<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-615/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0615</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:9">EU:C:2020:9</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bobek – Kawża C‑615/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Staatsanwaltschaft Offenburg</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20200116">16 ta’ Jannar 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑615/18</HT></P><P>UY</P><P>Partijiet magħquda:</P><P>Staatsanwaltschaft Offenburg</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Qorti Distrettwali ta’ Kehl, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2012/13/UE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni ta’ liċenzja tas-sewqan</KEYWORD><KEYWORD>Ħatra mandatorja ta’ mandatarju awtorizzat jirċievi notifika</KEYWORD><KEYWORD>Negliġenza tal-konvenut</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’Lulju 2017, sewwieq b’residenza permanenti fil-Polonja kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Ġermanja. Fuq talba tal-Prosekutur, huwa ħatar mandatarju awtorizzat li jirċievi notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji f’ismu fil-Ġermanja: persuna magħżula minn fost il-persunal ġudizzjarju tal-qorti lokali kompetenti. Sussegwentement inħareġ digriet ta’ kundanna kontra s-sewwieq minħabba li naqas milli jieqaf wara l-inċident tat-traffiku, bl-impożizzjoni ta’ multa u projbizzjoni tas-sewqan għal tliet xhur. Id-digriet ta’ kundanna ġie nnotifikat lill-mandatarju awtorizzat, li għaddieh permezz ta’ ittra lis-sewwieq fil-Polonja. Ma huwiex magħruf jekk is-sewwieq fil-fatt irċeviex din l-ittra. L-ebda appell mid-digriet ta’ kundanna ma ġie ppreżentat. Dan sar finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Wara spezzjoni oħra fit-triq fil-Ġermanja ftit xhur wara, is-sewwieq ġie interċettat huwa u jsuq vann waqt li l-projbizzjoni tas-sewqan imposta preċedentement kienet għadha fis-seħħ. Konsegwentement, tressqu proċeduri kriminali kontrih talli saq vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dan is-sett ta’ fatti jqajjem żewġ kwistjonijiet legali fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri. L-ewwel waħda tikkonċerna n-notifika fl-ewwel sett tal-proċeduri kriminali: l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE> dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 142, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, li jistabbilixxi d-dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha digriet ta’ kundanna maħruġ kontra persuna li ma hijiex residenti fl-Istat Membru inkwistjoni jkollu saħħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> ġimagħtejn wara n-notifika tal-mandatarju awtorizzat, fejn il-konvenut ma ġiex mgħarraf bid-digriet? It-tieni kwistjoni tikkonċerna l-impatt li n-notifika (in-nuqqas tagħha) fl-ewwel sett ta’ proċeduri kriminali għandha fuq it-tieni: l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fejn persuna li tirresjedi barra<?PAGE NO="2"?> tiġi suġġetta għal digriet ta’ kundanna li ma ġietx mgħarrfa bih, in-nuqqas preċedenti ta’ din il-persuna li tipprova tiskopri dwar l-eżitu tal-proċeduri mill-mandatarju awtorizzat jista’ jitqies li jikkostitwixxi negliġenza min-naħa tagħha, li potenzjalment tesponiha għal proċeduri kriminali ulterjuri?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-premessi 27 u 28 tad-Direttiva 2012/13 jipprevedu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(27)</NO.P><TXT>Persuni akkużati li wettqu reat kriminali għandhom jingħataw kull informazzjoni meħtieġa dwar l-akkuża biex tgħinhom iħejju d-difiża tagħhom u sabiex tiġi ssalvagwardjata l-ġustizzja tal-proċeduri.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>L-informazzjoni provduta lis-suspettati jew lill-persuni akkużati dwar ir-reat kriminali li huma jkunu ssuspettati jew akkużati li kkommettew għandha tingħata fil-pront, u mhux aktar tard minn qabel l-ewwel intervista uffiċjali tagħhom mill-pulizija jew awtorità kompetenti oħra, u mingħajr ma jippreġudika l-kors tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/13 jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni u jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Din id-Direttiva tapplika minn meta l-persuni jiġu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu reat sa ma jiġu fi tmiemhom il-proċeduri, jiġifieri meta tintlaħaq deċiżjoni finali dwar jekk is-suspettat jew il-persuna akkużata tkunx wettqet ir-reat kriminali jew le, inkluż, fejn applikabbli, l-għoti tas-sentenza u r-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe appell.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2012/13 dwar id-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati jingħataw fil-pront informazzjoni dwar tal-anqas id-drittijiet proċedurali li ġejjin, kif dawn japplikaw taħt il-liġi nazzjonali, sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv ta’ dawk id-drittijiet:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>id-dritt li l-persuna tkun informata bl-akkuża, f’konformità mal-Artikolu 6;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2012/13 dwar id-dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati tingħatalhom informazzjoni dwar l-att kriminali li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu. Dik l-informazzjoni għandha tingħata fil-pront u bid-dettal meħtieġ sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-Paragrafu 44 tas-Strafgesetzbuch (il-Kodiċi Kriminali, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>StGB<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk persuna tkun ġiet ikkundannata għal piena ta’ priġunerija jew multa għal reat li wettqet b’rabta mas-sewqan ta’ vettura bil-mutur jew bi ksur tad-dmirijiet ta’ sewwieq ta’ vettura bil-mutur, il-qorti tista’ tipprojbixxiha milli ssuq kwalunkwe tip ta’ vettura bil-mutur, jew xi tip speċifiku, fit-toroq pubbliċi għal perijodu ta’ bejn xahar u tliet xhur. Projbizzjoni tas-sewqan għandha tipikament tiġi imposta f’każijiet ta’ kundanna skont l- Paragrafi 315c(1) Nru 1(a), (3), jew l- Paragrafu 316 jekk ma jkun hemm l-ebda irtirar tal-permess għas-sewqan skont l- Paragrafu 69.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Projbizzjoni tas-sewqan għandha tidħol fis-seħħ meta s-sentenza ssir finali. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-Paragrafu 44 tas-Strafprozessordnung, (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>StPO<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Jekk persuna nżammet milli tosserva terminu mingħajr ħtija tagħha, għandha tiġi rreintegrata fid-drittijiet tagħha fuq rikors. Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata tar-rimedju ta’ appell ma għandhiex titqies nuqqas jekk l-istruzzjonijiet skont l-ewwel u t-tieni sentenza tal-Paragrafu 35a, it-tielet sentenza tal-Paragrafu 319(2), jew it-tielet sentenza tal-Paragrafu 346(2), ma jkunux ingħataw.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-Paragrafu 45 tas-StPO jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rikors għar-reintegrazzjoni fid-drittijiet għandu jiġi ppreżentat fil-qorti fejn it-terminu suppost ikun ġie osservat sa ġimgħa wara li r-raġuni għal nuqqas ta’ konformità ma tibqax tapplika. Sabiex jiġi osservat it-terminu, huwa suffiċjenti li r-rikors jiġi ppreżentat fil-ħin fil-qorti li għandha tiddeċiedi dwar ir-rikors.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-fatti li jiġġustifikaw ir-rikors għandhom jiġu ssostanzjati fil-mument li r-rikors jiġi ppreżentat, jew waqt il-proċeduri li jirrigwardaw ir-rikors. L-att mhux magħmul għandu sussegwentement jitwettaq fit-terminu għall-preżentata tar-rikors. Fejn dan isir, ir-reintegrazzjoni tista’ wkoll tingħata mingħajr preżentata ta’ rikors.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-Paragrafu 132(1) tas-StPO jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="132.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk il-persuna akkużata li hija serjament issuspettata li wettqet reat kriminali ma għandhiex domiċilju fiss jew residenza skont il-ġurisdizzjoni territorjali ta’ din il-liġi, iżda r-rekwiżiti sabiex jinħareġ mandat ta’ arrest ma humiex issodisfatti, huwa possibbli li jiġi ordnat, sabiex jiġi żgurat l-iżvolġiment tal-proċeduri kriminali, li l-persuna akkużata</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>tagħti garanzija xierqa li tkopri l-multa mistennija u l-ispejjeż ġudizzjarji, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>tagħti mandat lil persuna residenti fil-ġurisdizzjoni tal-qorti kompetenti sabiex tirċievi n-notifiki.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Paragrafu 407 tas-StPO jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="407.