2011R0926 — MT — 01.01.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 926/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 241, 17.9.2011, p.2) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 135/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 |
L 46 |
8 |
19.2.2013 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 926/2011
tat-12 ta’ Settembru 2011
għall-iskopijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn miżuri ta’ spezzjoni fil-kamp veterinarju. Skont dik id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi fit-titjib tal-effiċjenza tal-ispezzjonijiet veterinarji billi tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE u dawk ta’ kollegament tal-UE. Hi tistipula li kull laboratorju ta’ kollegament jew ta’ referenza tal-UE li jkun nominat bħala tali skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u li jaqdi d-dmirijiet u r- rekwiżiti li hemm imniżżla fiha, jista’ jirċevi għajnuna mill-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali ( 2 ), jistabbilixxi l-kompiti, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin. Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-ikel u l-għalf huma mniżżla fil-Parti I filwaqt li l-laboratorji ta’ refernza tal-UE għas-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin huma mniżżla fil-Parti II tal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità lil-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali ( 3 ) jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-operat tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE, kif jistipulaw l-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u għall-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma. |
|
(4) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006, ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-UE individwali għandha tiġi stabbilita permezz ta’ ftehimiet ta’ sħubija. It-tul ta’ żmien ta’ ftehimiet ta’ sħubija hu ta’ ħames snin u dawn għandhom ikunu akkumpanjati minn programm ta’ ħidma multiannwali. |
|
(5) |
Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE huma elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Iċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka inħatar għal xi wħud minnhom. Billi dan huwa direttorat ġenerali tal-Kummissjoni, dan ir-Regolament ma japplikax għalih. Ir-regoli li fuqhom titmexxa l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għaċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka huma stabbiliti fl-arranġament amministrattiv annwali. |
|
(6) |
Il-livell tal-għajnuna finanzjarja annwali tal-Unjoni għall-attività ta’ ċerti laboratorji ta’ referenza tal-UE huwa deċiż fuq bażi ta’ kull sena permezz ta’ deċiżjonijiet finanzjarji annwali marbuta mas-sikurezza tal-għalf u l-ikel u s-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin. |
|
(7) |
Fl-2008, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq verifika fuq immaniġġjar ta’ għotja f’attività tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti. L-IAS ikkonkluda li r-regoli dettaljati dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali għandhom jiġu ssimplifikati. Biex jiġu ssimplifikati r-regoli, l-IAS issuġġerixxa li l-Kummissjoni tkompli tadotta deċiżjonijiet finanzjarji annwali fuq bażi ta’ kull sena, iżda mingħajr il-ħtieġa ta’ ftehimiet ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u kull laboratorju ta’ referenza individwali tal-UE. |
|
(8) |
Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE jeħtieġu li jorganizzaw laqgħat u attivitajiet ta’ taħriġ b’mod regolari. Għaldaqstant, l-attivitajiet u l-laqgħat għandhom jiġu miżjuda mal-lista tan-nefqa eliġibbli ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni ( 4 ) huma applikabbli. |
|
(10) |
Minħabba li għandhom isiru għadd ta’ emendi lir-Regolament (KE) Nru 1754/2006, dak ir-Regolament għandu, f’ġieħ iċ-ċarezza, jiġi revokat u jeħodlu postu dan ir-Regolament, filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal-laboratorji ta’ referenza kollha tal-UE li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom jintemmu fl-2011 u għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom jiġu terminati permezz ta’ ftehim reċiproku. Fil-każ ta’ laboratorji ta’ referenza tal-UE, li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom ma jiġux terminati, jibqa’ japplika r-Regolament (KE) Nru 1754/2006. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Deċiżjoni 2009/470/KE fir-rigward tal-arranġament għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 32(7) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u l-Artikolu 31(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE għall-attivitajiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE (“laboratorji”) għajr iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, inkluż għall-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma, u l-kundizzjonijiet li skonthom tingħata din l-għajnuna.
Dan ir-Regolament għandu japplika għal-laboratorji ta’ referenza kollha tal-UE li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom jintemmu fl-2011 u għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom jiġu terminati permezz ta’ ftehim reċiproku. Fil-każ ta’ laboratorji tal-UE, li l-ftehimiet ta’ qafas tal-isħubija tagħhom ma jiġux terminati, jibqa’ japplika r-Regolament (KE) Nru 1754/2006.
