<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-494/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0494</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:387">EU:C:2019:387</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190508">8.5.2019</DATE> – Kawża C‑494/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Rossato u Conservatorio di Musica F. A. Bonporti</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Xogħol għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti konklużi ma’ persuna li timpjega li taqa’ taħt is-settur pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri intiżi sabiex jissanzjonaw l-użu abbużiv tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat</KEYWORD><KEYWORD>Limitazzjoni tal-effett retroattiv tat-trasformazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ kumpens finanzjarju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑494/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte d’appello di Trento (il-Qorti tal-Appell ta’ Trento, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20170814">14 ta’ Awwissu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’ Istruzione, dell’ Università e della Ricerca – MIUR</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Fabio Rossato,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Conservatorio di Musica F. A. Bonporti,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qegħda taġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, A. Arabadjiev (Relatur), E. Regan, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal F. Rossato, minn A. Mastrolia, avvocatessa,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn L. Fiandaca, C. Colelli u G. D’Avanzo,, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20181206">6 ta’ Diċembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit‑<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat‑<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, il-Ministero dell’Istruzione, dell’Università u della Ricerca – MIUR (il-Ministeru għall-Edukazzjoni, għall-Universitajiet u għar-Riċerka – MIUR, l-Italja) u, min-naħa l-oħra, Fabio Rossato u l-Conservatorio di Musica F. A. Bonporti (il-Konservatorju tal-Mużika F. A. Bonporti, l-Italja) dwar il-kumpens għad-dannu allegatament subit minn F. Rossato minħabba l-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat matul il-perijodu ta’ bejn it‑<DATE ISO="20031118">18 ta’ Novembru 2003</DATE> u t‑<DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/70, din hija intiża sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>[iġ]ġib fis-seħħ il-ftehim qafas […] konkluż […] bejn l-organizzazzjonijiet ġenerali ta’ l-industrija [il-Konfederazzjoni Ewropea tas-Sindakati (ETUC), l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet Industrijali u ta’ Min Iħaddem fl-Ewropa (UNICE) u ċ-Ċentru Ewropew tal-Impriżi Pubbliċi (CEEP)] annessi hawn<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-Klawżola 1 tal-Ftehim qafas, l-għan tiegħu huwa, minn naħa, li jtejjeb il-kwalità tax-xogħol għal żmien determinat billi jiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi qafas sabiex jiġi evitat l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Klawżola 5 tal-Ftehim qafas, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Miżuri għal prevenzjoni ta’ l-abbuż<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ipprevenut l-abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss, [l-Istati Membri,] wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew il-prattika, u/jew l-imsieħba soċjali, għandhom, meta ma hemm ebda miżuri ekwivalenti legali biex jipprevjenu l-abbuż, jintroduċu b’mod li jieħu kont tal-ħtiġiet tas-setturi u/jew kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema, waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iż-żmien massimu totali ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>in-numru ta’ tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali u/jew l-imsieħba soċjali għandhom, meta approprjat, jiddeterminaw taħt liema kondizzjonijiet il-kuntratti jew ir-relazzjonijiet ta’ impjieg għal terminu fiss:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>suċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandhom jitqiesu bħala kuntratti jew relazzjonijiet għal żmien indefinit.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(95) tal-legge n. 107 – Riforma del sistema nazionale di istruzione e formazione e delega per il riordino delle disposizioni legislative vigenti (il-Liġi Nru 107 – ir-Riforma tas-Sistema Nazzjonali tal-Edukazzjoni u tal-Formazzjoni u d-Delega għar-Riorganizzazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Leġiżlattivi fis-Seħħ), tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> (GURI Nru 162, tal‑<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Liġi Nru 107/2015<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għas-sena skolastika 2015/2016, il-[MIUR] huwa awtorizzat jimplimenta pjan straordinarju ta’ reklutaġġ ta’ għalliema għal żmien indeterminat għall-iskejjel pubbliċi tal-livelli kollha, bil-għan li jimla l-pożizzjonijiet kollha li huma komuni u li jsostnu l-persunal <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/><HT