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Fi proċeduri quddiem l-imħallef tal-qorti kriminali u fi proċeduri fil-ġurisdizzjoni ta’ qorti b’imħallfin professjonisti, il-konsegwenzi legali tar-reat jistgħu, f’każ ta’ kontravenzjonijiet, jiġu imposti, fuq rikors bil-miktub tal-prosekutur, b’digriet kriminali bil-miktub mingħajr seduta prinċipali. Il-prosekutur għandu jippreżenta tali rikors jekk ma jikkunsidrax li hija neċessarja seduta prinċipali minħabba l-eżitu tal-investigazzjonijiet. Ir-rikors għandu jirreferi għal konsegwenzi legali speċifiċi. Ir-rikors għandu jikkostitwixxi t-tressiq tal-akkużi kriminali pubbliċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="407.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Digriet kriminali jista’ jimponi biss il-konsegwenzi legali tar-reat segwenti, jew weħidhom jew flimkien:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>multa, ammonizzjoni, projbizzjoni tas-sewqan, revoka, konfiska, distruzzjoni, rendiment ta’ xi ħaġa f’waħda li tistax tintuża, tħabbir tad-deċiżjoni, u impożizzjoni ta’ multa regolatorja kontra persuna ġuridika jew assoċjazzjoni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>l-irtirar tal-permess għas-sewqan, fejn il-projbizzjoni ma taqbiżx sentejn,</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="407.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti ma għandhiex tkun meħtieġa tagħti lill-persuna akkużata seduta preċedenti (il-Paragrafu 33(3)).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-Paragrafu 410 tas-StPO:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="410.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna akkużata tista’ tikkontesta d-digriet ta’ kundanna billi tippreżenta, f’terminu ta’ ġimagħtejn min-notifika tiegħu, oppożizzjoni quddiem il-qorti li tat id-digriet ta’ kundanna, bil-miktub jew verbalment mar-Reġistru. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="410.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-oppożizzjoni tista’ tkun limitata għal ċerti punti ta’ lment.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="410.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk digriet ta’ kundanna ma jiġix ikkontestat fit-terminu preskritt, huwa jikseb in-natura ta’ sentenza bis-saħħa ta’ res judicata.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20170821">21 ta’ Awwissu 2017</DATE>, l-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen, il-Ġermanja) ħarġet digriet ta’ kundanna kontra l-persuna akkużata, sewwieq professjonali b’residenza permanenti fil-Polonja, minħabba li naqas milli jieqaf wara inċident tat-traffiku. Is-sanzjonijiet imposti kienu multa u projbizzjoni tas-sewqan ta’ tliet xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-ġurnata li fiha wettqet dan ir-reat, fil-<DATE ISO="20170711">11 ta’ Lulju 2017</DATE>, fuq it-talba tal-Prosekutur, il-persuna akkużata tat lil uffiċjal tal-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen) l-awtorità li jirċievi notifika f’isimha. Il-formola bl-għoti tal-awtorità li wieħed jirċievi notifika kienet bil-Ġermaniż, iżda membru tal-familja tal-persuna akkużata ttraduċihielha fuq it-telefown. Il-formola inkludiet l-isem u l-indirizz uffiċjali tal-uffiċjal maħtur bħala l-mandatarju awtorizzat, u nota li t-termini legali bdew jiddekorru mid-data tan-notifika lill-mandatarju awtorizzat. Il-formola ma inkludietx dettalji oħra dwar il-konsegwenzi legali u fattwali ta’ din l-awtorità li wieħed jirċievi notifika, partikolarment dwar xi dmir tal-persuna akkużata li tagħmel xi mistoqsijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE>, id-digriet ta’ kundanna ġie nnotifikat, bi traduzzjoni bil-Pollakk, lill-mandatarju awtorizzat. Dan il-mandatarju bagħat id-digriet ta’ kundanna fl-indirizz magħruf tal-persuna akkużata fil-Polonja bil-posta normali. Skont il-qorti tar-rinviju, ma huwiex magħruf jekk il-persuna akkużata irċeviex id-digriet ta’ kundanna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, minħabba li ma ġie ppreżentat l-ebda appell, id-digriet ta’ kundanna akkwista s-saħħa ta’ res judicata. Għaldaqstant, il-projbizzjoni tas-sewqan daħlet fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20171214">14 ta’ Diċembru 2017</DATE>, waqt li l-projbizzjoni tas-sewqan kienet għadha fis-seħħ, l-akkużat kien suġġett ta’ spezzjoni fit-triq mill-pulizija waqt li kien qiegħed isuq vann fi triq pubblika f’Kehl, il-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, l-Amtsgericht Kehl (il-Qorti Distrettwali ta’ Kehl, il-Ġermanja), il-qorti tar-rinviju, għandha tiddeċiedi dwar rakkomandazzjoni magħmula mis-Staatsanwaltschaft Offenburg (il-Prosekutur ta’ Offenburg, il-Ġermanja) sabiex toħroġ digriet ta’ kundanna ulterjuri kontra l-persuna akkużata għar-reat ta’ sewqan b’mod negliġenti ta’ vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan u sabiex timponilha multa ta’ 40 multa kuljum ta’ EUR 50 il-waħda, kif ukoll projbizzjoni tas-sewqan addizzjonali ta’ tliet xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tassumi li, sal-ispezzjoni tal-pulizija fl-<DATE ISO="20171214">14 ta’ Diċembru 2017</DATE>, il-persuna akkużata ma kinitx taf bid-digriet ta’ kundanna u, għaldaqstant, bil-projbizzjoni tas-sewqan. Fid-dawl ta’ dan, b’dubji dwar jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-akkużat hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, din il-qorti għażlet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2012/13 kif ukoll l-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza, matul proċeduri kriminali, sempliċement abbażi tal-fatt li l-akkużat ma huwiex iddomiċiljat f’dak l-Istat iżda fi Stat Membru ieħor, li l-akkużat jiġi ordnat jaħtar mandatarju awtorizzat jirċievi notifika ta’ digriet ta’ kundanna indirizzat lilu, bil-konsegwenza li dan id-digriet ta’ kundanna jkollu saħħa ta’ res judicata u għalhekk jagħti lok għall-kundizzjoni legali ta’ responsabbiltà kriminali għal azzjoni futura min-naħa tal-akkużat (effett ta’ awtorità) anki jekk l-akkużat ma kellux għarfien tad-digriet ta’ kundanna u jekk ma jistax jiġi żgurat li l-akkużat ikollu għarfien tiegħu bl-istess mod li kien ikun il-każ li kieku d-digriet ta’ kundanna ġie nnotifikat lill-akkużat kieku kien iddomiċijat f’dak l-Istat Membru?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2012/13 kif ukoll l-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza, matul proċeduri kriminali, sempliċement abbażi tal-fatt li l-akkużat ma huwiex iddomiċiljat f’dak l-Istat iżda fi Stat Membru ieħor, li l-akkużat jiġi ordnat jaħtar mandatarju awtorizzat jirċievi notifika ta’ digriet ta’ kundanna indirizzat lilu, bil-konsegwenza li dan id-digriet ta’ kundanna jkollu saħħa ta’ res judicata u għalhekk jagħti lok għall-kundizzjoni legali ta’ responsabbiltà kriminali għal azzjoni futura min-naħa tal-akkużat (effett ta’ awtorità) u, fid-dawl tal-fatt li l-akkużat irid jiżgura li jkollu għarfien tad-digriet ta’ kundanna, huwa jkun suġġett għal obbligi suġġettivi matul il-prosekuzzjoni ta’ dak ir-reat kriminali li huma iktar stretti minn dawk li kien ikun suġġett għalihom li kieku kien iddomiċiljat f’dak l-istat Membru, bil-konsegwenza li l-akkużat jista’ jkun suġġett għal proċeduri kriminali minħabba negliġenza?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Dawn il-partijiet ippreżentaw ukoll argumenti orali fis-seduta tas-<DATE ISO="20191016">16 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet huma strutturati kif ġej. L-ewwel ser neżamina żewġ kwistjonijiet preliminari ta’ dritt applikabbli (A). Sussegwentement ser nindirizza d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju (B) u nagħlaq b’diversi rimarki finali dwar l-isfond leġiżlattiv iktar wiesa’ lil hinn mill-konfini ta’ din il-kawża (C).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Rimarki preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2012/13 u/jew id-dispożizzjonijiet tat-Trattat?