Artikolu 2
Programm ta’ ħidma u baġit stmat
1. Il-laboratorji għandhom, sal-1 ta’ Settembru ta’ kull sena kalendarja “n”:
(a) jiffissaw l-attivitajiet tal-Unjoni ppjanati matul is-sena kalendarja “n + 1”, inkluża l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma, (“il-programm ta’ ħidma”) b’kollaborazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni;
(b) jissottomettu lill-Kummissjoni:
(i) il-programm ta’ ħidma;
(ii) il-baġit stmat għal kull attività li tikkonċerna n-nefqa tal-programm ta’ ħidma (“il-baġit stmat”).
2. Il-laboratorji għandhom jipprovdu l-baġit stmat b’forma elettronika b’konformità mal-Annessi I(a) u I(b).
Artikolu 3
Rata tal-kambju
Għal baġits stmati f’munita oħra għajr l-euro, il-Kummissjoni għandha tapplika l-ewwel rata tal-kambju ffissata f’Settembru tas-sena “n”, kif maħruġa fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
L-approvazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni finanzjarja annwali (“id-deċiżjoni finanzjarja annwali”) li tapprova l-programmi ta’ ħidma u l-baġits korrespondenti għal-laboratorji kollha.
Kwalunkwe emenda għall-programmi ta’ ħidma għandha tkun suġġetta għall-ftehim miktub minn qabel tal-Kummissjoni.
Artikolu 5
Prefinanzjament
Wara l-addozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni finanzjarja annwali, il-laboratorji jistgħu jitolbu prefinanzjament li jammonta għal 70 % tal-għajnuna totali għall-programm ta’ ħidma tagħhom.
Artikolu 6
Pagament tal-għajnuna
Il-bilanċ tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi ta’ ħidma għandu jitħallas lil-laboratorji wara li huma jippreżentaw ir-rapporti finanzjarji u tekniċi msemmija fl-Artikoli 11(1) u wara l-approvazzjoni ta’ dawk ir-rapporti mill-Kummissjoni.
Artikolu 7
Dokumenti ta’ sostenn
1. Il-laboratorji għandhom jirreġistraw in-nefqa tal-programmi ta’ ħidma fis-sistema tal-kontabbilità tal-kostijiet tagħhom u jżommu d-dokumenti oriġinali jew kopji ċċertifikati kollha għal seba’ snin għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju.
2. Il-laboratorji għandhom iżommu d-dokumenti ta’ sostenn oriġinali jew kopji ċċertifikati tad-dokumenti ta’ sostenn kollha marbuta mal-programm ta’ ħidma li jirċievi għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.
3. Id-dokumenti ta’ sostenn, li jservu ta’ xhieda għan-nefqa kollha msemmija fl-applikazzjoni għal rimborż, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fuq rikjesta.
Artikolu 8
Kontrolli
Għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
KAPITOLU II
ATTIVITAJIET TAL-LABORATORJI
Artikolu 9
Definizzjonijiet
L-attivitajiet tal-laboratorji huma definiti bħala dawk il-kompiti li jfeġġu mir-responsabbiltajiet tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Sessjoni ta’ ħidma hija definita bħala data għal laqgħa annwali ta’ informazzjoni u koordinazzjoni li għaliha l-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali kollha huma mistiedna mil-laboratorji.
Artikolu 10
Eliġibbiltà
1. L-infiq relatat ma’ dawn il-punti ta’ nfiq huwa eliġibbli fl-ambitu tal-programm ta’ ħidma tal-laboratorji:
(a) persunal dedikat għall-attivatijiet tal-laboratorju;
(b) sottokuntrattar;
(c) tagħmir kapitali;
(d) oġġetti konsumabbli;
(e) il-bgħit ta’ kampjuni għal testijiet komparattivi;
(f) missjonijiet;
(g) sessjonijiet ta’ ħidma li għalihom ikun ġie mistieden mill-anqas parteċipant wieħed minn kull Stat Membru;
(h) attivitajiet ta’ taħriġ;
(i) laqgħat;
(j) l-ispejjeż ġenerali.
2. In-nefqa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli fil-limiti ffissati fid-deċiżjoni finanzjarja annwali rilevanti u skont ir-regoli tal-eliġibbiltà ffissati fl-Annessi II u IV.
