Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, p. 1).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.