TYPE="ITALIC">de jure</HT><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>, li jkunu għadhom vakanti u disponibbli wara l-operazzjonijiet ta’ ħatra bħala uffiċjali permanenti mwettqa għall-istess sena skolastika skont l-Artikolu 399 tat-test uniku previst mid-[decreto legislativo n. 297 – Testo unico delle disposizioni legislative in materia di istruzione (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 297 li Jiġbor f’Test Uniku d-Dispożizzjonijiet Leġiżlattivi fil-Qasam tat-Tagħlim), tas‑<DATE ISO="19940416">16 ta’ April 1994</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 115, tad‑<DATE ISO="19940519">19 ta’ Mejju 1994</DATE>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Digriet Nru 297/1994<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>)], li wara t-twettiq tagħhom għandhom jitħassru l-listi ta’ kandidati xierqa tal-kompetizzjonijiet ibbażati fuq kwalifiki u eżamijiet ippubblikati qabel l‑2012 […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(131) tal-Liġi Nru 107/2015:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>B’effett mill‑<DATE ISO="20160901">1 ta’ Settembru 2016</DATE>, il-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat konklużi mal-għalliema u mal-persunal edukattiv, amministrattiv, tekniku u awżiljarju fl-iskejjel u fl-istabbilimenti edukattivi tal-Istat sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti u disponibbli ma jistgħux jeċċedu tul totali ta’ 36 xahar, anki mhux konsekuttivi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(132) tal-Liġi Nru 107/2015 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-estimi tal-baġit tal-[MIUR] jipprevedu l-ħolqien ta’ fond għall-ħlasijiet b’eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji li l-għan tagħhom huwa l-kumpens għad-danni kkawżati mit-tiġdid irrepetut ta’ kuntratti [ta’ xogħol] għal żmien determinat għal tul totali ta’ iktar minn 36 xahar, anki mhux konsekuttivi, għal pożizzjonijiet vakanti u disponibbli, b’allokazzjoni ta’ EUR 10 miljun għal kull waħda mis-snin 2015 u 2016 […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 399 tad-Digriet Nru 297/1994 jipprevedi li r-reklutaġġ tal-għalliema għandu jseħħ permezz ta’ kompetizzjonijiet u ta’ listi permanenti ta’ kandidati xierqa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F. Rossato kien ġie rreklutat bħala għalliem tal-akkordjan mill-Konservatorju tal-Mużika F. A. Bonporti, fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, li l-ewwel wieħed minnhom kien ġie konkluż fit‑<DATE ISO="20031118">18 ta’ Novembru 2003</DATE>. Din ir-relazzjoni ta’ xogħol kompliet mingħajr interruzzjoni fuq il-bażi ta’ 17-il kuntratt suċċessiv ta’ xogħol għal żmien determinat, sabiex titwettaq l-istess funzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20111220">20 ta’ Diċembru 2011</DATE>, F. Rossato ressaq quddiem it-Tribunale di Rovereto (il-Qorti ta’ Rovereto, l-Italja) talbiet intiżi sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tal-klawżoli li jissuġġettaw għal terminu d-diversi kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat li huwa kkonkluda mal-persuna li timpjegah u sabiex tinkiseb it-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’effett retroattiv għad-data tal-konklużjoni ta’ l-ewwel kuntratt (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>konverżjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). Huwa talab ukoll, sussidjarjament, kumpens għad-dannu kkawżat mill-użu abbużiv ta’ dawn il-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat kif ukoll it-teħid inkunsiderazzjoni, b’applikazzjoni tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas, għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tiegħu, tal-anzjanità li huwa kiseb fil-kuntest ta’ din ir-relazzjoni ta’ xogħol. It-Tribunale di Rovereto<?PAGE NO="4"?> (il-Qorti ta’ Rovereto) laqgħet biss it-talba dwar ir-rikonoxximent tal-anzjanità miksuba għall-finijiet tar-remunerazzjoni. Hija ċaħdet it-talbiet ibbażati fuq l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Corte d’appello di Trento (il-Qorti tal-Appell ta’ Trento), adita, fil‑<DATE ISO="20130305">5 ta’ Marzu 2013</DATE>, b’appell minn din is-sentenza ppreżentat mill-MIUR, u sussegwentement, fil‑<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE>, b’appell inċidentali ppreżentat minn F. Rossato, issospendiet il-kawża diversi drabi fl-istennija, minn naħa, tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet tal-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) u tal-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja), dwar il-Liġi Nru 107/2015 li kienet ġiet adottata fit‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE>, sussegwentement għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex tadatta l-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim qafas stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE>, matul il-proċedura quddiem il-qorti tal-appell, il-persuna li timpjega lil F. Rossato pproċediet għall-ħatra tiegħu bħala uffiċjal permanenti b’effett retroattiv mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, u b’hekk ir-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom saret għal żmien indeterminat. Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-ħatra ta’ F. Rossato bħala uffiċjal permanenti, imwettqa b’applikazzjoni tal-Artikolu 399 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru297/1994, tirriżulta mill-pożizzjoni tiegħu fil-lista permanenti ta’ kandidati xierqa u mhux minn implimentazzjoni tal-pjan straordinarju ta’ reklutaġġ stabbilit permezz tal-Liġi Nru 107/2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni), billi bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza tal-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali), kienet iddeċidiet li d-dispożizzjonijiet tranżitorji previsti fl-Artikolu 1(95) tal-Liġi Nru 107/2015 dwar ir-reklutaġġ straordinarju tal-għalliema mniżżla f’pożizzjoni favorevoli fil-listi ta’ kandidati xierqa kienu jimplimentaw ir-regoli stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Hija qieset, b’mod partikolari, li t-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, prevista minn din il-liġi bis-saħħa tal-pjan straordinarju ta’ reklutaġġ, l-istess bħal, u bl-istess effett, it-trasformazzjonijiet l-oħra eventwali f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, bħall-ħatra bħala uffiċjal permanenti minħabba l-avvanz ta’ klassifikazzjoni fil-lista ta’ kandidati xierqa, kienu jikkostitwixxu, fir-rigward tal-każijiet ta’ abbuż preċedenti għad-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 107/2015, miżuri proporzjonati, suffiċjentement effettivi u dissważivi li jippermettu li jiġi ssanzjonat dan l-abbuż, b’tali mod li ħaddiem li bbenefika minn trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, tkun xi tkun ir-raġuni, ma setax jippretendi ebda kumpens finanzjarju f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha madankollu dubji dwar il-legalità ta’ tali interpretazzjoni ġurisprudenzjali fid-dawl tal-Ftehim qafas u tar-regoli stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi il-Corte d’appello di Trento (il-Qorti tal-Appell ta’ Trento) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas […] għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(95), (131) u (132) tal-Liġi Nru 107/2015 tal-Istat Taljan, li d-dispożizzjonijiet tiegħu jipprevedu, għall-għalliema, it-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat għall-ġejjieni, mingħajr effett retroattiv u mingħajr kumpens għad-dannu, bħala miżuri li huma ta’ natura proporzjonata, suffiċjentement effettiva u dissważiva sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja sħiħa tar-regoli tal-ftehim qafas għal dak li jikkonċerna l-ksur tiegħu permezz tal-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi matul il-perijodu preċedenti għall-perijodu li għalih il-miżuri previsti minn dawn ir-regoli huma intiżi sabiex jipproduċu l-effetti tagħhom?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan jikkontesta l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari. F’dan ir-rigward huwa jsostni li d-domanda magħmula, sa fejn din tirrigwarda l-Artikolu 1(95), (131) u (132) tal-Liġi Nru 107/2015, hija ipotetika peress li din il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Huwa jirrileva li r-relazzjoni ta’ xogħol ta’ F. Rossato ma kinitx ġiet ittrasformata bis-saħħa tal-Artikolu 1(95) ta’ din il-liġi, iżda fuq il-bażi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>istrumenti preċedenti ta’ selezzjoni u ta’ kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, kif kienu joperaw qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija liġi, f’dan il-każ il-ħatra bħala uffiċjal permanenti skont il-pożizzjoni fil-lista ta’ kandidati xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) u l-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni), fl-applikazzjoni tagħhom tal-Liġi Nru 107/2015, li teskludi, bħala regola ġenerali, l-għoti ta’ kumpens lill-ħaddiem ikkonċernat meta huwa jkun ibbenefika mit-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, ma jagħmlux distinzjoni bejn il-każijiet ta’ trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol b’applikazzjoni ta’ din il-liġi, b’mod partikolari taħt il-pjan straordinarju ta’ reklutaġġ previst fl-Artikolu 1(95) tagħha, u dawk li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ selezzjoni u ta’ kompetizzjoni stabbiliti qabel l-adozzjoni tal-imsemmija liġi. Il-qorti tar-rinviju tindika li dawn il-qrati b’hekk estendew il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi Nru 107/2015 għall-għalliema, bħal F. Rossato, li bbenefikaw minn trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom abbażi tal-imsemmija strumenti, bl-effett li jiġi eskluż, ukoll għal dawn l-għalliema, kull dritt għal kumpens finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika l-eżattezza tagħhom, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda għal deċiżjoni preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181204">4 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality u Commissioner of An Garda Síochána</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:979">EU:C:2018:979</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-dawl tal-informazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni tar-rinviju, għandu