<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-76/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0076</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:139">EU:C:2018:139</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza taT-<DATE ISO="20180301">1.3.2018</DATE> – Kawża C‑76/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Petrotel-Lukoil u Georgescu</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180301">1 ta’ Marzu 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 30 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa interna</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 110 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa applikata għall-prodotti petroliferi esportati</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ riperkussjoni tat-taxxa fuq il-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Piż tat-taxxa sostnut mill-persuna taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors tas-somom imħallsa mill-persuna taxxabbli</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑76/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20170213">13 ta’ Frar 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SC Petrotel-Lukoil SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maria Magdalena Georgescu</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministerul Economiei,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministerul Energiei,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministerul Finanţelor Publice,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, E. Juhász, K. Jürimäe u C. Lycourgos (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal SC Petrotel-Lukoil SA, minn C. Vasile, M. Strîmbei u A. Barbu, avocați,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R. H. Radu kif ukoll minn L. Liţu u R. Mangu, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Clotuche-Duvieusart u L. Radu Bouyon, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 30 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn SC Petrotel-Lukoil SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Lukoil<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Maria Magdalena Georgescu minn naħa u l-Ministerul Economiei (il-Ministeru għall-Ekonomija, ir-Rumanija), il-Ministerul Energiei (il-Ministeru għall-Enerġija, ir-Rumanija) u l-Ministerul Finanţelor Publice (il-Ministeru għall-Finanzi Pubbliċi, ir-Rumanija) min-naħa l-oħra, dwar ir-rifjut tal-Ministeru għall-Ekonomija li jirrimborsa s-sommom f’daqqa mħallsa minn Lukoil għall-Fond Speċjali għall-prodotti petroliferi, stabbilit għall-irkupru ta’ dejn ta’ dik li kienet Compania Română de Petrol (il-Kumpannija Petrolifera Rumena, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>CRP<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Ordonanţa de urgenţă a Guvernului nr. 249/2000 privind constituirea şi utilizarea Fondului special pentru produse petroliere (id-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 249/2000 dwar l-istabbiliment u l-użu tal-Fond Speċjali għall-prodotti petroliferi, <HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 647, tat-<DATE ISO="20001212">12 ta’ Diċembru 2000</DATE>), kif emendat bil-Legea nr. 142/2006 pentru aprobarea Ordonanţei Guvernului nr. 53/2005 privind reglementarea unor măsuri financiare în domeniul bugetar şi al contabilităţii publice (il-Liġi Nru 142/2006 li tapprova d-Digriet tal-Gvern Nru 53/2005 dwar miżuri finanzjarji fil-qasam baġitarju u l-kontabbiltà pubblika) (iktar ’il quddiem l-OUG Nru 249/2000”), ħoloq il-Fond Speċjali għall-prodotti petroliferi sabiex iħallas l-obbligi finanzjarji kollha ta’ dik li kienet CRP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-Fond Speċjali għall-prodotti petroliferi huwa stabbilit billi tiġi inkluża somma f’daqqa f’[leu Rumen (RON)], ekwivalenti għal [dollari Amerikani (USD) 0.01 għal kull litru] bir-rata tal-kambju fis-seħħ fl-aħħar jum tax-xahar ta’ qabel il-kunsinna, fil-prezz tal-prodotti petroliferi kkunsinnati fis-swieq nazzjonali u barranin, petrol u diżil, miksuba minn produtturi jew iġġenerati minn proċess.