|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2398 |
24.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2398
tal-24 ta’ Novembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1). |
|
(2) |
Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied entità waħda mal-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693. |
|
(3) |
Meta jitqies li l-entità li għandha tiżdied hija diġà soġġetta għal miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (2), jenħtieġ li l-miżuri restrittivi rilevanti skont id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 jiġu sospiżi għal dik l-entità sakemm il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/788/PESK japplikaw għaliha. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej: . “7. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(3) u (4), sa fejn japplikaw għall-entità ‘Allied Democratic Forces’, għandhom jiġu sospiżi sakemm il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (*1) japplikaw għal dik l-entità. (*1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/788/oj).”;" |
|
(2) |
l-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LØKKE RASMUSSEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25 ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1693/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/788/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “B. Gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3”:|
“8. |
Allied Democratic Forces.”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2398/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)