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fid-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tinvoka, minn naħa waħda, id-Direttiva 2012/13 u, min-naħa l-oħra, l-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE. Sa fejn id-Direttiva 2012/13 hija kkonċernata, il-kwistjonijiet potenzjali ta’ kompatibbiltà huma identifikati b’mod ċar fit-talba għal deċiżjoni preliminari, inkluża l-ġurisprudenza rilevanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:686">EU:C:2015:686</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Covaci<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tranca <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-124/16, C-188/16 u C-213/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:228">EU:C:2017:228</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Tranca<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</P></NOTE> u diskussjoni dwar (in-nuqqas ta’) l-applikabbiltà tagħha għal din il-kawża. Għall-kuntrarju, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu huma biss iċċitati fid-domandi. Ma hemm l-ebda spjegazzjoni jew diskussjoni fid-deċiżjoni tar-rinviju dwar kif u għalfejn huma rilevanti għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni transkonfinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tirriżulta fi kwistjonijiet ta’ diskriminazzjoni indiretta potenzjali kontra l-persuna akkużata, fid-dawl tas-sistemi differenti għan-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji lil persuni li jirresjedu fil-Ġermanja u lil persuni li jirresjedu barra. B’mod simili, jista’ jiġi previst li l-ftuħ ta’ proċeduri kriminali kontra sewwieq barrani minħabba li saq bi ksur ta’ projbizzjoni tas-sewqan li dwarha ma kienx mgħarraf seta’ jammonta għal ostakolu għall-moviment liberu tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Id-dritt primarju jibqa’ applikabbli u rilevanti, anki fid-dawl ta’ dispożizzjonijiet iktar speċifiċi tad-dritt sekondarju. Ara reċentement, fil-kuntest ta’ liċenzji tas-sewqan u l-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu u dawk dwar in-nondiskriminazzjoni tat-Trattat u d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="403" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 403, p. 18</REF.DOC.OJ>), sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>I</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-195/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:815">EU:C:2017:815</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Madankollu, l-ebda kwistjoni ta’ din in-natura ma hija identifikata jew imqajma fit-talba għal deċiżjoni preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Bil-kwistjoni fattwali tal-istatus professjonali tal-persuna akkużata bħala l-punt tat-tluq u l-kjarifika riżultanti ta’ liema dispożizzjonijiet tat-Trattat ikunu fil-fatt applikabbli għaliha (jekk hux dawk dwar il-ħaddiema, dwar l-istabbiliment jew dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi).</P></NOTE>. Minflok, il-kawża ġiet inkwadrata mill-qorti tar-rinviju u diskussa mill-partijiet interessati f’dawn il-proċeduri biss bħala kontinwazzjoni tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Covaci u Tranca<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara iktar ’il fuq, nota ta’ qiegħ il-paġna 3.</P></NOTE>, u li għaldaqstant tirrigwarda d-Direttiva 2012/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’kuntrast mas-sitwazzjoni li fiha qorti tar-rinviju tidentifika problemi fattwali u legali iżda tonqos milli ddaħħalhom taħt id-dispożizzjoni xierqa tad-dritt tal-Unjoni, li hija fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrimedja billi tapplika dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma ġietx identifikata mill-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Bl-applikazzjoni tal-prinċipju li <HT TYPE="ITALIC">iura (Europaea) novit Curia (Europaea)</HT> - ara f’dan is-sens, pereżempju, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Betriu Montull</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-5/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:571">EU:C:2013:571</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, l-oppost, fil-fehma tiegħi, ma huwiex possibbli. Ma huwiex l-irwol tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivvinta fatti u kwistjonijiet possibbli mhux identifikati mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Jiena għaldaqstant ser nikkunsidra li din il-kawża tirrigwarda biss il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/13 u, konsegwentement, bħala kontinwazzjoni tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Covaci u Tranca. Jiena ser madankollu nirritorna għal kwistjonijiet iktar wisgħin imqajma minn din il-kawża fit-taqsima tal-għeluq ta’ dawn il-konklużjonijiet (C).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ din il-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Dik li tagħmel din il-kawża differenti mill-kawżi li rriżultaw fis-sentenzi ta’ Covaci u Tranca hija l-eżistenza ta’ żewġ settijiet marbuta ma’ xulxin iżda formalment distinti ta’ proċeduri (kriminali). F’Covaci u Tranca, id-digrieti ta’ kundanna inkwistjoni nħarġu fil-kuntest tal-istess proċedura kriminali li waqtha kien allegatament seħħ il-ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, f’din il-kawża, hemm żewġ settijiet ta’ proċeduri kriminali: wieħed quddiem l-Amtsgericht Garmisch-Partenkirchen (il-Qorti Distrettwali ta’ Garmisch-Partenkirchen), li kienet tirrigwarda n-nuqqas tal-persuna milli tieqaf wara inċident tat-traffiku, u l-ieħor quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Amtsgericht Kehl (il-Qorti Distrettwali ta’ Kehl), li jirrigwarda l-fatt li l-persuna akkużata saqet vettura bi ksur tal-projbizzjoni tas-sewqan imposta fuqha fit-tmiem tal-ewwel sett ta’ proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Dawn iċ-ċirkustanzi jirriżultaw f’żewġ tipi ta’ kwistjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/13 b’mod ċar japplikaw għat-tieni sett ta’ proċeduri kriminali: dawk li bħalissa għadhom pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju. Madankollu, jista’ forsi jkun hemm xi dubju rigward l-ewwel proċeduri, li ma għadhomx pendenti. Fil-fatt, dawn il-proċeduri kienu, tal-inqas fil-prinċipju, formalment magħluqa meta d-digriet ta’ kundanna, li ma ġiex ikkontestat fi żmien ġimagħtejn, akkwista s-saħħa ta’ res judicata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Dan huwa marbut mat-tieni kwistjoni. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2012/13 jistabbilixxi d-dritt li tiġi informat fil-pront bl-akkuża kriminali sabiex tiġi ssalvagwardjata l-korrettezza tal-proċeduri u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża. Preċiżament xi tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>informazzjoni dwar l-akkuża<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fir-rigward ta’ (it-tieni) sett ta’ proċeduri li għadhom għaddejjin? Ma hemm l-ebda problema evidenti bl-informazzjoni dwar l-akkuża fit-tieni sett ta’ proċeduri kriminali, minħabba li ma ġiex issuġġerit li l-persuna akkużata ma tafx b’xiex qiegħda tiġi akkużata issa u, konsegwentement, li ma tistax teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha. Il-problema vera hija fil-fatt bin-notifika (il-kwalità tagħha) tad-digriet ta’ kundanna fl-ewwel sett ta’ proċeduri kriminali. Iżda jista’ jkun hemm xi diffikultà intellettwali fil-kwalifika tal-kwistjoni bħala nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-akkuża fi (it-tieni) sett ta’ proċeduri kriminali pendenti bħalissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ma jistax jinħeba l-fatt li hija ftit esaġerazzjoni li l-assenza potenzjali ta’ notifika effettiva ta’ kundanna kriminali preċedenti titqies rilevanti għall-informazzjoni dwar l-akkuża f’sett ta’ proċeduri kriminali sussegwenti u konness, u li għalhekk dan jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13. Dan l-artikolu forsi ġie kkunsidrat bħala applikabbli għal tipi differenti ta’ komunikazzjoni, iżda ċertament għall-istess proċeduri kriminali. Madankollu, xorta jista’ jkun possibbli li din il-kwistjoni tiġi indirizzata b’dan il-mod, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-punti segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, skont l-Artikolu 2, id-Direttiva 2012/13 tapplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>minn meta l-persuni jiġu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu reat sa ma jiġu fi tmiemhom il-proċeduri, jiġifieri meta tintlaħaq deċiżjoni finali dwar jekk is-suspettat jew il-persuna akkużata tkunx wettqet ir-reat kriminali jew le, inkluż, fejn applikabbli, l-għoti tas-sentenza u r-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe appell<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ikkunsidrat b’mod wiesa’ ma jistax jiġi interpretat bħala li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva dawk is-sitwazzjonijiet li fihom deċiżjoni potenzjalment finali tkun ittieħdet, iżda l-proċedura sussegwentement tinfetaħ mill-ġdid skont id-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>F’din il-kawża, skont il-Paragrafu 44 tas-StPO.</P></NOTE>. L-Artikolu 2 ma jistax, fih innifsu, jiġi interpretat li jimponi xi dmir li proċedura tinfetaħ mill-ġdid. Iżda, jekk il-possibbiltà li l-proċedura tinfetaħ mill-ġdid hija prevista mid-dritt nazzjonali, ladarba din tiġi skattata, din is-sitwazzjoni tidħol mill-ġdid fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2012/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mid-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara speċjalment il-premessi 3, 8 u 41 tad-Direttiva 2012/13.