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-OUG Nru 249/2000:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-Fond Speċjali għall-prodotti petroliferi, stabbilit skont l-Artikolu 1, huwa amministrat mill-Ministerul Industriei şi Comerţului [il-Ministeru għall-Industrija u għall-Kummerċ, ir-Rumanija] u għandu jintuża sabiex jitħallsu l-obbligi finanzjarji kollha ta’ dik li kienet [CRP].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-OUG Nru 249/2000 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-obbligazzjoni li jiġu kkalkolati u mħallsa s-somom li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 1 huwa tal-produtturi u r-raffinaturi li huma persuni ġuridiċi stabbiliti fir-Rumanija, indipendentement mill-forma tal-organizzazzjoni tagħhom, min-natura tal-kapital tagħhom u mid-destinazzjoni tal-prodotti tagħhom, li jikkorrespondu għall-kategorija ta’ użu u għat-tip ta’ utenti tal-prodott ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-OUG Nru 249/2000 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Is-somma f’daqqa inkluża fil-prezz tal-prodotti petroliferi msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan id-digriet tirrappreżenta piż fiskali li jista’ jitnaqqas.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Lukoil talbet lill-Ministeru għall-Ekonomija r-rimbors tas-somom li hija kienet ħallset fuq l-esportazzjonijiet ta’ prodotti petroliferi, skont l-OUG Nru 249/2000, bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20100331">31 ta’ Marzu 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20100524">24 ta’ Mejju 2010</DATE>, il-Ministeru għall-Ekonomija rrifjuta li jirrimborsa s-somom mitluba minn Lukoil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Għalhekk, Lukoil ippreżentat rikors quddiem il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija). Din il-kumpannija essenzjalment sostniet li l-imsemmija somom ma kellhomx jitħallsu mill-adeżjoni tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, fl‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, sa fejn il-ħlas tagħhom kien imur kontra l-Artikolu 30 TFUE peress li kienu jikkostitwixxu taxxa ta’ natura fiskali imposta unilateralment minn Stat Membru u miġbura fuq il-merkanzija li taqsam fruntiera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20111012">12 ta’ Ottubru 2011</DATE>, il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija) ċaħdet ir-rikors ta’ Lukoil. Din il-qorti ddeċidiet, fost oħrajn, li s-somma ta’ USD 0.01 għal kull litru inkluża fil-prezz tal-prodotti petroliferi kienet ikkalkolata għall-prodotti kkunsinnati kemm fir-Rumanija kif ukoll barra minn dan l-Istat Membru, b’tali mod li peress li s-somma ma kinitx dovuta fuq il-bażi tal-fatt li l-merkanzija taqsam il-fruntiera, it-taxxa inkwistjoni la kienet tikkostitwixxi dazju doganali fuq l-esportazzjoni u lanqas taxxa li għandha effett ekwivalenti, iżda kienet tikkostitwixxi taxxa interna. Hija żiedet tgħid li, anki jekk jiġi preżunt li t-taxxa stabbilita mill-OUG Nru 249/2000 tikkostitwixxi dazju doganali pprojbit mill-Artikolu 30 TFUE, it-talba ta’ Lukoil intiża sabiex din it-taxxa tiġi rrimborsata lilha hija infondata, fid-dawl tal-projbizzjoni ta’ arrikkiment indebitu, kif applikata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970114">14 ta’ Jannar 1997</DATE>, <NAME.CASE>Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑192/95 sa C‑218/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:12">EU:C:1997:12</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, skont il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija), is-somma inkwistjoni kienet inkluża, skont l-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000, fil-prezz tal-petrol u tad-diżil ikkunsinnati barra mir-Rumanija u għaldaqstant ma kinitx sostnuta mill-persuna li tikkunsinna l-prodotti petroliferi, iżda mix-xerrej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Lukoil appellat minn din is-sentenza tat-<DATE ISO="20111012">12 ta’ Ottubru 2011</DATE> quddiem l-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija). Din il-qorti annullat l-imsemmija sentenza u rrinvijat il-kawża quddiem il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija). Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20160125">25 ta’ Jannar 2016</DATE>, din il-qorti tal-aħħar ċaħdet ir-rikors ta’ Lukoil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija) qieset, abbażi ta’ perizja tal-kontabbiltà, li minkejja li kkalkolat u ħallset it-taxxa inkwistjoni lill-Istat, Lukoil ma kinitx żiedet is-somma f’daqqa ta’USD 0.01 għal kull litru mal-prezz tal-bejgħ tal-prodotti petroliferi li hija biegħet bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l‑<DATE ISO="20100331">31 ta’ Marzu 2010</DATE>, iżda kienet applikat tali somma għar-riżorsi tagħha stess. Minkejja din il-konstatazzjoni, din il-qorti ddeċidiet, madankollu, li Lukoil ma kinitx ipprovat li l-ħlas tal-imsemmija taxxa kien ikkawżalha preġudizzju. Fil-fatt, Lukoil kienet stabbilixxiet, fuq l-inizjattiva tagħha stess, sistema ta’ pagament li la kienet imputabbli lill-awtorità konvenuta u lanqas ma kienet ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-OUG Nru 249/2000. Għaldaqstant, l-imsemmija qorti ddeċidiet li Lukoil ma kellhiex dritt għar-rimbors mitlub, peress li t-taxxa kontenzjuża kienet tħallset abbażi, mhux ta’ dispożizzjonijiet li huma definittivament iddikkjarati illegali minħabba li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni, iżda ta’ mekkaniżmu li Lukoil innifisha kienet stabbilixxiet u li ma kienx previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Lukoil appellat mis-sentenza tal-<DATE ISO="20160125">25 ta’ Jannar 2016</DATE> quddiem l-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja). Din il-qorti tirrileva li t-taxxa kontenzjuża hija taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali, peress li għandha natura pekunjarja, hija imposta unilateralment mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u tolqot il-merkanzija fuq il-bażi tal-fatt li din taqsam il-fruntiera. Hija tindika li Lukoil talbet ir-rimbors tat-taxxi li hija ħallset bil-fondi tagħha stess bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20100331">31 ta’ Marzu 2010</DATE>. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma ddeċidiet, fir-rigward tal-Artikolu 30 TFUE, dwar il-kwistjoni jekk, fil-każ li l-persuna taxxabbli tkun effettivament ħallset taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali, hija tistax titlob ir-rimbors tas-somom imħallsa, anki jekk il-makkaniżmu ta’ ħlas tat-taxxa jkun ġie kkonċepit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod li l-imsemmija taxxa tgħaddi fuq il-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Înalta Curte de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 TFUE jipprekludu interpretazzjoni fis-sens li, fil-każ li l-persuna taxxabbli tkun effettivament ħallset it-taxxa b’effett ekwivalenti, din tkun tista’ titlob il-ħlas lura tas-somom imħallsa f’dan is-sens anki jekk il-mekkaniżmu ta’ ħlas tat-taxxa jkun ġie kkonċepit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod li t-taxxa tgħaddi fuq il-konsumatur Ewropew?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-ħlas lura tas-somom imħallsa bħala taxxa b’effett ekwivalenti, fil-każ li dawn ikunu effettivament tħallsu mill-persuna taxxabbli (u ma jkunux ġew ittrasferiti fuq il-konsumatur), huwa kompatibbli mad-dritt Komuitarju?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 30 TFUE, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-persuna taxxabbli, li effettivament ħallset taxxa li għandha effett ekwivalenti u li tmur kontra dan l-artikolu, għandha tkun tista’ tikseb ir-rimbors tas-somom li ħallset abbażi ta’ dan, anki f’sitwazzjoni fejn il-mekkaniżmu ta’ ħlas tat-taxxa jkun ġie kkonċepit, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’tali mod li din it-taxxa tgħaddi fuq il-konsumatur.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-fatt li qorti nazzjonali fformulat, fuq livell formali, id-domanda preliminari tagħha billi rreferiet għal ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lil din il-qorti l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, sew jekk hija għamlitx riferiment għalihom jew le meta ressqet id-domandi tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet mill-informazzjoni kollha li tkun ipprovditilha l-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti tal-liġi tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091027">27 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>ČEZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑115/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:660">EU:C:2009:660</NO.ECLI> punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Essent Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑492/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:732">EU:C:2016:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-qorti tar-rinviju tindika li t-taxxa prevista mill-OUG Nru 249/2000 hija taxxa li għandha effett ekwivalenti, fis-sens tal-Artikolu 30 TFUE. Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, b’risposta għat-talba ta’ rimbors minn Lukoil, il-Ministeru għall-Ekonomija kien allega li din it-taxxa la kienet dazju doganali u lanqas taxxa li għandha effett ekwivalenti, iżda taxxa interna, u l-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest), qorti li tiddeċiedi dwar il-mertu fil-kawża prinċipali, ikkonfermat din il-konklużjoni fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20111012">12 ta’ Ottubru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub, il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni Ewropea jqisu wkoll li t-taxxa prevista mill-OUG Nru 249/2000 tikkostitwixxi taxxa interna, fis-sens tal‑Artikolu 110 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn il-kontestazzjonijiet, qabel ma tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, din il-qorti għandha tiġi pprovduta għaldaqstant bl-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li huma utli dwar il-klassifikazzjoni legali tal-imsemmija taxxa taħt id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Kull piż finanzjarju, anki jekk minimu, impost unilateralment, irrispettivament minn kif huwa msejjaħ u l-mod ta’ kif jiġi applikat, u li jolqot il-merkanzija minħabba l-fatt li din taqsam fruntiera, meta dan ma huwiex dazju doganali fil-veru sens tal-kelma, jikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti. Min-naħa l-oħra, piż finanzjarju li jirriżulta minn sistema ġenerali ta’ taxxa interna li tinkludi sistematikament, skont l-istess kriterji oġġettivi, kategoriji ta’ prodotti irrispettivament mill-oriġini jew mid-destinazzjoni tagħhom jaqa’ taħt l-Artikolu 110 TFUE li jipprojbixxi t-taxxi interni li huma diskriminatorji (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060615">15 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Air Liquide Industries Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑393/04 u C‑41/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:403">EU:C:2006:403</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Essent Netwerk Noord <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:413">EU:C:2008:413</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Taxxa li tolqot, abbażi ta’ kriterji identiċi, lill-prodotti nazzjonali li huma kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali u dawk li huma esportati tista, madankollu tiġi pprojbita mit-Trattat FUE meta d-dħul minn din it-taxxa huwa intiż sabiex jiffinanzja attivitajiet li jibbenefikaw b’mod partikolari lill-prodotti nazzjonali kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali każ, tista’ tirriżulta diskriminazzjoni kontra l-prodotti esportati, sa fejn il-piż fiskali li jolqot il-prodotti kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali huwa nnewtralizzat minn vantaġġi li huwa jservi sabiex jiffinanzja, filwaqt li dak li jolqot il-prodotti esportati jirrappreżenta piż nett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020423">23 ta’ April 2002</DATE>, <NAME.CASE>Nygård</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:244">EU:C:2002:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060608">8 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Koornstra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑517/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:375">EU:C:2006:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jekk il-vantaġġi li jirriżultaw mill-użu tad-dħul mit-taxxa, li tagħmel parti minn sistema ġenerali ta’ taxxi interni u li tolqot sistematikament lill-prodotti nazzjonali kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali u dawk esportati, jikkumpensaw totalment għall-piż sostnut mill-prodott nazzjonali kkummerċjalizzat fuq is-suq nazzjonali matul t-tqegħid fis-suq tiegħu, din it-taxxa tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali, li tmur kontra l-Artikoli 28 u 30 TFUE. Min-naħa l-oħra, tali taxxi tikkostitwixxi ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 110 TFUE jekk il-vantaġġi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan id-dħul mit-taxxa fuq il-prodotti nazzjonali kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali jikkumpensaw parzjalment biss il-piż sostnut minnhom. F’dan il-każ, it-taxxa miġbura fuq il-prodotti nazzjonali esportati, li bħala prinċipju hija legali, għandha tkun ipprojbita sa fejn hija tikkumpensa għall-imsemmi piż u għandha titnaqqas b’mod proporzjonat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060608">8 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Koornstra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑517/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:375">EU:C:2006:375</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex ikun applikat b’mod utli u korrett, il-kriterju ta’ kumpens jippresupponi li tkun ivverifikata, matul perijodu ta’ referenza, l-ekwivalenza finanzjarja bejn l-ammonti globalment miġbura fuq il-prodotti nazzjonali kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali abbażi tat-taxxa inkwistjoni u l-vantaġġi li minnhom jibbenefikaw dan il-prodotti b’mod esklużiv. Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li l-prodotti nazzjonali kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali ma jkollhomx, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, profitt esklużiv jew proporzjonalment ikbar mill-prodotti nazzjonali esportati, mid-dħul tat-taxxa kontenzjuża, li jista’ jikkumpensa totalment jew parzjalment il-piż li tikkostitwixxi din it-taxxa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060608">8 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Koornstra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑517/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:375">EU:C:2006:375</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-OUG Nru 249/2000 stabbilixxiet il-Fond Speċjali għall-prodotti petroliferi, maħluq għall-irkupru tad-dejn ta’ dik li kienet CRP u ffinanzjat mill-kontribuzzjoni tal-produtturi u r-raffinaturi kollha tal-prodotti petroliferi (petrol u diżil)<?PAGE NO="6"?> stabbiliti fir-Rumanija. Konformement mal-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000, dawn il-persuni taxxabbli huma obbligati jinkludu, fil-prezz tal-prodotti li huma jikkunsinnaw kemm fuq is-suq nazzjonali kif ukoll barra mir-Rumanija, somma f’daqqa ta’ USD 0.01 għal kull litru ta’ prodott petroliferu kkummerċjalizzat. Skont l-Artikolu 5 tal-OUG Nru 249/2000, l-obbligu li jiġu kkalkolati u mħallsa s-somom li jirriżultaw minn dan, huwa tal-produtturi u tar-raffinaturi li huma persuni ġuridiċi stabbiliti fir-Rumanija, indipendentement mid-destinazzjoni tal-prodotti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, jekk it-taxxa prevista fl-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000 fil-fatt tikkostitwixxi piż finanzjarju, impost unilateralment, u li jolqot il-merkanzija, hija madankollu ma tidhirx, fid-dawl tal-provi prodotti fil-punt preċedenti, li tkun dovuta abbażi tal-qsim ta’ fruntiera. Fil-fatt, din it-taxxa tapplika bl-istess mod, bl-istess rata u fl-istess stadju kemm fuq il-prodotti petroliferi kkunsinnati fis-suq Rumen kif ukoll fuq dawn ikkunsinnati fi Stat Membru ieħor. Il-fatt li jagħti lok għat-taxxa prevista fl-imsemmi Artikolu 1 jidher għaldaqstant li huwa l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti petroliferi, sew jekk dan iseħħ ġewwa r-Rumanija u sew jekk fi Stat Membru ieħor. Din it-taxxa tapplika għaldaqstant, indipendentement mill-fatt li l-prodotti petroliferi kkonċernati jaqsmu l-fruntiera Rumena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmija taxxa tista’ tikkostitwixxi taxxa interna mhux diskriminatorja, li hija kumpatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha xorta tivverifika jekk l-użu tad-dħul minn din l-istess taxxa ma jiffavorixxix lill-prodotti petroliferi nazzjonali kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali, peress li d-deċiżjoni tagħha ma tinkludi ebda prova dwar dan is-suġġett. Fil-fatt, il-fatt li t-taxxa prevista