3. Il-laboratorji għandhom jippreżentaw talba bil-miktub lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha minn qabel, biex iżżid il-baġit ta’ xi wieħed mill-punti ta’ nfiq imsemmija fil-Paragrafu 1 b’aktar minn 10 % u bla ma jinqabżu l-ispejjeż eliġibbli totali stipulati fid-deċiżjoni finanzjarja annwali.
Artikolu 11
Il-preżentazzjoni tar-rapporti dwar il-programmi ta’ ħidma tal-laboratorji
1. Il-laboratorji għandhom jippreżentaw dawn ir-rapporti lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu tas-sena kalendarja “n + 2”:
(a) verżjoni stampata u verżjoni elettronika tar-rapport finanzjarju tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għas-sena kalendarja preċedenti li jkun tħejja skont l-Annessi III(a) u III(b);
(b) rapport tekniku tal-attivitajiet tagħhom, iċċertifikat mid-direttur tekniku tal-laboratorju.
2. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista’ titnaqqas mill-Kummissjoni jekk il-programm ta’ ħidma ma jkunx twettaq għalkollox jew ikun ġie mwettaq ħażin sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li għaliha jkun ġie approvat.
Artikolu 12
Ir-rati tal-kambju għal ħlasijiet f’munita oħra għajr l-euro
Għal rikjesti li jirrigwardjaw il-ħlasijiet tal-bilanċi sottomessi f’munita oħra għajr l-euro, il-Kummissjoni għandha tapplika l-ewwel rata tal-kambju ffissata f’Marzu tas-sena “n”, kif tkun inħarġet fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
▼M1 —————
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 18
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 huwa rrevokat.
Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija lil-laboratorji mill-2012 ‘il quddiem.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I(a)
(ara l-Artikolu 2(2))
Baġit stmat skont kull attività, f’EUR:
|
Spejjeż tal-persunal |
Sottokuntrattar |
Tagħmir kapitali |
Oġġetti konsumabbli |
Il-bgħit ta’ kampjuni għal testijiet komparattivi |
Missjonijiet |
Sessjonijiet ta’ ħidma |
Attivitajiet ta’ taħriġ |
Laqgħat |
|
|
Attività numru 1 |
|||||||||
|
Attività numru 2 |
|||||||||
|
Attività numru 3 |
|||||||||
|
Attività numru N |
|||||||||
|
Total |
ANNESS I(b)
(ara l-Artikolu 2(2))
Baġit stmat għall-infiq tal-laboratorji fir-rigward ta’ attivatijiet tal-Unjoni għas-sena kalendarja koperta minn dak il-baġit
Isem u indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE:
Numru tal-kont bankarju li fih l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas:
IMPORTANTI: L-ispejjeż kollha għandhom jiġu indikati f’EUR
1. PERSUNAL
|
Kategorija (1) |
Status (2) |
Salarju gross fix-xahar (3) |
Ħin iddedikat għall-programm ta’ ħidma (4) |
Spejjeż eliġibbli totali |
|
TOTAL: |
||||
|
(1) Din trid tkun speċifikata għal kull persuna involuta fil-proġett: Xjenzat superjuri, xjenzat subaltern, tekniku, eċċ. (2) Uffiċjal pubbliku, persunal b’kuntratt, eċċ. — għall-persunal b’kuntratt, indika d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt. (3) Is-salarju gross fix-xahar effettiv (tagħmilx użu minn skali ta’ ħlas), inklużi l-ispejjeż soċjali u spejjeż oħrajn li jidhru fir-rendikont tas-salarju. (4) Ikkalkulat fuq il-bażi ta’ referenza ta’ 220 jum ta’ xogħol/sena (20 jum ta’ xogħol/xahar). |
||||
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
2. SOTTOKUNTRATTAR
|
Deskrizzjoni |
Spiża mingħajr il-VAT |
VAT |
Spiża totali |
|
TOTAL: |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
3. TAGĦMIR KAPITALI
|
Deskrizzjoni |
Spiża mingħajr il-VAT |
VAT |
Spiża/valur totali |
Data tax-xiri jew kiri |
Data tal-kunsinja |
Perjodu ta’ diprezzament (36 jew 60 xahar) |
Il-perċentwali ta’ użu għall-programm ta’ ħidma |
Spiża ta’ diprezzament annwali |
|
|
2.1. Tagħmir li jrid jinkiseb matul il-perjodu kkonċernat |