jitqies li d-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod preliminari ma hijiex ta’ natura ipotetika u, għaldaqstant, li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, għandha tkun il-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta utli lill-qorti nazzjonali sabiex din tkun tista’ tiddeċiedi l-kawża li għandha quddiemha. Minn din il-perspettiva, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-każ, li għandha tifformula mill-ġdid id-domandi li huma mressqa quddiemha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Le Rayon d’Or</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-151/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:185">EU:C:2014:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li F. Rossato bbenefika, fit‑<DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE>, minn trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’effett retroattiv mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Jeħtieġ għalhekk li d-domanda magħmula tinftiehem bħala essenzjalment intiża sabiex jiġi magħruf jekk il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, hekk kif applikata mill-qrati supremi nazzjonali, teskludi, għal għalliema li jaqgħu taħt is-settur pubbliku li bbenefikaw mit-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’effett retroattiv limitat, kull dritt għal kumpens finanzjarju minħabba l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas tobbliga lill-Istati Membri, bil-għan ta’ prevenzjoni tal-użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, jadottaw mill-inqas waħda mill-miżuri li din il-klawżola telenka, fil-każ fejn id-dritt intern tagħhom ma jinkludix miżuri legali ekwivalenti (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NO.CASE>C-494/16</NO.CASE>, <NAME.CASE>Santoro,</NAME.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:166">EU:C:2018:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sciotto</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-331/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:859">EU:C:2018:859</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni, peress li huma għandhom l-għażla li jirrikorru għal miżura jew għal numru ta’ miżuri elenkati fl-imsemmija Klawżola 5(1)(a) sa (ċ), kif ukoll għal miżuri legali eżistenti ekwivalenti, u dan filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-bżonnijiet ta’ setturi speċifiċi u/jew ta’ kategoriji ta’ ħaddiema (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Santoro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:166">EU:C:2018:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sciotto</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:859">EU:C:2018:859</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas tagħti lill-Istati Membri għan ġenerali, li jikkonsisti fil-prevenzjoni ta’ tali abbuż, filwaqt li tħallilhom l-għażla tal-mezzi sabiex jaslu għal dan, sakemm huma ma jippreġudikawx l-għan jew l-effettività tal-Ftehim qafas (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Santoro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:166">EU:C:2018:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sciotto</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:859">EU:C:2018:859</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta, bħal f’dan il-każ, id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdix sanzjonijiet speċifiċi fl-ipoteżi fejn madankollu ġew ikkonstatati abbużi, huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jadottaw miżuri li għandhom ikunu mhux biss ta’ natura proporzjonata, iżda wkoll effettivi u dissważivi biżżejjed sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa tar-regoli adottati bis-saħħa tal-Ftehim qafas (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Santoro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:166">EU:C:2018:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, meta jkun seħħ użu abbużiv ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, għandha tkun tista’ tiġi applikata miżura li tippreżenta garanziji effettivi u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ħaddiema sabiex dan l-abbuż jiġi debitament issanzjonat u jitneħħew il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Fiamingo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/13, C‑363/13 u C‑407/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2044">EU:C:2014:2044</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑ <REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Santoro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:166">EU:C:2018:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ma hijiex kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern, peress li din il-missjoni taqa’ esklużivament fuq il-qorti tar-rinviju, li f’dan il-każ, għandha tiddetermina jekk ir-rekwiżiti mfakkra fil-punti preċedenti humiex issodisfatti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, meta tkun qiegħda tiddeċiedi dwar rinviju għal deċiżjoni preliminari, jekk ikun il-każ, tagħti indikazzjonijiet intiżi li jiggwidaw lill-qorti nazzjonali fl-evalwazzjoni tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Santoro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:166">EU:C:2018:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li, fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-leġiżlazzjoni preċedenti għal-Liġi Nru 107/2015 ma kienx fiha sanzjoni ta’ natura suffiċjentement effettiva u dissważiva li tippermetti li tiġi ggarantita l-effettività sħiħa tar-regoli adottati b’applikazzjoni tal-Ftehim qafas. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-unika possibbiltà sabiex l-għalliema inkwistjoni<?PAGE NO="7"?> f’din il-kawża, jiksbu t-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat, kienet tiddependi fuq il-ħatra tagħhom bħala uffiċjali permanenti miksuba minħabba l-avvanz ta’ klassifikazzjoni tagħhom fil-lista ta’ kandidati xierqa u, għaldaqstant, fuq ċirkustanzi li kellhom jitqiesu bħala imprevedibbli u aleatorji, inkwantu dawn kienu jiddependu mit-tul globali tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat kif ukoll mill-pożizzjonijiet li sadanittant kienu saru vakanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0107">107</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażata ruħha fuq il-fatt li t-terminu għall-ħatra tal-għalliema bħala uffiċjali permanenti kien kemm varjabbli kif ukoll inċert (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-fajl li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha jirriżulta li l-leġiżlatur nazzjonali, bil-għan li jiżgura t-tranżizzjoni lejn sistema ġdida li tinkludi miżuri intiżi sabiex jipprevjenu u jissanzjonaw l-użu abbużiv tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, adotta pjan ta’ reklutaġġ straordinarju li jipprevedi t-trasformazzjoni, matul is-sena skolastika 2015/2016, tar-relazzjonijiet ta’ xogħol kollha għal żmien determinat konklużi ma’ għalliema bi status <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>prekarju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, permezz tal-eżawriment progressiv u definittiv tal-listi ta’ kandidati xierqa u tal-klassifikazzjonijiet li l-amministrazzjoni kienet tuża sabiex tirrekluta l-għalliema għal żmien determinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan indika wkoll li huwa kien qiegħed ikompli, b’mod parallel, u sakemm jitlestew, il-proċeduri pendenti ta’ ħatra bħala uffiċjali permanenti tal-għalliema li jinsabu diġà mniżżla f’ras il-listi ta’ kandidati xierqa. Fil-fatt, l-Artikolu 1(95) tal-Liġi Nru 107/2015 jipprovdi, f’dan ir-rigward, li l-pjan ta’ reklutaġġ straordinarju huwa implimentat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>bil-għan li jimla l-pożizzjonijiet kollha […] li jkunu għadhom vakanti u disponibbli wara l-operazzjonijiet ta’ ħatra bħala uffiċjali permanenti mwettqa għall-istess sena skolastika skont l-Artikolu 399 [tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 297/1994]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jiġifieri l-ħatriet bħala uffiċjali permanenti abbażi tal-avvanz ta’ klassifikazzjoni fil-lista permanenti ta’ kandidati xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’hekk jidher, bla ħsara għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, li r-reklutaġġ straordinarju u l-proċeduri skont l-Artikolu 399 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 297/1994, bħal dik li wasslet għall-ħatra ta’ F. Rossato bħala uffiċjal permanenti, jirrigwardaw l-istess kategorija ta’ persunal li jgħallem u li, għaldaqstant, ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ F. Rossato kellha tiġi ttrasformata l-iktar tard fit-tmiem tas-sena skolastika 2015/2016 f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat jew minħabba l-ikkompletar ta’ proċedura ta’ ħatra bħala uffiċjal permanenti diġà pendenti, jew b’applikazzjoni tal-pjan ta’ reklutaġġ straordinarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Dan il-fatt, fil-każ li huwa veru, jippermetti li jitqies li s-sitwazzjoni ta’ F. Rossato taqa’, minħabba r-riforma stabbilita permezz tal-Liġi Nru 107/2015, taħt kuntest kunsiderevolment differenti, minn perspettiva fattwali u legali, minn dak inkwistjoni fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, kuntrarjament għas-sitwazzjoni tal-għalliema inkwistjoni fil-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, it-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol ta’ F. Rossato ma kinitx inċerta u ma kinitx ta’ natura imprevedibbli u aleatorja peress li din kienet saret obbligatorja permezz tal-Liġi Nru 107/2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, in-natura suffiċjentement effettiva u dissważiva tas-sanzjoni prevista minn tali leġiżlazzjoni ma tistax tiġi kkontestata abbażi tan-natura allegatament imprevedibbli u aleatorja tat-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-assenza ta’ kumpens fil-każ ta’ trasformazzjoni ta’ tali relazzjoni ta’ xogħol, għandu jitfakkar, hekk kif jirriżulta mill-punti 24 sa 26 ta’ din is-sentenza, li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla tal-miżuri li jistgħu jwettqu l-għanijiet tal-politika soċjali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li mill-Klawżola 5(2) tal-Ftehim qafas jirriżulta li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, fil-kuntest