fl-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000 isservi sabiex jitħallas id-dejn ta’ dik li kienet CRP ma jistax, waħdu, jipperemetti li tiġi eliminata b’mod definittiv l-ipoteżi li d-dħul minn din it-taxxa huwa intiż sabiex jiffinanzja attivitajiet li jibbenefikaw esklużivament jew parzjalment lil dawn il-prodotti għad-detriment tal-prodotti nazzjonali esportati lejn Stati Membri oħrajn li ma humiex ir-Rumanija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Jekk minn dawn il-verifiki jirriżulta li d-dħul mit-taxxa prevsita fl-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000 ma jagħtix vantaġġ lill-prodotti nazzjonali kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali, din it-taxxa tkun tista’ tikkostitwixxi taxxa interna legali. Jekk jirriżulta li huwa jagħtihom vantaġġ parzjali jew sal-punt li jikkumpensa totalment għall-piż, dan jista’ jkun jew, fl-ewwel każ, taxxa interna diskriminatorja li tmur kontra l-Artikolu 110 TFUE, jew, fit-tieni każ, taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali li tmur kontra l-Artikolu 30 TFUE. Għaldaqstant, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li twettaq il-verifiki neċessarji sabiex tiddetermina n-natura tat-taxxa prevista fl-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000 u l-kumpatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Wara li saru dawn il-kjarifiki, fil-każ li din hija taxxa li għandha effett ekwivalenti, li tmur kontra l-Artikolu 30 TFUE, hemm lok li tingħata risposta għall-kwistjoni tad-dritt għal rimbors kif ifformulata mill-ġdid fil-punt 16 tas-sentenza preżenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dritt għal rimbors</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li d-dritt li jinkiseb rimbors ta’ taxxi miġbura fi Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni huwa l-konsegwenza u żieda mad-drittijiet mogħtija lill-persuni taxxabbli mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, hekk kif ġew interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, Stat Membru huwa, fil-prinċipju, obbligat jirrimborsa t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali konformement mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831109">9 ta’ Novembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>San Giorgio</NAME.CASE>, <NO.CASE>199/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:318">EU:C:1983:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970114">14 ta’ Jannar 1997</DATE>, <NAME.CASE>Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑192/95 sa C‑218/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:12">EU:C:1997:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:834">EU:C:2013:834</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, b’eċċezzjoni għall-prinċipju tar-rimbors ta’ taxxi li huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-ħlas lura ta’ taxxa indebitament miġbura tista’ tiġi rrifjutata meta din twassal għal arrikkiment indebitu tal-aventi kawża. Il-protezzjoni tad-drittijiet iggarantiti f’dan il-qasam mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni ma titlobx ir-rimbors ta’ imposti, dazji u taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni meta jiġi stabbilit li l-persuna meħtieġa li tħallas dawn id-dazji effettivament għaddiethom fuq persuni oħra (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831109">9 ta’ Novembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>San Giorgio</NAME.CASE>, <NO.CASE>199/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:318">EU:C:1983:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970114">14 ta’ Jannar 1997</DATE>, <NAME.CASE>Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑192/95 sa C‑218/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:12">EU:C:1997:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:540">EU:C:2011:540</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali ċirkustanzi, il-ħlas tat-taxxa indebitament miġbura ma kienx sostnut mill-operatur iżda mix-xerrej li fuqu ġiet ittrasferita t-taxxa. Għaldaqstant, ir-rimbors lill-operatur tal-ammont tat-taxxa li huwa diġà ġabar mix-xerrej, ikun ekwivalenti għal ħlas doppju għall-imsemmi operatur li jista’ jiġi kklassifikat bħala arrikkiment indebitu mingħajr