|
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10579 – PON HOLDINGS / AUTOHAUS ADELBERT MOLL / FLEXXDRIVE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 193/05)
1.
Fit-2 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Pon Holding Germany GmbH (“Pon Holding”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Pon, |
|
— |
Timm Moll (il-Ġermanja), |
|
— |
Pon Luxury Cars GmbH (“PLC”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Pon, |
|
— |
Autohaus Adelbert Moll GmbH &KG (“Autohaus Moll”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Timm Moll, |
|
— |
FlexxDrive GmbH (“FlexxDrive”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Timm Moll. |
Pon Holding u Timm Moll jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ PLC, Autohaus Moll u FlexxDrive.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Il-grupp Pon jopera f’firxa wiesgħa ta’ swieq, minn vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali u roti għall-kostruzzjoni tat-toroq u magni li jċaqilqu l-ħamrija, ġeneraturi u soluzzjonijiet totali għall-industrija tat-tbaħħir, |
|
— |
Timm Moll huwa persuna fiżika residenti f’Düsseldorf, il-Ġermanja. L-attivitajiet kummerċjali tiegħu jiffukaw fuq is-settur awtomobilistiku u huma kkonċentrati f’Autohaus Moll u FlexxDrive, |
|
— |
PLC hija negozjant ta’ tal-karozzi lussużi, ibbażata f’Cologne, il-Ġermanja, |
|
— |
Autohaus Moll hija negozjant tal-karozzi ta’ diversi marki tad-ditta bbażata fi u madwar Düsseldorf u Hannover, il-Ġermanja, |
|
— |
FlexxDrive hija kumpanija attiva fin-negozju tal-kiri tal-karozzi għal żmien qasir fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10579 – PON HOLDINGS / AUTOHAUS ADELBERT MOLL / FLEXXDRIVE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).