Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0821 - 0821
B. L-IMMANNIĠĠJAR TA' L-ISKART 31994 L 0062: Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġu l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10). B'deroga mill-Artikolu 6(1)(a) u (b) tad-Direttiva 94/62/KE, sal- 31 ta' Diċembru 2005 Ċipru għandu jilħaq il-miri ta' l-irkuprar u tar-riċiklaġġ għall-materjal li ġej li jintuża fl-imballaġġ skond il-miri intermedji li ġejjin: - riċiklaġġ tal-plastik: 10 % tal-piż sad-data ta' l-adeżjoni u minimu ta' 15 % għas-sena 2004; - riċiklaġġ tal-karta/kartun: 11 % tal-piż sad-data ta' l-adeżjoni, u 14 % għas-sena 2004; - rata globali tar-riċiklaġġ: 12 % tal-piż sad-data ta' l-adeżjoni u minimu ta' 15 % għas-sena 2004; - rata globali ta' l-irkuprar: 35 % tal-piż sad-data ta' l-adeżjoni u 41 % għas-sena 2004. --------------------------------------------------