madankollu ma jkunu rrimedjati l-konsegwenzi tal-illegalità tat-taxxa għax-xerrej (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970114">14 ta’ Jannar 1997</DATE>, <NAME.CASE>Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑192/95 sa C‑218/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:12">EU:C:1997:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:540">EU:C:2011:540</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li tali rifjut għal rimbors ta’ taxxa imposta fuq il-bejgħ ta’ prodotti huwa limitazzjoni għal dritt suġġettiv li jirriżulta mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv. Għaldaqstant, ir-riperkussjoni diretta tat-taxxa li ma kinitx dovuta fuq ix-xerrej tikkostitwixxi l-unika eċċezzjoni għad-dritt għal rimbors tat-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:540">EU:C:2011:540</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, huwa paċifiku li, bil-kontra ta’ dak li jipprevedi l-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000, Lukoil ma għaddietx it-taxxa prevista f’dan l-artikolu fuq il-konsumatur tal-prodotti petroliferi li hija tikkummerċjalizza. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-punt jekk f’sitwazzjoni fejn il-mekkaniżmu ta’ ħlas ta’ din it-taxxa jkun ġie kkonċepit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’tali mod li l-imsemmija taxxa tiġi mgħoddija fuq il-konsumatur, Lukoil tistax xorta waħda jkollha dritt għal rimbors tas-somom li hija ħallset.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, sa fejn Lukoil ħallset l-ammont tat-taxxa prevista fl-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000, ir-rimbors ta’ dan l-ammont ma jinvolvi ebda arrikkiment indebitu ta’ din il-kumpannija. F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li l-unika eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ rimbors tat-taxxi li huma inkompatibbli mad-dirtt tal-Unjoni aċċettata mill-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex preżenti fil-każ ineżami, Lukoil hija intitolata għar-rimbors tat-taxxa li hija ħallset, jekk din tiġi kklassifikata bħala taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali. Il-ksur possibbli tal-obbligu, li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li t-taxxa inkwistjoni tgħaddi fuq il-prezz finali tal-prodott ikkonċernat huwa irrilevanti f’dan ir-rigward. Fil-fatt, id-dritt għar-rimbors ta’ din it-taxxa, li toriġina mid-dritt tal-Unjoni, ma jistax jiġi rrifjutat għal raġuni bbażata fuq id-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat li Lukoil għandha wkoll dritt għal rimbors, anki jekk parzjali, tat-taxxa li hija ħallset taħt l-Artikolu 1 tal-OUG Nru 249/2000 fil-każ li l-qorti tar-rinviju tikkonstata, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 21 sa 25 tas-sentenza preżenti, li t-taxxa prevista f’dan l-artikolu hija taxxa interna diskriminatorja li tmur kontra l-Artikolu 110 TFUE. F’dan il-każ, dan id-dritt għal rimbors jikkonċerna d-differenza bejn il-piż tat-taxxa sostnut mill-prodotti kkummerċjalizzati fuq is-suq tal-Unjoni u l-piż tat-taxxa sostnut mill-prodotti kkummerċjalizzati fuq is-suq nazzjonali, fejn it-taxxa tal-aħħar tieħu debitament kont tal-vantaġġi li dawn il-prodotti bbenefikaw minnhom b’mod esklużiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 30 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna taxxabbli, li effettivament ħallset it-taxxa li għandha effett ekwivalenti u li tmur kontra dan l-artikolu,<?PAGE NO="8"?> għandha tkun tista’ tikseb ir-rimbors tas-somom imħallsa minnha f’dan is-sens anki f’sitwazzjoni fejn il-mekkaniżmu ta’ ħlas tat-taxxa kien ikkonċepit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’tali mod li t-taxxa tgħaddi fuq il-konsumatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 30 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna taxxabbli, li effettivament ħallset it-taxxa li għandha effett ekwivalenti u li tmur kontra dan l-artikolu, għandha tkun tista’ tikseb ir-rimbors tas-somom imħallsa minnha f’dan is-sens anki f’sitwazzjoni fejn il-mekkaniżmu ta’ ħlas tat-taxxa kien ikkonċepit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’tali mod li t-taxxa tgħaddi fuq il-konsumatur.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>