|||||||||
|
2.2. Tagħmir miksub qabel il-perjodu kkonċernat |
|||||||||
|
TOTAL: |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
4. OĠĠETTI KONSUMIBBLI
|
Deskrizzjoni skont it-tip (1) |
Spiża mingħajr il-VAT |
VAT |
Spiża totali |
|
TOTAL: |
|||
|
(1) Eżempji: reaġenti, annimali għall-ittestjar, tagħmir żgħir għal-laboratorju, eċċ. |
|||
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
5. IL-BGĦIT TA’ KAMPJUNI GĦAL TESTIJIET KOMPARATTIVI
|
Deskrizzjoni |
Fornitur |
Spiża mingħajr il-VAT |
VAT |
Spiża totali |
|
TOTAL: |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
6. MISSJONIJIET
|
Deskrizzjoni |
Spejjeż tal-ivvjaġġar |
Spejjeż ta’ lukandi |
Kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum |
Total |
|
TOTAL: |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
7. SESSJONIJIET TA’ ĦIDMA
|
Spiża |
|
|
Spejjeż għall-ivvjaġġar tal-parteċipanti: |
|
|
Spejjeż ta’ lukandi: |
|
|
Kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum li għandu jitħallas lill-parteċipanti: |
|
|
TOTAL: |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
8. ATTIVITAJIET TA’ TAĦRIĠ
|
Spiża |
|
|
Spejjeż għall-ivvjaġġar tal-parteċipanti: |
|
|
Spejjeż ta’ lukandi: |
|
|
Kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum li għandu jitħallas lill-parteċipanti: |
|
|
TOTAL: |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
9. LAQGĦAT
|
Deskrizzjoni |
Spejjeż tal-ivvjaġġar |
Spejjeż ta’ lukandi |
Kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum |
Total |
|
TOTAL: |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
10. SPEJJEŻ ĠENERALI (OVERHEADS) U NEFQA TOTALI GĦALL-ATTIVITAJIET
|
Subtotal tal-punti ta’ nfiq elenkati fit-tabelli, fil-punti 1 sa 9 |
|
|
Spejjeż ġenerali: 7 % tas-subtotal |
|
|
NEFQA TOTALI: |
ANNESS II
Ir-regoli ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-infiq relatat ma’ persunal, sottokuntrattar, tagħmir kapitali, oġetti konsumibbli, il-bgħit ta’ kampjuni għat-testijiet komparattivi, missjonijiet, sessjonijiet ta’ ħidma, attivitajiet ta’ taħriġ, laqgħat u mal-ispejjeż ġenerali (overheads)
(ara l-Artikolu 10(2))
1. Persunal
L-ispejjeż tal-persunal, irrispettivament mill-istatus tal-persunal, għandhom jiġu limitati għall-ispejjeż tal-pagi effettivament imħallsa, jiġifieri r-remunerazzjoni, il-pagi, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-irtirar, lill-persunal speċifikament allokat, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma.
Il-ħin totali ta’ xogħol tal-persunal dedikat għall-programm ta’ ħidma għandu jiġi rreġistrat u ċċertifikat fuq bażi ta’ 220 jum ta’ xogħol/sena (20 jum ta’ xogħol/xahar). Ir-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni għandhom isiru mill-inqas darba f’xahar mill-kap maħtur tal-proġett jew minn membru superjuri awtorizzat tal-persunal tal-laboratorji.
2. Sottokuntrattar
Ir-rimborżi għandhom jissejsu fuq l-ispejjeż attwalment imġarrba.
3. Tagħmir kapitali
It-tagħmir mixtri, mikri fit-tul jew mikri għandu jkun eliġibbli bħala tip ta’ spejjeż diretti. L-ammont rimborsabbli għat-tagħmir mikri ma jistax jaqbeż l-ammont li bih it-tagħmir seta’ ġie mixtri. L-ispejjeż rimborsabbli għandhom jiġu kalkulati kif ġej:
|
A |
= |
il-perjodu ta’ xhur li fih it-tagħmir jiġi użat għall-programm ta’ ħidma, mid-data tal-konsenja |
|
B |
= |
il-perjodu ta’ diprezzament ta’ 60 xahar (36 xahar f’każ ta’ tagħmir ta’ kompjuters li jiswa inqas minn EUR 25 000) |
|
C |
= |
l-ispiża għat-tagħmir |
|
D |
= |
il-perċentwali ta’ użu tat-tagħmir għall-programm ta’ ħidma. |
Għal tagħmir kapitali li jiswa anqas minn EUR 3 000 tista’ tiġi ddikjarata l-ispiża kollha. Ma hemm l-ebda dipprezzament fuq tali tagħmir.