</P></NOTE> u l-formulazzjoni nnifisha tal-Artikolu 2, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe appell<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’. It-terminu jista’ għalhekk jinkludi proċeduri ta’ appell li jistgħu jiġu kkwalifikati f’ordinament ġuridiku nazzjonali bħala straordinarji jew speċjali. Jiena nżid ukoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>deċiżjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, strettament, ma hijiex finali meta titqiegħed f’dubju fi proċedura sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>It-tieni nett, kif diġà ġie ddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja f’Covaci<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Covaci, punt 20.</P></NOTE>, il-proċedura li wasslet għall-ħruġ ta’ digriet ta’ kundanna hija waħda speċifika, issimplifikata. Kif huwa wkoll evidenti mill-Paragrafu 407 tas-StPO<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Riprodott iktar ’il fuq fil-punt 12 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, għal kull għan prattiku, huwa probabbli li l-mument li fih persuna ssuspettata tiġi informata bis-sħiħ dwar l-akkuża huwa fil-fatt il-mument li fih hija tirċievi d-digriet ta’ kundanna, li, jekk ma jiġix ikkontestat, isir immedjatament kundanna finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fejn id-dritt nazzjonali jipprevedi l-possibblità li l-magna kriminali tinbeda mill-ġdid, kif jidher li huwa l-każ fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2012/13 issir applikabbli mill-ġdid malli l-proċedura terġa’ tinbeda. Dan għandu jkun il-każ, a fortiori, fix-xenarju speċifiku ta’ proċedura kriminali ssimplifikata, li fih passi proċedurali differenti jistgħu eventwalment jingħaqdu f’wieħed, permezz ta’ dik li hija, fil-fatt, akkuża formali mhix ikkontestata li ssir sentenza finali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt (ta’ persuni mhux residenti) li jiġu informati bl-akkuża</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 14 u l-Artikolu 1, id-Direttiva 2012/13 tistabbilixxi regoli dwar id-dritt għal informazzjoni tal-persuni ssuspettati jew akkużati, rigward id-drittijiet tagħhom fi proċeduri kriminali u l-akkuża kontrihom. Kif speċifikat fil-premessa 40, id-Direttiva 2012/13 tintroduċi standards minimi, u għaldaqstant tippermetti lill-Istati Membri sabiex jipprovdu lill-persuni ssuspettati u akkużati livell ogħla ta’ protezzjoni. Għall-kuntrarju, l-Istati Membri ovvjament ma humiex liberi li jidderogaw minn dawn l-istandards minimi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Covaci</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-216/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:305">EU:C:2015:305</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li għandhom jikkorrispondu, minn tal-inqas, għal dawk iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif interpretata mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-premessa 41 tad-Direttiva 2012/13, u b’mod ġenerali l-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2012/13 hija strument maħsub sabiex iġib ir-riżultati: hija tintroduċi numru ta’ drittijiet li għandhom jiġu ggarantiti lil persuni ssuspettati jew akkużati. Madankollu, l-Istati Membri huma mogħtija diskrezzjoni wiesgħa dwar il-mod li bih jingħata effett lil dawn id-drittijiet fl-ordinamenti ġuridiċi rispettivi tagħhom. Huwa għalhekk għall-Istati Membri, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, sabiex jadottaw regoli ddettaljati għal dan l-għan, filwaqt li jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-ekwivalenza u effettività.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Covaci u Tranca</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali huma wkoll validi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13, li diġà ġew eżaminati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Covaci u fi Tranca, wara erba’ talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa minn diversi qrati tal-ewwel istanza Ġermaniżi. F’dawn is-sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li d-Direttiva 2012/13 ma tirregolax il-metodi li permezz tagħhom l-informazzjoni dwar l-akkuża għandha tiġi kkomunikata lill-persuna ssuspettata jew akkużata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, f’dan is-sens, Covaci, punt 62 u Tranca, punt 37.</P></NOTE>. Huwa għaldaqstant għall-Istati Membri sabiex jirregolaw il-kwistjoni sakemm, madankollu, dawn iż-żewġ kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti. L-ewwel nett, dawn il-metodi ma jistgħux iċaħħdu l-Artikolu 6 mill-effettività tiegħu, u għaldaqstant imorru kontra l-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2012/13<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, f’dan is-sens, Covaci, punt 63, u Tranca, punt 38.</P></NOTE>. It-tieni nett, dawn il-metodi ma jistgħux jiddiskriminaw kontra persuni ssuspettati jew akkużati li jirresjedu barra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, f’dan is-sens, Covaci, punt 65, u Tranca, punt 40.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fl-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, l-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li Stat Membru jista’, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, jirregola b’mod differenti n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji lil persuni li jirresjedu fit-territorju tiegħu u n-notifika ta’ dawn id-dokumenti lil persuni li jirresjedu barra. Għal dan l-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja ma oġġezzjonatx għal leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni, li timponi, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, fuq il-persuna akkużata li ma tirrisjedix f’dan l-Istat Membru li tinnomina mandatarju awtorizzat għall-finijiet tan-notifika ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, f’dan is-sens, Covaci, punt 68.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat ukoll li, f’dawn is-sitwazzjonijiet, it-terminu sabiex tiġi kkontestata d-deċiżjoni ġudizzjarja jista’ jibda jiddekorri mill-mument meta d-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-mandatarju awtorizzat, u mhux mill-mument meta l-persuna akkużata fil-fatt issir taf biha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan is-sens, Tranca, punt 41 u 42.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li tali differenza fit-trattament ma għandhiex timmina l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża tal-persuna ssuspettata jew akkużata, u lanqas ma għandha tqegħidha f’sitwazzjoni fejn, de facto, hija ma tistax tibbenefika mit-terminu kollu għal oppożizzjoni kontra d-deċiżjoni ġudizzjarja inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, f’dan is-sens, Covaci, punt 67, u Tranca, punti 45 u 46.</P></NOTE>. Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni l-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li, għalkemm din il-leġiżlazzjoni pprovdiet li t-terminu ta’ oppożizzjoni għad-digriet ta’ kundanna jibda jiddekorri min-notifika tad-digriet lill-mandatarju awtorizzat, din tippermetti wkoll lil din il-persuna tapplika għar-reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha meta ssir taf b’dan id-digriet. Dan il-mekkaniżmu jippermetti lill-persuna akkużata tibbenefika mit-terminu sħiħ ta’ ġimagħtejn sabiex tippreżenta oppożizzjoni għal dan id-digriet. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huma l-qrati tar-rinviju li għandhom jinterpretaw il-liġi nazzjonali, b’mod partikolari l-proċedura ta’ reintegrazzjoni fid-drittijiet u l-kundizzjonijiet li huwa suġġetti għalihom l-eżerċizzju ta’ din il-proċedura, b’mod konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan is-sens, Tranca, punti 48 u 49.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni konsistenti u l-eżitu f’din il-kawża.