jiġi vverifikat jekk tali provvista ta’ servizzi tistax tiġi kklassifikata bħala servizz ta’ għoti ta’ kreditu eżentat mill-VAT fis-sens tal-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-tranżazzjonijiet eżenti bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni huma ddefiniti skont in-natura tal-provvista ta’ servizzi mogħtija u mhux skont il-fornitur jew id-destinatarju tas-servizz, b’tali mod li l-applikazzjoni ta’ dawn l-eżenzjonijiet ma tiddependix mill-istatut tal-entità li tipprovdi dawn is-servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Abbey National</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑169/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:289">EU:C:2006:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ludwig</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑453/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:369">EU:C:2007:369</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-għoti u n-negozjar ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li tinsab fl-imsemmija dispożizzjoni, din għandha tiġi interpretata b’mod wiesa’ b’tali mod li l-portata tagħha ma tistax tiġi limitata biss għal self u krediti mogħtija minn istituzzjonijiet bankarji jew finanzjarji (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931027">27 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Muys’ en De Winter’s Bouw- en Aannemingsbedrijf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑281/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:855">EU:C:1993:855</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Hedqvist</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑264/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:718">EU:C:2015:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Volkswagen Financial Services (UK)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑153/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:845">EU:C:2018:845</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-iskop tas-sistema komuni, stabbilita mid-Direttiva 2006/112, li hija intiża, fost oħrajn, sabiex tiggarantixxi lill-persuni taxxabbli ugwaljanza fit-trattament (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931027">27 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Muys’ en De Winter’s Bouw- en Aannemingsbedrijf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑281/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:855">EU:C:1993:855</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-interpretazzjoni li tipprovdi li l-għoti tal-finanzjament għal xiri minn bank huwa eżentat mill-VAT, filwaqt li l-finanzjament tal-istess xiri minn operatur ekonomiku li ma għandux l-istatus partikolari ta’ entità tas-settur finanzjarju jew bankarju huwa suġġett għall-VAT, tikser wieħed mill-prinċipji fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT, jiġifieri l-ugwaljanza fit-trattament tal-persuni taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, hekk kif tfakkar fil-punt 14 tas-sentenza preżenti, huwa paċifiku li t-tranżazzjonijiet kollha mwettqa permezz ta’ kards tal-karburant imqiegħda għad-dispożizzjoni tas-sussidjarji tagħha minn Vega International, fosthom Vega Poland, huma ċċentralizzati mill-kumpannija omm fl-Awstrija, li tirċievi mingħand il-fornituri tal-karburant il-fatturi li jistabbilixxu, fost oħrajn, ix-xiri ta’ karburant bil-VAT. Sussegwentement, fi tmiem kull xahar, Vega International tiffattura mill-ġdid lis-sussidjarji tagħha l-karburant imqiegħed għad-dispożizzjoni sabiex ikun jista’ jingħata s-servizz ta’ trasport tal-vetturi, b’żieda ta’ 2 %. Finalment, is-sussidjarja tagħha għandha jew tpaċi l-fatturi li jikkonċernaw l-użu ta’ kards tal-karburant ma’ fatturi indirizzati lill-kumpannija Awstrijaka jew tħallas dawn il-fatturi fi żmien xahar sa tliet xhur minn meta tirċevihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, għandu jitqies li bl-applikazzjoni ta’ din iż-żieda ta’ 2 % fir-rigward ta’ Vega Poland, Vega International tirċievi ħlas għall-provvista ta’ servizz mogħti lis-sussidjarja Pollakka tagħha. Għaldaqstant, Vega International tipprovdi servizz finanzjarju lil Vega Poland billi tiffinanzja bil-quddiem ix-xiri tal-karburant u għaldaqstant taġixxi għal dan il-għan bħal istituzzjoni ordinarjna ta’ finanzjament jew ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, minn Vega International ta’ kards tal-karburant favur Vega Poland jikkostitwixxi verament tranżazzjoni finanzjarja li hija simili, b’mod iktar preċiż, għall-għoti ta’ kreditu, fis-sens tal-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva 2006/112 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Volkswagen Financial Services (UK)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑153/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:845">EU:C:2018:845</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li servizzi bħal dawk ipprovduti minn Vega International favur Vega Poland jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant minn kumpannija omm lis-sussidjarji tagħha, li jippermetti lil dawn tal-aħħar jimlew bil-karburant vetturi li huma jittrasportaw, jista’ jiġi kklassifikat bħala servizz ta’ għoti ta’ kreditu li huwa eżentat mill-VAT fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant minn kumpannija omm lis-sussidjarji tagħha, li jippermetti lil dawn tal-aħħar jimlew bil-karburant vetturi li huma jittrasportaw, jista’ jiġi kklassifikat bħala servizz ta’ għoti ta’ kreditu li huwa eżentat mit-taxxa fuq il-valur miżjud fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>