4. Oġġetti konsumabbli
Ir-rimborżi għandhom jissejsu fuq l-ispejjeż attwalment imġarrba.
L-infiq kollu l-ieħor għall-amministrazzjoni, l-ivvjaġġar għan-negozju li mhux għall-missjonijiet indikati fil-punt 6 u għas-servizzi segretarjali għandu jitqies li jiġi kopert taħt “Spejjeż ġenerali (overheads)” imsemmija fil-punt 10.
5. Il-bgħit ta’ kampjuni għal testijiet komparattivi
Ir-rimborż għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż attwalment imġarrba għall-bgħit tal-kampjuni għal testijiet komparattivi.
6. Missjonijiet
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ lukandi mġarrba mill-persunal tal-laboratorji għall-missjonijiet skedati msemmija fil-programm ta’ ħidma għandhom jiġu rimborżati, skont l-Anness IV. Il-kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum għandu jingħata skont l-anness IV.
7. Sessjonijiet ta’ ħidma
Infiq relatat mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż ta’ lukandi u l-kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum għal massimu ta’ 32 parteċipant fis-sessjonijiet ta’ ħidma għandu jkun eliġibbli fl-ambitu tal-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta’ ħidma.
Infiq ieħor addizzjonali relatat mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż ta’ lukandi u l-kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum għal massimu ta’ tliet kelliema mistiedna fis-sessjonijiet ta’ ħidma għandu jkun eliġibbli fl-ambitu tal-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta’ ħidma.
Infiq ieħor addizzjonali relatat mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż ta’ lukandi u l-kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum għal massimu ta’ għaxar rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi fis-sessjonijiet ta’ ħidma għandu jkun eliġibbli fl-ambitu tal-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta’ ħidma.
8. Attivitajiet ta’ taħriġ
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ lukandi mġarrba minn massimu ta’ 32 rappreżentant tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għal attivitajiet ta’ taħriġ stipulati fil-programm ta’ ħidma għandhom jiġu rimborżati skont l-Anness IV. Il-kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum għandu jingħata skont l-Anness IV.
9. Laqgħat
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ lukandi mġarrba minn massimu ta’ tmien esperti esterni (jiġifieri esperti li mhumiex membri tal-persunal tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE) għal laqgħat li jsiru fil-bini tal-laboratorji u skedati fil-programm ta’ ħidma għandhom jiġu rimborżati skont l-Anness IV. Il-kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum għandu jingħata skont l-Anness IV.
10. Spejjeż ġenerali
Kontribuzzjoni ta’ rata fissa ta’ 7 % tal-ispejjeż eliġibbli attwali, ikkalkulati abbażi tal-ispejjeż diretti kollha elenkati fil-punti 1 sa 9, għandha ssir b’mod awtomatiku.
ANNESS III(a)
(ara l-Artikolu 11(1)(a))
Rapport finanzjarju skont l-attività
Nefqa skont l-attività, f’EUR:
|
Spejjeż tal-persunal |
Sottokuntrattar |
Tagħmir kapitali |
Oġġetti konsumabbli |
Il-bgħit ta’ kampjuni għal testijiet komparattivi |
Missjonijiet |
Sessjonijiet ta’ħidma |
Attivitajiet ta’ taħriġ |
Laqgħat |
|
|
Attività numru 1 |
|||||||||
|
Attività numru 2 |
|||||||||
|
Attività numru N |
|||||||||
|
Total |
ANNESS III(b)
(ara l-Artikolu 11(1)(a))
Rapport finanzjarju ċċertifikat
Sena:
Numru ta’ referenza tad-deċiżjoni finanzjarja annwali:
Isem u indirizz tal-laboratorju:
Limitu fuq l-għajnuna finanzjarja annwali tal-Unjoni:
|
Kategorija tal-ispejjeż |
Baġit stmat |
Spejjeż iddikjarati |
|
1. Persunal |
||
|
2. Sottokuntrattar |
||
|
3. Tagħmir kapitali |
||
|
4. Oġġetti konsumabbli |
||
|
5. Il-bgħit ta’ kampjuni għal testijiet komparattivi |
||
|
6. Missjonijiet |
||
|
7. Sessjonijiet ta’ ħidma |
||
|
8. Attivitajiet ta’ taħriġ |
||
|
9. Laqgħat |
||
|
Subtotal |
||
|
10. Spejjeż ġenerali: 7 % tas-subtotal |
||
|
Total |
Ċertifikazzjoni mil-laboratorju:
Niċċertifikaw li:
— in-nefqa elenkata hawn fuq saret inkonnessjoni mal-attivitajiet tal-Unjoni ddefiniti fil-programm ta’ ħidma u kienet meħtieġa għat-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet tal-Unjoni,
— in-nefqa ġiet imġarrba verament, ġiet reġistrata b’eżattezza u hija eliġibbli skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2011,
— id-dokumenti kollha ta’ sostenn relatati man-nefqa huma disponibbli għall-finijiet ta’ spezzjoni,
— ma ġiet rikjesta ebda għajnuna finanzjarja oħra tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE fir-rigward tar-rapport finanzjarju ppreżentat,
— l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex il-fini jew l-effett li tipproduċi qligħ għall-benefiċjarju fir-rigward tar-rapport finanzjarju ppreżentat.