</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni mqajma f’dawn il-proċeduri hija essenzjalment jekk il-prinċipji indikati hawn fuq humiex applikabbli wkoll fil-kawża inkwistjoni. Fi kliem ieħor, il-mistoqsija hija jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, jekk interpretata f’konformità mad-Direttiva 2012/13, tiggarantixxix protezzjoni adegwata tad-dritt għal informazzjoni dwar akkuża kriminali lil persuni li ma jirrisjedux fl-Istat Membru fejn l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni jitwettqu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż isostni li, preċiżament bħal f’Covaci u Tranca, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha titqies kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni minħabba li tista’ tiġi interpretata b’mod li jiżgura l-konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13. Dan il-gvern jindika li digriet ta’ kundanna li jakkwista s-saħħa ta’ res judicata (mal-iskadenza tat-terminu għall-oppożizzjoni, wara li jkun ġie nnotifikat lill-mandatarju awtorizzat) isir eżegwibbli, iżda mhux neċessarjament finali. Fil-fatt, persuna li ġiet ipprojbita, mingħajr tort tagħha, milli tlaħħaq terminu proċedurali tista’, fuq talba tagħha jew ex officio, tiġi rreintegrata fid-drittijiet tagħha. Dan il-prinċipju huwa applikabbli wkoll għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż jirrikonoxxi li t-terminu għall-persuna akkużata sabiex titlob reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha huwa, fil-prinċipju, ġimgħa biss. Madankollu, dan il-gvern iżid li huwa ġeneralment aċċettat li tali terminu jista’ jiġi interpretat b’mod flessibbli, li jfisser li jista’ jiġi estiż sabiex ilaħħaq mat-terminu (itwal) li ma setax jiġi osservat. Iktar minn hekk, dan il-gvern jenfasizza li, komunement, tali talba mill-parti ma tkunx neċessarja, minħabba li qorti li ssir taf b’impediment li wassal lill-persuna akkużata sabiex ma tlaħħaqx terminu tipikament tirreintegraha fid-drittijiet tagħha ex officio.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, il-persuna li ssib lilha nnifisha f’sitwazzjoni bħal dik tal-persuna akkużata fil-kawża prinċipali ma tistax, skont il-Gvern Ġermaniż, tiġi akkużata kriminalment fuq il-bażi ta’ projbizzjoni tas-sewqan li ma kinitx taf biha. Dan il-gvern jindika li, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, persuna tista’ titqies <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>negliġenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fejn, permezz tal-imġiba tagħha, hija tkun kisret id-dmir ta’ premura. Dan huwa l-każ biss meta l-fatti li kienu imputati lill-persuna kienu prevedibbli u setgħu jiġu evitati. Madankollu, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dmir ta’ premura għandhom jiġu evalwati fid-dawl tad-Direttiva 2012/13. Għaldaqstant, sa fejn is-sewwieq ma kien taħt l-ebda obbligu li jfittex informazzjoni dwar il-proċedura pendenti mill-mandatarju awtorizzat, ma seta’ jkun hemm l-ebda negliġenza u, konsegwentement, l-ebda ksur tad-dmir ta’ premura min-naħa tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Finalment, il-Gvern Ġermaniż jiddikjara li, skont l-Paragrafu 47(2) tas-StPO kkunsidrat flimkien mal-Paragrafu 456c(2) tas-StPO, persuna bħas-sewwieq fil-kawża prinċipali tista’ tippreżenta rikors għal sospensjoni tal-projbizzjoni tas-sewqan malli ssir taf biha, jekk din il-projbizzjoni hija ekwivalenti għaliha, bħala sewwieqa professjonali, għal projbizzjoni tal-eżerċizzju tal-professjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn ir-risposti konkreti għaż-żewġ domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma kkonċernati, il-Gvern Ġermaniż essenzjalment isostni li, skont id-dritt nazzjonali: (i) id-drittijiet proċedurali kollha tas-sewwieq sejrin jiġu rreintegrati bis-sħiħ ladarba jiġi nnotifikat bid-digriet ta’ kundanna li jirriżulta mill-ewwel sett ta’ proċeduri, u (ii) kwalunkwe responsabbiltà kriminali tas-sewwieq għall-ksur tal-projbizzjoni tas-sewqan li dwarha ma kienx jaf hija eskluża, li jfisser li ma jistax jiġi mħarrek fit-tieni sett ta’ proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Numru ta’ dikjarazzjonijiet magħmula mill-qorti tar-rinviju jitfgħu dubju dwar tali interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali. Il-qorti tar-rinviju tiċċita diversi dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirregolaw in-notifika tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li, meta applikati għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jirriżultaw li huma problematiċi fil-prattika, u potenzjalment inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Kif tispjega l-qorti tar-rinviju, hemm regoli preċiżi u rigorużi ħafna li jikkonċernaw in-notifika ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji lil persuni li jirrisjedu fil-Ġermanja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Il-qorti tar-rinviju tinvoka b’mod partikolari l-Paragrafi 176, 178(1)(1) u 180 sa 182 taz-Zivilprozessordnung (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).</P></NOTE>. Minħabba r-rekwiżiti stretti ta’ din il-leġiżlazzjoni, li l-issodisfar tagħhom għandu jiġi evalwat mill-qorti ex officio, huwa essenzjalment ċert li, fil-każ ta’ anki l-iċken dubju, in-notifika titqies invalida. Dan huwa iktar u iktar il-każ għal digriet ta’ kundanna, li, jekk ma jiġix ikkontestat, ikun ekwivalenti għal kundanna kriminali finali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif il-qorti tar-rinviju tinnota b’mod ugwali, ir-regoli dwar in-notifika ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji lil persuni li jirresjedu barra l-Ġermanja permezz ta’ mandatarju awtorizzat huma relattivament laxki u jistgħu jirriżultaw f’inċertezza konsiderevoli. Il-persuna akkużata ma jistax jinfluwenza jekk, meta, fejn u b’liema mod dokument fil-fatt jiġi mgħoddi. Il-mandatarju awtorizzat ma huwiex obbligat jgħaddi digriet ta’ kundanna b’mod li jippermetti l-verifika dwar jekk dan id-digriet fil-fatt jasalx għand l-intimat (pereżempju, permezz ta’ ittra rreġistrata). F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm probabbiltà ħafna ogħla li persuna akkużata ssir taf biss b’deċiżjoni tal-qorti ħafna wara li tkun akkwistat is-saħħa ta’ res judicata, jew li ma ssir taf qatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet bil-miktub u orali tiegħu, il-Gvern Ġermaniż joffri interpretazzjoni pjuttost differenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni. B’mod partikolari, it-tħassib espress mill-qorti tar-rinviju dwar il-kompatibbiltà ta’ din il-leġiżlazzjoni mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/13 jista’, fil-fehma tagħha, jitneħħa permezz ta’ interpretazzjoni konsistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Ma huwiex ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja li tarbitra bejn fehmiet differenti dwar il-kostruzzjoni korretta ta’ dritt nazzjonali. Madankollu, anki jekk il-qorti tar-rinviju u l-Gvern Ġermaniż jinsabu f’nuqqas ta’ qbil pubbliku dwar l-interpretazzjoni korretta ta’ numru ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, qiegħed ninnota li, sa fejn l-eżitu korrett tal-kawża speċifika inkwistjoni huwa kkonċernat, huma essenzjalment jaqblu: id-drittijiet li s-sewwieq jikseb mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 għandhom jiġu protetti. Dan ifisser, l-ewwel nett, li d-drittijiet proċedurali tas-sewwieq fl-ewwel sett ta’ proċeduri kriminali għandhom jiġu rreintegrati bis-sħiħ, wara li d-digriet ta’ kundanna jiġi nnotifikat lilu korrettement. It-tieni nett, is-sewwieq ma jistax jitqies kriminalment responsabbli fit-tieni sett ta’ proċeduri għal sewqan bi ksur tal-projbizzjoni tas-sewqan preċedentement maħruġa. Fil-fatt, huwa ma jistax jitqies negliġenti għall-fatt li huwa ma għamel l-ebda tentattiv sabiex jikkuntattja lill-mandatarju awtorizzat sabiex jinforma ruħu bil-proċeduri kriminali li kienu għaddejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ladarba fil-fatt hemm qbil dwar l-eżitu tal-kawża, li fil-biċċa l-kbira jkun ukoll kompatibbli mad-direzzjoni meħuda b’mod reċenti mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Covaci u Tranca, huwa possibbli li din il-kawża tieqaf hawn. Għaldaqstant, bl-eċċezzjoni ta’ xi riżervi ta’ kjarifika, ma narax din il-kawża bħala opportunità tajba sabiex il-prinċipji fundamentali tal-linja ta’ ġurisprudenza ta’ Covaci u Tranca jiġu adattati, żviluppati jew mogħtija sfumatura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Anki fid-dawl tal-kamp tal-applikazzjoni tal-kawża, kif indikat fil-punti 23 sa 27 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, dan żgur ma jistax jitqies li jfisser li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma tistax tirriżulta fi kwistjonijiet ta’ kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni f’ċirkustanzi oħra, kif ser jiġi spjegat iktar ’l isfel fit-taqsima tal-għeluq (C).