tal-miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, jittrasformaw ir-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien indeterminat, peress li l-istabbiltà tal-impjieg li dawn tal-aħħar joffru tikkostitwixxi l-element prinċipali tal-protezzjoni tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, qieset li leġiżlazzjoni li tipprevedi regola imperattiva li abbażi tagħha, fil-każ ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, dawn tal-aħħar għandhom jiġu ttrasformati f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat tista’ tinkludi miżura li effettivament tissanzjona tali użu abbużiv (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Fiamingo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/13, C‑363/13 u C‑407/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2044">EU:C:2014:2044</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata) u, għaldaqstant, tista’ tissodisfa r-rekwiżiti mfakkra fil-punti 27 u 28 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu l-ġurisprudenza ma teħtieġx kumulu ta’ miżuri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930802">2 ta’ Awwissu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Marshall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑271/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:335">EU:C:1993:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Arjona Camacho</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑407/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:831">EU:C:2015:831</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, la l-prinċipju ta’ kumpens sħiħ għad-dannu subit u lanqas il-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jimponu l-ħlas ta’ danni punittivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Arjona Camacho</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑407/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:831">EU:C:2015:831</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn il-prinċipji jobbligaw lill-Istat Membri jipprevedu kumpens adegwat, li għandu jmur lil hinn minn kumpens purament simboliku, mingħajr madankollu ma jmur lil hinn minn kumpens sħiħ (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840410">10 ta’ April 1984</DATE>, <NAME.CASE>von Colson u Kamann</NAME.CASE>, <NO.CASE>14/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:153">EU:C:1984:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930802">2 ta’ Awwissu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Marshall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑271/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:335">EU:C:1993:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Arjona Camacho</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑407/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:831">EU:C:2015:831</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn F. Rossato jinvoka differenza fit-trattament meta mqabbel mal-ħaddiema li kisbu kundanna tal-persuna li timpjegahom minħabba l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 107/2015 u li setgħu, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni preċedenti, jakkumulaw kumpens u l-benefiċċju ta’ reklutaġġ b’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, huwa biżżejjed li jitfakkar li d-differenza fit-trattament bejn żewġ kategoriji ta’ ħaddiema għal żmien determinat li tirriżulta minn riforma tal-leġiżlazzjoni applikabbli ma taqax taħt il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fil-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Viejobueno Ibáñez u de la Vara González</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑245/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:934">EU:C:2018:934</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Ftehim qafas ma jobbligax lill-Istati Membri jipprevedu, fil-każ ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, dritt għal kumpens li jiżdied mat-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà, fir-rigward tal-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas, tal-effett retroattiv limitat tat-trasformazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol li minnha bbenefika F. Rossato. F’dan ir-rigward, hija tenfasizza li F. Rossato ħadem bħala għalliem tal-mużika fuq il-bażi ta’ 17-il kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat għal perijodu partikolarment twil, mit‑<DATE ISO="20031118">18 ta’ Novembru 2003</DATE> sat‑<DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE>, qabel ma bbenefika, f’Settembru 2015, minn trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu b’effett mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>. Il-qorti tar-rinviju tirrileva, barra minn hekk, li t-trasformazzjoni ta’ tali relazzjoni ta’ xogħol fis-settur<?PAGE NO="9"?