|
Data: |
Data: |
|
Isem id-Direttur Tekniku: |
Isem l-Uffiċjal Finanzjarju: |
|
Firma: |
Firma: |
Klassifikazzjoni skont il-kategorija
(f’EUR)
1. PERSUNAL
|
Isem il-persuna |
Kategorija |
Status |
Salarju gross fix-xahar |
Ħin iddedikat għall-programm ta’ ħidma (għadd ta’ ġranet) |
Spejjeż eliġibbli totali |
|
TOTAL: |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
2. SOTTOKUNTRATTAR
|
Deskrizzjoni |
Fornitur |
Spiża mingħajr il-VAT |
VAT |
Spiża totali |
|
TOTAL: |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
3. TAGĦMIR KAPITALI
|
Deskrizzjoni |
Spiża mingħajr il-VAT |
VAT |
Spiża/Valur totali |
Data tax-xiri jew tal-kiri |
Data tal-konsenja |
Perjodu ta’ diprezzament (36 jew 60 xahar) |
Il-perċentwali tal-użu għall- proġett |
Spiża ta’ diprezzament annwali |
|
|
2.1 Tagħmir miksub għall-finijiet tal-programm ta’ ħidma |
|||||||||
|
2.2 Tagħmir miksub qabel ma nbeda l-programm ta’ ħidma |
|||||||||
|
TOTAL |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
4. OĠĠETTI KONSUMIBBLI
|
Deskrizzjoni skont it-tip (1) |
Fornitur |
Spiża mingħajr il-VAT |
VAT |
Spiża totali |
|
TOTAL |
||||
|
(1) Klassifikazzjoni dettaljata hija meħtieġa |
||||
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
5. IL-BGĦIT TA’ KAMPJUNI GĦAL TESTIJIET KOMPARATTIVI
|
Deskrizzjoni |
Fornitur |
Spiża mingħajr il-VAT |
VAT |
Spiża totali |
|
TOTAL |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
6. MISSJONIJIET
|
Deskrizzjoni |
Spejjeż tal-ivvjaġġar |
Spejjeż ta’ lukandi |
Kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum |
Spiża totali |
|
TOTAL |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
7. SESSJONIJIET TA’ ĦIDMA
|
Spiża |
|
|
Spejjeż għall-ivvjaġġar tal-parteċipanti: |
|
|
Spejjeż ta’ lukandi: |
|
|
Kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum li għandu jitħallas lill-parteċipanti: |
|
|
TOTAL |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
8. ATTIVITAJIET TA’ TAĦRIĠ
|
Spiża |
|
|
Spejjeż għall-ivvjaġġar tal-parteċipanti: |
|
|
Spejjeż ta’ lukandi: |
|
|
Kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum li għandu jitħallas lill-parteċipanti: |
|
|
TOTAL |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
9. LAQGĦAT
|
Deskrizzjoni |
Spejjeż tal-ivvjaġġar |
Spejjeż ta’ lukandi |
Kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum |
Spiża totali |
|
TOTAL |
Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: … %
10. SPEJJEŻ ĠENERALI (OVERHEADS) U NEFQA TOTALI GĦALL-ATTIVITAJIET
|
Subtotal tal-punti ta’ nfiq elenkati fit-tabelli, fil-punti 1 sa 9 |
|
|
Spejjeż ġenerali: 7 % tas-subtotal |
|
|
NEFQA TOTALI: |
ANNESS IV
(ara l-Artikolu 10(2))
Ir-regoli tal-eliġibbiltà applikabbli għall-infiq relatat ma’ missjonijiet, sessjonijiet ta’ ħidma, attivitajiet ta’ taħriġ u laqgħat
I. SPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR
1. BILJETTI U SPEJJEŻ TAL-IVVJAĠĠAR
1.1. Regoli ġenerali
Il-parteċipanti għandhom jużaw l-aktar mezz ta’ trasport xieraq u kosteffiċjenti. Kemm jista’ jkun, għandu jintuża t-trasport pubbliku jew trasport kondiviż, b’kunsiderazzjoni, fost affarijiet oħra, tal-impatt fuq l-ambjent.
