Official Journal L 015 , 20/01/2000 P. 0001 - 0001
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim mar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-istabbiliment tad-drittijiet u l-obbligi bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa 'l waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, fl-oqsma ta' l-acquis ta' Schengen li japplika għal dawn l-Istati (2000/29/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll, anness mat-Trattat ta' Amsterdam lit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea; IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu uniku Il-Ftehim mar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar it-twaqqif tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa 'l waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, f'oqsma ta' l-acquis ta' Schengen li japplika għal dawn l-Istati qiegħed b'dan jiġi approvat. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta' Ġunju 1999. Għall-Kunsill Il-President M. Naumann --------------------------------------------------