> privat minħabba użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat kellha effett retroattiv għad-data tal-konklużjoni tal-ewwel kuntratt ta’ xogħol. Dan kien jirriżulta għar-rikorrent fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari, teħid inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ tal-anzjanità miksuba bis-saħħa tal-kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, minn naħa, il-fatt li l-miżura adottata mil-leġiżlatur nazzjonali fis-settur privat tikkostitwixxi l-iktar protezzjoni wiesgħa li tista’ tiġi rrikonoxxuta lil ħaddiem ma jistax, fih innifsu, ikollu l-konsegwenza li jtaffi n-natura effettiva tal-miżuri nazzjonali applikabbli għall-ħaddiema li jaqgħu taħt is-settur pubbliku (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE> <NAME.CASE>Santoro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:166">EU:C:2018:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hemm lok li jiġi kkonstatat li t-teħid inkunsiderazzjoni tas-snin kollha maħduma abbażi ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat waqt il-ħatra tal-ħaddiem ikkonċernat bħala uffiċjal permanenti jekwivali għat-twettiq ta’ rikostituzzjoni sħiħa tal-karriera bħal dik li hija rriżervata għall-uffiċjali li għaddew minn kompetizzjoni. F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li d-dritt tal-Unjoni ma jobbligax lill-Istati Membri jittrattaw b’mod identiku lill-uffiċjali permanenti rreklutati fit-tmiem ta’ kompetizzjoni ġenerali u dawk irreklutati wara li kienu kisbu esperjenza professjonali fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, peress li din id-differenza fit-trattament tirriżulta mill-ħtieġa, minn naħa, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kwalifiki meħtieġa u n-natura tal-funzjonijiet li l-uffiċjali permanenti għandhom jieħdu r-responsabbiltà tagħhom u, min-naħa l-oħra, li jiġi evitat il-ħolqien ta’ diskriminazzjoni retroattiva fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Motter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑466/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:758">EU:C:2018:758</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li l-limitazzjoni tal-effett retroattiv tat-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol li minnha bbenefika F. Rossato tista’ tkun iġġustifikata, għall-inqas parzjalment, minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-settur pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, għandu jiġi enfasizzat li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-anzjanità rrikonoxxuta lil F. Rossato jibqa’ sew inqas mill-perijodu maħdum abbażi ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li Stat Membru għandu d-dritt, meta jiġi biex jimplimenta l-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas, li jieħu inkunsiderazzjoni l-bżonnijiet ta’ settur speċifiku bħal dak tat-tagħlim, dan id-dritt ma jistax jinftiehem b’mod li jippermettilu ma josservax l-obbligu li jipprevedi miżura xierqa sabiex jissanzjona debitament l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mascolo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2401">EU:C:2014:2401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Tali miżura għandha tkun, b’mod partikolari, hekk kif tfakkar fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, proporzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni, minn naħa, tal-ġustifikazzjoni possibbli tal-limitazzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-anzjanità miksuba abbażi ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, u, min-naħa l-oħra, tat-tul partikolarment twil tal-abbuż li F. Rossato kien suġġett għalih, it-teħid inkunsiderazzjoni b’mod retroattiv tal-anzjanità tiegħu għall‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> jikkostitwixxi miżura ta’ natura proporzjonata sabiex jiġi debitament issanzjonat dan l-abbuż u sabiex jitħassru l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 28 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, hekk kif applikata mill-qrati supremi nazzjonali, teskludi, għal għalliema li jaqgħu taħt is-settur pubbliku li bbenefikaw mit-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’effett retroattiv limitat, kull dritt għal<?PAGE NO="10"?> kumpens finanzjarju minħabba l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, meta tali trasformazzjoni la hija inċerta, la hija imprevedibbli u lanqas hija aleatorja u meta l-limitazzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-anzjanità miksuba bis-saħħa tal-imsemmija kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat tikkostitwixxi miżura proporzjonata sabiex jiġi ssanzjonat dan l-abbuż, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit‑<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat‑<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, hekk kif applikata mill-qrati supremi nazzjonali, teskludi, għal għalliema li jaqgħu taħt is-settur pubbliku li bbenefikaw mit-trasformazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom għal żmien determinat f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’effett retroattiv limitat, kull dritt għal kumpens finanzjarju minħabba l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, meta tali trasformazzjoni la hija inċerta, la hija imprevedibbli u lanqas hija aleatorja u meta l-limitazzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-anzjanità miksuba bis-saħħa tal-imsemmija kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat tikkostitwixxi miżura proporzjonata sabiex jiġi ssanzjonat dan l-abbuż, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>