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-riżervi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ir-risposta pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Covaci u fi Tranca diġà inkludiet numru ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>iva, imma<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Iktar ’il fuq, punti 41 sa 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Il-konstellazzjoni ta’ din il-kawża żżid iktar in-numru ta’ dawn l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>imma<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, u fil-fatt iġġebbed il-kostruzzjoni sħiħa stabbilita f’dawn il-kawżi sal-limiti esterni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 ma jistax jiġi miċħud mill-effettività tiegħu. Iktar minn hekk, il-mod li bih jingħata effett lil dan l-artikolu ma jistax joħloq xi diskriminazzjoni kontra persuni ssuspettati u akkużati li jirresjedu fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Id-dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża huwa possibbilment fost l-iktar drittijiet bażiċi li persuna għandu jkollha meta hija ssuspettata jew akkużata li wettqet reat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Nistgħu nassumu li anki dawk li jogħġbuhom ir-rumanzi ta’ Kafka bħala letteratura probabbilment ma jixtiequx ukoll li jitqiegħdu fiż-żarbun ta’ Josef K., imħarrek (u anki kkundannat <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT>) mingħajr qatt ma ġie mgħarraf għalfejn (Franz, K., <HT TYPE="ITALIC">Der Proceß</HT> (<HT TYPE="ITALIC">The Trial</HT>), ir-raba’ edizzjoni, Fischer, Frankfurt am Main, 2011).</P></NOTE>. Huwa ċar li persuna ma tistax teżerċita adegwatament id-dritt ta’ difiża tagħha jekk ma tkunx informata bl-akkuża kontriha. F’dan is-sens, id-dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża huwa, f’termini kemm ta’ żmien u kemm ta’ loġika, l-ewwel dritt li persuna suġġetta għal investigazzjoni jew kawża kriminali għandha tingħata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Huwa għaldaqstant kruċjali li persuna ssuspettata jew akkużata li d-dritt tagħha li tiġi informata bl-akkuża ma ġiex rispettat tiġi rreintegrata fil-pożizzjoni preċedenti tagħha. Kif dan jinkiseb f’termini sistemiċi huwa ta’ rilevanza żgħira għad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Dan jista’ jiddependi minn affarijiet speċifiċi tal-ordinament ġuridiku nazzjonali: pereżempju, id-deċiżjoni tista’ tingħata biss is-saħħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata relattiva</HT>, kundizzjonali fuq in-notifika korretta tagħha lill-persuna inkwistjoni, jew tista’ tidħol fis-seħħ iżda titwarrab iktar ’il quddiem fuq talba. Nifhem li l-(im)possibbiltà ta’ kostruzzjoni dommatika bħal din fid-dritt Ġermaniż hija waħda mill-punti ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-qorti tar-rinviju u l-Gvern Ġermaniż.</P></NOTE>, sakemm ikun fil-pront u effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Reintegrazzjoni fid-dritt għandha timplika, l-ewwel nett, li d-digriet ta’ kundanna jiġi nnotifikat lill-persuna akkużata (mill-ġdid) sabiex, proċeduralment, hija ssib ruħha fejn kieku kienet tkun li kieku l-ewwel notifika saret korrettement. Fil-kawża inkwistjoni, is-sewwieq għandu jkollu perijodu ta’ ġimagħtejn sabiex jikkontesta d-digriet ta’ kundanna qabel ma dan id-digriet jidħol fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>It-tieni nett, sakemm u qabel ma jiġi nnotifikat korrettement, id-digriet ta’ kundanna huwa mhux eżegwibbli, u kwalunkwe effett ta’ preġudizzju li jirriżulta minn nuqqas ta’ konformità miegħu għandu jitneħħa. Dan għandu neċessarjament jinkludi l-possibbiltà għall-persuna akkużata li tikseb sospensjoni immedjata tal-miżuri imposti bid-digriet ta’ kundanna, jekk il-proċedura għal reintegrazzjoni fid-dritt ma jkollhiex effett sospensiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tindika li dan huwa l-każ u l-Gvern Ġermaniż ma kkontestax dan.</P></NOTE>. Dan għandu sinjifikat partikolari fil-kawża inkwistjoni: il-persuna mħarrka hija sewwieqa professjonali u kwalunkwe sospensjoni mhux iġġustifikata tal-liċenzja tas-sewqan tagħha, qabel ma tingħata r-reintegrazzjoni fid-drittijiet, tista’ tikkawżalha ħsara sinjifikattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Li jitneħħew l-effetti tad-digriet ta’ kundanna jimplika wkoll li l-persuna akkużata ma tistax tiġi mħarrka għal nuqqas ta’ konformità (intenzjonali jew negliġenti) tal-miżuri imposti bih. Sa fejn din il-kawża hija kkonċernata, is-sewwieq ma jistax jitqies responsabbli talli b’mod negliġenti saq mingħajr liċenzja. Il-fatt li ma fittixx informazzjoni mill-mandatarju awtorizzat dwar il-proċeduri pendenti huwa immaterjali. Huwa ċar mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 li l-obbligu li persuna ssuspettata jew akkużata tiġi informata bl-akkuża jaqa’ fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri. L-ebda dispożizzjoni ta’ din id-direttiva ma tista’ tiġi interpretata li tqiegħed, direttament jew indirettament, parti minn dan il-piż fuq spallejn il-persuna ssuspettata jew akkużata nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, wara li ġie aċċertat li ma kien hemm l-ebda dmir kwalunkwe għas-sewwieq sabiex jistaqsi dwar l-eżitu tal-ewwel sett ta’ proċeduri, ir-responsabbiltà kriminali fit-tieni sett ta’ proċeduri hija eskluża minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe element suġġettiv tar-reat allegat tas-sewqan mingħajr liċenzja tas-sewqan. Ma kien hemm l-ebda tort tas-sewwieq (la intenzjonali u lanqas negliġenti). Hija, wara kollox, kwistjoni ta’ sens komun li jekk is-sewwieq ma kienx informat bi projbizzjoni tas-sewqan imposta fuqu, huwa ma setax sussegwentement jiġi mħarrek talli kiser din il-projbizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Sabiex inkun ċar, il-persuna akkużata ma tistax titqies kriminalment responsabbli fit-tieni sett ta’ proċeduri, irrispettivament minn jekk, ladarba rreintegrata fil-pożizzjoni preċedenti tagħha, hija tagħżilx li tikkontesta d-digriet ta’ kundanna maħruġ fl-ewwel sett ta’ proċeduri jew le. Fil-fatt, kif il-qorti tar-rinviju korrettement tindika, eżitu differenti jkun iwassal għal riżultat paradossali: anki jekk il-persuna akkużata kellha taċċetta l-allegazzjonijiet magħmula kontriha fl-ewwel proċedura kriminali u l-konsegwenzi legali riżultanti mid-digriet ta’ kundanna, hija xorta jkollha tippreżenta appell kontra dan id-digriet sabiex twaqqaf biss prosekuzjoni oħra. Dan ikun jimponi fuq il-persuna akkużata piżijiet amministrattivi addizzjonali u spejjeż żejda li resident f’dan l-Istat Membru normalment ma jkollux isostni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari: L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha digriet ta’ kundanna maħruġ kontra persuna mhux residenti f’dan l-Istat Membru jakkwista s-saħħa ta’ res judicata wara notifika tal-mandatarju awtorizzat, anki fejn il-persuna<?PAGE NO="13"?> akkużata ma ġietx mgħarrfa bid-digriet, sakemm il-persuna akkużata: (i) tiġi nnotifikata korrettement bid-digriet ladarba ssir taf bih, u tiġi rreintegrata bis-sħiħ fid-drittijiet tagħha, u (ii) ma tistax titqies kriminalment responsabbli talli ma kkonformatx mal-miżuri imposti fid-digriet, minħabba l-fatt li hija ma għamlitx tentattivi sabiex issir taf dwar l-eżitu tal-proċeduri preċedenti mingħand il-mandatarju awtorizzat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Rimarki konklużivi (dwar interpretazzjonijiet bla limitu u kawżi futuri)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Din ma hijiex l-ewwel kawża fejn qorti Ġermaniża talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni hijiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/13. Fil-fatt, fuq perijodu ta’ inqas minn ħames snin, kien hemm xejn inqas minn erba’ talbiet preċedenti għal deċiżjoni preliminari dwar dan is-suġġett li wasslu għall-għotja tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Covaci u fi Tranca <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn il-kawżi huma naturalment applikabbli f’kawżi sussegwenti. Id-dritt nazzjonali ma jistax jitqies inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni sakemm dan tal-ewwel jista’ jiġi interpretat f’konformità ma’ dan tat-tieni, sabiex jintlaħaq l-għan intiż mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Għandu jitfakkar li, bis-saħħa tal-Artikolu 4(3) TUE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri (inkluża l-ġudikatura) għandhom dmir li jinterpretaw id-dritt nazzjonali, sa fejn ikun possibbli, fid-dawl tal-formulazzjoni u l-għan tad-direttiva inkwistjoni, sabiex jinkiseb ir-riżultat imfittex minn din tal-aħħar u sabiex b’hekk jikkonformaw mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, f’dan is-sens, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-397/01 sa C-403/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:584">EU:C:2004:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, u bil-konċessjonijiet kollha magħmula għal diverġenzi raġonevolment possibbli fil-fehma legali fuq livell nazzjonali, ikolli nammetti li nifhem u naqbel ma’ numru mill-elementi ta’ dubju espressi mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-argumenti tal-Gvern Ġermaniż jidhru li jġebbdu l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konsistenti sal-limiti raġonevoli tiegħu, jekk mhux iktar. Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-qorti tar-rinviju tinvoka termini statutorji ċari u preċiżi stabbiliti fid-dritt nazzjonali. Ir-risposta tal-Gvern Ġermaniż hija li dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>interpretati mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> sabiex ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni. Sabiex nieħdu biss eżempju wieħed, tista’ qorti nazzjonali taqbeż, permezz ta’ interpretazzjoni konsistenti, ir-rekwiżit ċar skont l-Paragrafu 45(1) tas-StPO li r-reintegrazzjoni fid-drittijiet għandha tintalab sa ġimgħa wara l-ostakolu li minħabba fih it-terminu ma ntlaħaqx waqaf jeżisti, u minflok tagħmel din id-dispożizzjoni bħala li tfisser ġimagħtejn?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Jista’ biss jiġi mfakkar li l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konsistenti ma jistax iservi ta’ bażi għal interpretazzjoni ta’ dritt nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza reċenti tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Poplawski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Ċertament, dan il-limitu probabbilment ser jinftiehem b’mod differenti f’ordinamenti ġuridiċi differenti. Madankollu, fil-fehma (forsi wisq pożittivista u testwalista) tiegħi, li ġimgħa tiġi interpretata bħala ġimagħtejn diffiċli jingħad li hija kwistjoni ta’ interpretazzjoni, bħalma huwa l-każ bi kwalunkwe termini preċiżi. Tista’ interpretazzjoni konsistenti tibdel waħda fi tnejn? Il-perplessità tiegħi dwar dan il-punt hija aggravata mill-fatt li, meta mistoqsi fis-seduta jekk hemmx xi preċedent ġudizzjarju dwar din il-kwistjoni, il-Gvern Ġermaniż irrefera għal kummentarju akkademiku wieħed insostenn għall-argument tiegħu, bl-implikazzjoni li kull imħallef Ġermaniż jaqra (u preżumibbilment jaqbel ma’) dan il-kummentarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>It-tieni nett, nistaqsi jekk il-fatt li l-konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 tista’ tiġi żgurata biss bl-interpretazzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, uħud minnhom fil-fatt b’mod pjuttost sorprendenti, jippreżupponix li l-qrati nazzjonali u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandhom livell straordinarjament għoli ta’ għarfien tad-dritt tal-Unjoni (u wkoll forsi ta’ kreattività legali). Jekk dan huwa fil-fatt hekk, li, sa fejn l-għarfien<?PAGE NO="14"?> neċessarju tad-dritt u l-ġurisprudenza tal-Unjoni huwa kkonċernat, jista’ biss jiġi mfaħħar u ammirat, probabbilment tqum kwistjoni oħra: dik tal-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali, mhux biss għal dawn l-atturi, iżda wkoll u speċjalment għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jistgħu jkunu involuti. Sabiex nagħti eżempju ovvju: jekk il-qrati Ġermaniżi stess għandhom dubji dwar l-interpretazzjoni korretta tar-regoli proċedurali applikabbli, kif muri tal-inqas b’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, kif jista’ sewwieq Pollakk ikun mistenni jifhem il-pożizzjoni legali tiegħu u jkun jista’ jaġixxi (f’terminu qasir ta’ żmien) sabiex jipproteġi d-drittijiet tiegħu? Ma għandniex ninsew li l-proċeduri nazzjonali inkwistjoni huma ta’ natura kriminali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>F’dan l-istadju, jiena lanqas ma jien ser nidħol fil-kwistjoni interessanti ta’ x’informazzjoni dwar id-drittijiet tagħha, persuna fis-sitwazzjoni tas-sewwieq għandha tingħata minn liema awtoritajiet nazzjonali u meta (u jekk u kif tali obbligu ġiex osservat f’din il-kawża).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>It-tielet nett, Covaci u Tranca rrigwardaw sitwazzjonijiet fejn il-ksur potenzjali tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 seħħ fl-istess proċedura fejn inħareġ id-digriet ta’ kundanna. Madankollu, it-traspożizzjoni tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn il-kawżi għal sitwazzjonijiet fejn il-ksur potenzjali tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 fi proċedura partikolari jaffettwa proċeduri nazzjonali oħrajn sussegwenti tidher inqas diretta, kif turi din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Il-ksur tad-dritt tal-persuna akkużata għal informazzjoni dwar l-akkuża fi proċedura kriminali jista’ fil-fatt — kif isostni l-Gvern Ġermaniż — jelimina proċeduri kriminali relatati. Jiena madankollu xorta nistaqsi jekk is-sitwazzjoni tistax tkun differenti jekk, pereżempju, il-proċedura relatata sussegwenti kkonċernat l-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi. U xi ngħidu dwar azzjonijiet ċivili għad-danni potenzjali bbażati fuq in-natura ta’ res judicata tal-ewwel digriet ta’ kundanna? Xi ngħidu, finalment, dwar effetti kollaterali indiretti li jseħħu fl-isfera privata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sabiex nagħti biss eżempju wieħed, persuna forsi ma tkunx tista’ ssib xogħol fil-Ġermanja minħabba l-passat ġudizzjarju tagħha, li dwaru madankollu hija ma tafx.</P></NOTE>? Hemm mekkaniżmi ulterjuri stabbiliti, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jistgħu wkoll jipproteġu b’mod adegwat persuna ssuspettata jew akkużata mill-konsegwenzi negattivi ta’ proċedura kriminali magħmula bi ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 fil-livell amministrattiv u ċivili? Jekk le, tista’ tqum problema ta’ ekwivalenza f’dawn is-sitwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Din il-mistoqsija twassal il-kwistjoni lura fejn bdiet: il-kwistjoni ta’ ekwivalenza u l-kwalità tan-notifika tad-dokumenti fi kwistjonijiet kriminali. Din il-kwistjoni, imqiegħda fl-iktar termini grezzi possibbli, tista’ tiġi fformulata kif ġej: għadu (sa issa) ġġustifikat li ċittadini tal-Unjoni mhux residenti fil-Ġermanja jiġu ttrattati bħala maħrubin u persuni bla dar b’mod awtomatiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sabiex inkun ċar, il-Ġermanja żgur ma hijiex l-uniku Stat Membru li jirrikorri għal preżunzjonijiet legali jew saħansitra finzjonijiet f’ċerti sitwazzjonijiet ta’ notifiki ta’ dokumenti. Dik li hija, madankollu, għalija pjuttost unika hija s-sistema ta’ ħatra ta’ mandatarju awtorizzat li, minn naħa waħda, huwa intitolat jaġixxi bis-sħiħ f’isem il-persuna ssuspettata jew akkużata iżda, fl-istess ħin, ma għandu prattikament l-ebda obbligi li jagħmel kuntatt tajjeb magħha. Dan ifisser li l-approċċ sħiħ jinsab bejn ħalltejn: la huwa rappreżentazzjoni tajba u lanqas notifika tajba.</P></NOTE>, u li tiġi stabbilita, għal dawn il-persuni, finzjoni legali, li effettivament tfisser li l-awtoritajiet tal-istat jinnotifikaw id-dokumenti lill-impjegati tagħhom stess, li apparentament għandhom biss obbligu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ħafif<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jgħaddu kwalunkwe dokumenti bħal dawn? Dan ifisser, f’termini prattiċi u fil-każ pjuttost speċifiku tad-digriet ta’ kundanna, li minkejja li persuni residenti fit-territorju Ġermaniż igawdu livell għoli ta’ protezzjoni legali, ċittadini oħra tal-Unjoni apparentament ma jgawdu kważi xejn?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ għalhekk jiddubita kemm l-approċċ attwali ta’ binarju doppju għan-notifika ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji ta’ natura kriminali jista’ jkompli jkun ġustifikabbli, kemm fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fuq livell tal-Unjoni, qiegħed isir progress sinjifikattiv fl-istabbiliment ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u, iktar b’mod speċifiku, fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Kif jistabbilixxi l-Artikolu 82(1) TFUE, din il-politika hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji u għandha tinkludi l-approssimazzjoni tal-liġijiet u regolamenti tal-Istati Membri f’numru ta’ setturi rilevanti. Id-Direttiva 2012/13 hija waħda mill-istrumenti adottati, fuq il-bażi tal-Artikolu 82(2) TFUE, fil-kuntest tal-hekk imsejjaħ Programm ta’<?PAGE NO="15"?> Stokkolma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="295" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, C 295, p. 1</REF.DOC.OJ>) u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Il-Programm ta’ Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tal-Kunsill Ewropew, punt 2.4 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 115, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Numru ta’ proposti għal strumenti ġodda ta’ leġiżlazzjoni f’dan is-settur qegħdin jiġu attwalment eżaminati mil-leġiżlatur tal-Unjoni, bl-intenzjoni li jissaħħaħ ulterjorment il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka u li jiżdied il-livell ta’ kooperazzjoni amministrattiva u ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, l-iswieq tas-servizzi — inklużi s-servizzi postali — qegħdin isiru iktar u iktar integrati. Forsi ma huwiex neċessarju f’dan il-kuntest li nikkonċentraw fuq regoli li jirregolaw il-provvista ta’ servizzi postali fl-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara speċjalment id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3 p. 71), kif emendata.