29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8623 — Borealis/OTPP/SSE/Maple)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 327/05)

1.

Fit-18 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Borealis Smart Holdings BV (in-Netherlands), li tappartjeni għal Borealis European Holdings BV u kkontrollata minn Omers Administration Corporation (il-Kanada);

—

Ontario Limited (il-Kanada), li tappartjeni għall-Ontario Teachers’ Pension Plan Board (il-Kanada);

—

SSE Maple Limited (ir-Renju Unit), li tappartjeni għal SSE plc (ir-Renju Unit);

—

Maple TopCo Limited (ir-Renju Unit).

SSE plc (“SSE”), l-Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”), u Borealis European Holdings BV (“Borealis”) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta; Maple Topco Limited (“Maple”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt ta’ tmexxija jew kwalunkwe mezzi oħrajn.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Borealis hija maniġer ta’ Omers Administration Corporation (“Omers”). Omers hija l-amministratur tal-Ontario Municipal Employees Retirement System Primary Pension Plan;

—

SSE hija kumpanija tal-enerġija b’operazzjonijiet fir-Renju Unit u l-Irlanda;

—

l-OTPP huwa l-amministratur tal-akbar pjan ta’ pensjonijiet għal professjoni waħda tal-Kanada;

—

Maple hija attiva fil-provvista ta’ assi tal-meters għall-fornituri tal-enerġija fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li rr-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8623 — Borealis/OTPP/DRE/Maple

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.