4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Frar 2008

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 li tistabbilixxi l-kumitat konsultattiv għall-programm tal-fużjoni

(2008/182/Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari r-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (1), li jikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ soċjetà msejsa fuq l-għarfien, abbażi taż-Żona Ewropea ta’ Riċerka,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għal riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2007-2011) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7.2 tiegħu li jipprovdi li għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat konsultattiv, kif ukoll li għall-aspetti relatati mal-fużjoni, il-kompożizzjoni ta’ dan il-kumitat u r-regoli dettaljati tat-tħaddim u l-proċeduri applikabbli għalih għandhom ikunu kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 li tistabbilixxi l-Kumitat konsultattiv għall-programm tal-fużjoni (CCE-FU) (3),

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni 2005 u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980 u b’mod partikolari l-paragrafu 14 tiegħu li jistipula sistema tal-voti fis-CCE-FU,

Billi:

(1)

Is-CCE-FU għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu permezz ta’ sistema piżata ta’ voti f’dak li jirrigwarda l-§5.g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980, biex “jiddefinixxi azzjonijiet prijoritarji bil-ħsieb li jiġi allokat appoġġ preferenzjali” .

(2)

Fil-21 ta’ Marzu 2007, is-CCE-FU unanimament irrakkomanda li jaġġorna s-sistema piżata tal-voti li għandha tkun applikata fi ħdan il-kumitat imsemmi fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980, meta jittratta aspetti relatati mal-fużjoni, sabiex jiġu inklużi d-drittijiet tal-vot ta’ l-Istati Membri l-ġodda wara l-adeżjoni tagħhom.

(3)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, issa huwa f’loku li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980, tiġi emandata kif ġej,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Fil-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1980, l-aħħar żewġ sentenzi għandhom jinbidlu bit-test i ġej:

“Opinjonijiet relatati mal-punt (g) tal-paragrafu 5 għandhom jiġu adottati permezz tas-sistema piżata tal-voti li ġejja:

Il-Belġju

2

Il-Bulgarija

2

Ir-Repubblika Ċeka

2

Id-Danimarka

2

Il-Ġermanja

5

L-Estonja

1

Il-Greċja

2

Spanja

3

Franza

5

L-Irlanda

2

L-Italja

5

Ċipru

1

Il-Latvja

1

Il-Litwanja

2

Il-Lussemburgu

1

L-Ungerija

2

Malta

1

L-Olanda

2

L-Awstrija

2

Il-Polonja

3

Il-Portugall

2

Ir-Rumanija

2

Is-Slovenja

1

Is-Slovakkja

2

Il-Finlandja

2

L-Iżvezja

2

Ir-Renju Unit

5

L-Iżvizzera

2

Total

64

Għall-adozzjoni ta’ opinjoni, il-maġġoranza rikjesta għandha tkun 33 vot favur minn talanqas ħmistax-il delegazzjoni.”

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)   ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60. Ikkoreġut bil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 21.

(2)   ĠU L 400, 30.12.2006, p. 404. Ikkoreġut bil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 139.

(3)  Mhux ippubblikat, imma emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/336/Euratom (ĠU L 108, 29.4.2005, p. 64).