</P></NOTE>. Biżżejjed li jiġi nnotat, inter alia, li kumpanniji inkarigati b’obbligi ta’ servizz universali għandhom jikkonformaw ma’ numru ta’ obbligi li joħorġu mid-dritt tal-Unjoni intiżi sabiex jiggarantixxu għażla minima ta’ servizzi, pprovduti fuq livell nazzjonali jew transkonfinali, ta’ kwalità speċifikata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara speċjalment il-premessi 11 u 13 tad-Direttiva 97/67.</P></NOTE>. Naraha tikxef ħafna li, meta mistoqsi fis-seduta sabiex jispjega r-raġunijiet għas-sistema differenti (u kumplessa) ta’ notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali barra mill-pajjiż, u għalfejn ma huwiex possibbli li tintbagħat ittra rreġistrata fi Stat Membru ieħor, il-Gvern Ġermaniż sempliċement wieġeb li s-sistema ilha stabbilita għal ħafna żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, problemi ta’ ekwivalenza u proporzjonalità probabbilment ser jerġgħu jqumu fil-futur. Nissuspetta li ser isir progressivament iktar diffiċli jiġi argumentat li l-bgħit ta’ ittra rreġistrata b’mod transkonfinali ġeneralment tieħu iktar fit-tul u/jew tirriżulta f’iktar inċertezza milli kieku tintbagħat f’xi destinazzjoni oħra fl-istess Stat Membru. Fi kwalunkwe każ, anki jekk dan kellu jibqa’ minnu, wieħed jista’ leġittimament jistaqsi jekk id-differenza bejn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet hijiex tant sinjifikattiva li tiġġustifika sistema bħal dik stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni. Għal darba oħra, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tittratta, dejjem u awtomatikament, lil kull ċittadin tal-Unjoni li ma jirrisjedix fil-Ġermanja bħala maħrub jew persuna mingħajr domiċilju magħruf. Madankollu, sistema inqas drastika (jew, minflok, iktar proporzjonata) fil-konfront ta’ persuni li jirrisjedu barra żgur li hija possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, livell ta’ protezzjoni legali bħal dan skont id-dritt tal-Unjoni huwa saħansitra iktar diffiċli li jiġi ġġustifikat meta sistemi oħra ta’ notifika ta’ dokumenti b’mod transkonfinali qegħdin jittieħdu inkunsiderazzjoni. Pereżempju, Stati Membri huma obbligati li jkunu partikolarment rigorużi fin-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji ta’ natura ċivili u kummerċjali barra l-pajjiż skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="324" PAGE.FIRST="79" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 324, p. 79</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" PAGE.FIRST="91" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 68, p. 91</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. F’din is-sistema, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, anki żbalji żgħar fin-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji, inkluż l-omissjoni ta’ formola ta’ anness fil-lingwa xierqa, jista’ jkollhom konsegwenzi kbar għall-proċeduri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Alpha Bank Cyprus</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-519/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:603">EU:C:2015:603</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Henderson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-354/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:157">EU:C:2017:157</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Żgur li huwa veru li minkejja li n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji ċivili u kummerċjali hija armonizzata, in-notifika ta’ dawk kriminali b’mod ġenerali mhix. Irrispettivament minn kemm dan l-argument jista’ jkun korrett formalment, dan iservi sabiex jenfasizza l-istramberija sistemika fejn hemm livell għoli ħafna ta’ protezzjoni għan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji ċivili, iżda kważi xejn għal dawk ta’ natura kriminali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Finalment, mill-perspettiva tal-Istat Membru kkonċernat, wieħed jista’ bl-istess mod jistaqsi sa fejnis-soluzzjoni kkonstatata f’Covaci u Tranca, u potenzjalment elaborata ulterjorment u kkonfermata minn din il-kawża, hija fl-interess ta’ kwalunkwe Stat Membru u tan-natura eżegwibbli tad-deċiżjonijiet tiegħu. Huwa mixtieq, mill-perspettiva ta’ Stat Membru: (i) li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu ta’ natura kriminali li ġew innotifikati lil persuni li jirrisjedu fi Stati Membri oħra tal-Unjoni jirriskjaw li jibqgħu mdendla f’limbu legali perpetwu; (ii) li dawn jistgħu ma jkunux eżegwibbli, jew li jistgħu jinfetħu mill-ġdid fi kwalunkwe ħin meta l-intimati tagħhom isiru jafu bihom u jikkontestawhom; (iii) li miżuri legali sussegwenti meħuda fuq il-bażi ta’ dawn id-deċiżjonijiet, kemm jekk ta’ natura kriminali, amministrattiva jew ċivili, jistgħu jiġu kkontestati jew saħansitra jkunu nulli; jew (iv) li dawn probabbilment ma humiex ser jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti fl-Istati Membri l-oħra, minħabba li l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri ta’ eżekuzzjoni jistgħu jqajmu kwistjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjonijiet kriminali fil-fatt mogħtija in absentia u mingħajr l-għarfien tal-persuna kkonċernata, li kienet għaldaqstant inkapaċi teżerċita kwalunkwe dritt ta’ difiża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara, bħala illustrazzjoni (u mingħajr ma nagħmel l-ebda dikjarazzjoni dwar l-applikabbiltà potenzjali tiegħu għall-kawża preżenti), l-Artikolu 7(2)(g) tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-<DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159M" PAGE.FIRST="256" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 159M, p. 256</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>? Fid-dawl ta’ dawn il-problemi strutturali kollha, jista’ forsi jkun fl-aqwa interess ta’ kwalunkwe Stat Membru, anki jekk jaġixxi waħdu, li jevalwa mill-ġdid l-oriġini ġenwini tal-problema, jiġifieri l-kwalità dubjuża tan-notifika tad-dokumenti, minflok ma japplika iktar tiswijiet sabiex jittratta ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża individwali li jmiss?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-Qorti tal-Ġustizzja probabbilment ma hijiex (u ma għandhiex) ser tevalwa mill-ġdid il-ġurisprudenza tagħha faċilment, b’mod partikolari fuq kwistjonijiet li ġew deċiżi biss reċentement. Madankollu, nemmen li l-kawża preżenti hija l-massimu fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tasal fid-dikjarazzjoni li leġiżlazzjoni nazzjonali li b’mod ċar tqajjem kwistjonijiet f’termini tal-protezzjoni legali ta’ ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stati Membri li ma humiex il-Ġermanja hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Jekk kawżi oħra ta’ dan it-tip jibqgħu jiġu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex b’hekk jiġu kkonfermati b’mod awtorevoli l-problemi li diġà ġew identifikati u li jindikaw iktar defiċjenzi fil-proċedura sħiħa, il-Qorti tal-Ġustizzja jaf tkun obbligata tikkunsidra mill-ġdid is-settur kollu ta’ ġurisprudenza, inkluża l-assunzjoni tagħha stess tal-bidu nett, jiġifieri li minkejja d-differenza konsiderevoli bejn iż-żewġ sistemi ta’ notifika, f’termini ta’ protezzjoni legali, dawn jistgħu b’xi mod jitqiesu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>separati iżda ugwali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Dan huwa wkoll il-punt tat-tluq kemm f’Covaci u fi Tranca – ara iktar ’il fuq, punti 41 u 42.</P></NOTE>. L-evidenza legali u fattwali mressqa f’kawżi sussegwenti tista’ turi li dawn l-assunzjonijiet tal-bidu setgħu ma kinux korretti. Ħaġa waħda hija ċara: notifika b’finzjoni (legali) ma tistax titħalla tibdel il-protezzjoni legali tad-drittijiet ta’ ċittadini tal-Unjoni f’finzjoni wkoll.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domandi preliminari magħmula mill-Amtsgericht Kehl (il-Qorti Distrettwali ta’ Kehl, il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE> dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha digriet ta’ kundanna maħruġ kontra persuna mhux residenti f’dan l-Istat Membru jakkwista s-saħħa ta’ res judicata wara notifika tal-mandatarju awtorizzat, anki fejn il-persuna akkużata ma ġietx mgħarrfa bid-digriet, sakemm il-persuna akkużata: (i) tiġi nnotifikata korrettement bid-digriet ladarba ssir taf bih, u tiġi rreintegrata bis-sħiħ fid-drittijiet tagħha, u (ii) ma tistax titqies kriminalment responsabbli talli ma kkonformatx mal-miżuri imposti fid-digriet, minħabba l-fatt li hija ma għamlitx tentattivi sabiex issir taf dwar l-eżitu tal-proċeduri preċedenti mingħand il-mandatarju awtorizzat.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>