Kull vjaġġar jitqies li jibda mill-bini tal-laboratorji. Il-parteċipanti huma responsabbli direttament minn kull vjaġġ żejjed magħmul għal raġunijiet privati, inklużi tluq minn u/jew ritorni lejn kwalunkwe post ieħor, u għandhom jindikaw dawn it-tipi ta’ vjaġġi żejda u jħallsu l-ispejjeż eċċessivi involuti.
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba għall-parteċipazzjoni fis-sessjoni ta’ ħidma għandhom jiġu rimborżati esklussivament abbażi tal-aktar mezz ta’ trasport xieraq u kosteffiċenti bejn il-bini tal-laboratorji u l-post fejn tkun qed tiġi organizzata s-sessjoni ta’ ħidma.
Ir-rimborż isir b’kunsiderazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-laqgħat u għandu jissejjes fuq l-aqwa rati disponibbli fost ir-rati preferenzjali nnegozjati u nollijiet promozzjonali oħrajn disponibbli fis-suq.
1.2. Vjaġġar bil-ferrovija
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jiġu rrimborżati għal vjaġġ fl-ewwel klassi permezz tal-iqsar u l-irħas rotta.
1.3. Vjaġġar bl-ajru
(1) L-ivvjaġġar bl-ajru għandu jiġi bbukkjat, bl-irħas rati disponibbli, b’kunsiderazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-laqgħat:
(a) fil-klassi economy jew ekwivalenti;
(b) fil-klassi business jew ekwivalenti, jekk il-vjaġġ ikun jinkludi talanqas segment wieħed li jinvolvi almenu erba’ sigħat ta’ titjira kontinwa.
(2) Meta l-kundizzjonijiet tan-noll jirrikjedu li wieħed jalloġġja barra tul tmiem il-ġimgħa (Sunday rule), tista’ titħallas kumpens ta’ kuljum addizzjonali jekk kollox ma’ kollox dan ikun kosteffiċenti.
Il-parteċipanti għandhom jirrikjedu u jżommu mingħand l-aġenzija tal-ivvjaġġar approvata r-rati differenti disponibbli (inkluża/eskluża l-inklużjoni ta’ tmiem il-ġimgħa) biex tiddieħed l-aktar deċiżjoni kosteffiċenti. Madankollu, il-parteċipanti mhumiex obbligati li jqattgħu tmiem il-ġimgħa fil-post tas-sessjoni ta’ ħidma purament biex jittieħdu l-irħas arranġamenti tal-ivvjaġġar.
Il-biljetti użati, il-kartun tal-imbark oriġinali, u l-fatturi tal-lukandi għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni fuq rikjesta.
1.4. Vjaġġar bil-karozza għal raġunijiet professjonali
L-ivvjaġġar bil-karozza huwa awtorizzat jekk ikun kosteffiċenti meta mqabbel mal-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-ferrovija, partikolarment meta l-istess karozza jivvjaġġaw biha għadd ta’ parteċipanti.
L-ivvjaġġar bil-karozza privata għal raġunijiet professjonali huwa awtorizzat. Madankollu, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar marbut mad-distanza koperta għandu jiġi rimborżat sa massimu ta’ EUR 0,22/kull km.
