|
1.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/62 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/853
tal-31 ta’ Mejju 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-frott tal-Momordica charantia L., li joriġina mill-Honduras, mill-Messiku, mis-Sri Lanka u mit-Tajlandja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskju, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 (3) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal dawk il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
|
(3) |
Wara valutazzjoni preliminari tar-riskju, il-frott tal-Momordica L. li joriġina minn pajjiżi terzi jew minn żoni ta’ pajjiżi terzi fejn hu magħruf li jeżisti t-Thrips palmi Karny u fejn hemm nuqqas ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni effettivi għal dak il-pest, ġie inkluż fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 bħala pjanti ta’ riskju għoli. |
|
(4) |
Fit-13 ta’ Novembru 2019, il-Messiku ressaq talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-frott tal-Momordica charantia L. Dik it-talba kienet appoġġata mid-dossier tekniku rispettiv. |
|
(5) |
Fis-27 ta’ Novembru 2019, il-Honduras, is-Sri Lanka u t-Tajlandja ressqu talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-frott tal-Momordica charantia L. It-talbiet tagħhom kienu sostnuti bid-dossier tekniku rispettiv. |
|
(6) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2020, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjonijiet xjentifiċi rigward il-valutazzjoni tar-riskju ta’ komodità tal-frott tal-Momordica charantia L. li joriġina mill-Messiku (4), mill-Honduras (5), mis-Sri Lanka (6) u mit-Tajlandja (7). It-Thrips palmi Karny kien l-uniku pest ta’ tħassib analizzat f’dawk l-opinjonijiet. L-Awtorità evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji deskritti fid-dossiers għal dak il-pest u stmat il-probabbiltà tal-ħelsien mill-pest. |
|
(7) |
Abbażi ta’ dawk l-opinjonijiet, ir-riskju fitosanitarju li jirriżulta mill-introduzzjoni tal-frott tal-Momordica charantia L. mill-Honduras, mill-Messiku, mis-Sri Lanka u mit-Tajlandja fl-Unjoni jista’ jiġi indirizzat permezz ta’ rekwiżiti fitosanitarji tal-importazzjoni sabiex jiġi żgurat li dak ir-riskju jitnaqqas għal livell aċċettabbli u jinżamm hekk. Għalhekk jenħtieġ li l-frott tal-Momordica charantia L. li joriġina minn dawk il-pajjiżi jitneħħa mil-lista ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019. |
|
(8) |
Il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji applikati mis-Sri Lanka huma meqjusa biżżejjed biex ir-riskju fitosanitarju li jirriżulta mill-introduzzjoni fl-Unjoni tal-frott tal-Momordica charantia L. li joriġina minn dak il-pajjiż jinżamm f’livell aċċettabbli. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji proposti mill-Honduras, mill-Messiku u mit-Tajlandja fid-dossiers mhumiex biżżejjed, fihom innifishom, biex inaqqsu r-riskju fitosanitarju li jirriżulta mill-introduzzjoni fl-Unjoni tal-frott tal-Momordica charantia L. li joriġina minn dawk il-pajjiżi għal livell aċċettabbli. Għalhekk jenħtieġ li l-importazzjoni fl-Unjoni tal-frott tal-Momordica charantia L. li joriġina minn dawk il-pajjiżi jissodisfa rekwiżiti speċifiċi tal-importazzjoni: jenħtieġ li dak il-frott joriġina minn żona ħielsa mill-pesti, jew minn sit tal-produzzjoni bi protezzjoni fiżika sħiħa, jew minn sit tal-produzzjoni fejn ikunu ttieħdu diversi miżuri dwar il-produzzjoni, it-trattament u l-ispezzjoni ta’ dak il-frott. |
|
(10) |
Għaldaqstant, peress li l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (8) jelenka t-Thrips palmi Karny bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni u l-punt 71 tal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi rekwiżiti speċjali tal-importazzjoni għall-frott tal-Momordica L. li joriġina mill-pajjiżi terzi kollha, jenħtieġ li fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jiżdiedu r-rekwiżiti speċifiċi tal-importazzjoni għall-frott tal-Momordica charantia L. li joriġina mill-Honduras, mill-Messiku, mis-Sri Lanka u mit-Tajlandja. |
|
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2018/2019 u (UE) 2019/2072 jiġu emendati skont dan. |
|
(12) |
Għall-konformità mal-obbligi tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji (9), l-importazzjoni tal-frott tal-Momordica charantia L. li joriġina mill-Honduras, mill-Messiku, mis-Sri Lanka u mit-Tajlandja jenħtieġ li tissokta fl-iqsar żmien possibbli. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072
L-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti b’riskju għoli, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 7).
(4) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2021. Scientific Opinion on the Commodity risk assessment of Momordica charantia fruits from Mexico. EFSA Journal 2021;19(2):6398, 37 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6398
(5) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2021. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Momordica charantia fruits from Honduras. EFSA Journal 2021;19(2):6395, 34 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6395
(6) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2021. Commodity risk assessment of Momordica charantia fruits from Sri Lanka. EFSA Journal 2021;19(2):6397, 35 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6397
(7) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2021. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Momordica charantia fruits from Thailand. EFSA Journal 2021;19(2):6399, 33 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6399
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(9) Il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Applikazzjoni ta’ Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (il-Ftehim SPS), https://www.wto.org/english/tratop_e/sps_e/spsagr_e.htm.
ANNESS I
Fit-Tabella tal-punt 3 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, it-test fit-tieni kolonna, “Deskrizzjoni”, huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-Momordica L., għajr il-frott tal-Momordica charantia L. li joriġina mill-Honduras, mill-Messiku, mis-Sri Lanka u mit-Tajlandja”
ANNESS II
L-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
Il-punt 71 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(b) |
Il-punt 71.1 li ġej jiddaħħal bejn il-punti 71 u 72:
|
(1) ISPM 31. Methodologies for sampling of consignments (fao.org)