1.5. Taksi — Ipparkjar — Pedaġġ — Trasport pubbliku (xarabank, tramm, metro)
Il-kumpens ta’ kuljum normalment titqies li tkopri l-ispejjeż kollha mġarrba mill-parteċipanti li jattendu sessjoni ta’ ħidma. L-ispejjeż konnessi mat-trasport pubbliku, nollijiet tat-taksi, pedaġġ u pparkjar mhumiex spejjeż eliġibbli għar-rimborż.
II. IL-KUMPENS TA’ KULJUM
Kalkolu
Il-kumpens ta’ kuljum għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
Tul tal-missjoni:
— sitt sigħat jew anqas: 20 % tal-kumpens ta’ kuljum u kwalunkwe spejjeż tal-ivvjaġġar abbażi ta’ dokumenti ta’ xhieda,
— aktar minn sitt sigħat izda mhux aktar minn tnax-il siegħa: nofs il-kumpens ta’ kuljum,
— aktar minn tnax-il siegħa izda mhux aktar minn tletin siegħa: il-kumpens ta’ kuljum,
— aktar minn tletin siegħa izda mhux aktar minn sitta u tletin siegħa: il-kumpens ta’ kuljum darba u nofs,
— aktar minn sitta u tletin siegħa izda mhux aktar minn erba’ u ħamsin siegħa: kumpens ta’ kuljum doppja,
— aktar minn erba’ u ħamsin siegħa izda mhux aktar minn sittin siegħa: il-kumpens ta’ kuljum darbtejn u nofs,
— aktar minn sittin siegħa izda mhux aktar minn tmienja u sebgħin siegħa: kumpens ta’ kuljum trippla,
— aktar minn tmienja u sebgħin siegħa izda mhux aktar minn erba’ u tmenin siegħa: il-kumpens ta’ kuljum tliet darbiet u nofs, u wieħed ikompli b’dan il-mod.
Metodu tal-kalkolu tat-tul
Is-sigħat li jitqiesu biex tinħadem il-kumpens ta’ kuljum huma:
— għall-ivvjaġġar bl-arju: inklużi sagħtejn qabel it-tluq tat-titjira u sagħtejn wara l-wasla tat-titjira,
— għall-ivvjaġġar bil-ferrovija: inklużi 0,5 siegħa qabel titlaq it-trejn u 0,5 siegħa wara li tasal it-trejn.
L-ispejjeż koperti
Il-kumpens ta’ kuljum għandha titħallas bħala ammont b’rata fissa u tqis li tkopri l-kolazzjon, żewġ ikliet ewlenin u l-affarijiet l-oħra kollha, il-mezzi tat-trasport kif jistipula l-punt 1,5 u l-ispejjeż tal-istrumenti tat-telekomunikazzjoni.
L-ammont tal-kumpens ta’ kuljum
L-ammont tal-kumpens ta’ kuljum għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu I tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1066/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006 li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2006 l-iskala applikabbli għall-missjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej fl-Istati Membri ( 5 ).
III. SPEJJEŻ TAL-LUKANDA
Il-limitu massimu għall-ispejjeż tal-lukanda għandu jinħadem skont l-Artikolu 1 tar-Regolamnet (KE, Euratom) Nru 1066/2006.
IV. OĦRAJN
Jekk l-għadd massimu ta’ parteċipanti ma jintlaħaqx, iżda minimu ta’ għoxrin parteċipant mil-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali jkunu attendew is-sessjoni ta’ ħidma jew l-attivitajiet ta’ taħriġ, il-Kummissjoni għandha taċċetta li massimu ta’ tliet parteċipanti mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni jistgħu jirċievu l-kumpens ta’ sussistenza ta’ kuljum, skont it-tul tal-attendenza tagħhom fis-sessjoni ta’ ħidma jew fl-attivitajiet ta’ taħriġ.
Il-Kummissjoni ma għandhiex tirrimborża l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ lukandi ta’ dawk it-tliet parteċipanti, sakemm is-sessjoni ta’ ħidma jew l-attivitajiet ta’ taħriġ ma jsirux f’belt differenti minn dik tal-laboratorju ta’ referenza.
Barra minn hekk, il-ħlas tat-tali kumpens ta’ sussistenza ta’ kuljum kif ukoll tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ lukandi għandu jsir biss meta l-għajnuna finanzjarja massima tal-Unjoni ma tinqabiżx.
▼M1 —————
( 1 ) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
( 2 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
( 3 ) ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.
( 4 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
( 5 ) ĠU L 194, 14.7.2006, p. 1.