IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.7.2020
COM(2020) 344 final
2020/0159(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd fl-2020 fl-Unjoni u fl-ilmijiet mhux tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.7.2020
COM(2020) 344 final
2020/0159(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd fl-2020 fl-Unjoni u fl-ilmijiet mhux tal-Unjoni
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, fil-każ ta' bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Normalment dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati diversi drabi fil-perjodu li matulu jkunu fis-seħħ.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-politika
Il-miżuri proposti huma mfassla f’konformità mal-objettivi u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-miżuri proposti huma konsistenti ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
L-obbligi tal-Unjoni għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jirriżultaw mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku l-ġdid tal-PKS.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.
•Proporzjonalità
Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: il-PKS hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.
•Għażla tal-istrument
L-istrument propost: Regolament.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-proposta tqis il-kummenti li l-partijiet ikkonċernati, il-Kunsilli Konsultattivi, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi għamlu matul is-sena, u l-kummenti tagħhom tqiesu meta kienu qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Proposta tissejjes fuq il-parir xjentifiku 1 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd huwa ċirkoskritt bl-Artikolu 43(3) tat-Trattat.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Mhux applikabbli.
•Drittijiet fundamentali
Mhux applikabbli.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-miżuri proposti mhu se jkollhom l-ebda implikazzjoni baġitarja.
5.ELEMENTI OĦRA
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-emenda proposta tfittex li timmodifika r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 kif deskritt hawn taħt.
L-inċova fis-subżoni 9 u 10
L-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF hija speċi b’ħajja qasira, li l-istħarriġ għaliha ġie konkluż f’Mejju. Il-perjodu għall-qabda totali permissibbli (TAC) huwa stabbilit mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Dan jiżgura li l-opportunitajiet tas-sajd huma bbażati fuq l-aħjar valutazzjoni possibbli tar-reklutaġġ annwali ta’ din l-ispeċi b’ħajja qasira.
Fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123, it-TAC għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF, applikabbli mill 1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 ġiet stabbilita għal żero sakemm jingħata l-parir xjentifiku l-ġdid. Fit-tieni emenda tal-opportunitajiet tas-sajf għall-2020, it-TAC proviżorja ta’ 4 018 tunnellata ġiet stabbilita sat-30 ta’ Settembru 2020 biex is-sajd jitħalla jitkompla. Il-parir xjentifiku nħareġ fit-18 ta’ Ġunju 2020. It-TAC għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju 2020, jenħtieġ li għalhekk jiġi emendat f’konformità mal-aħħar parir xjentifiku mill-ICES.
Aċċess għall-istokkafixx fl-Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe
Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn il-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni Ewropea għall-2020, iż-żewġ partijiet qablu li jagħtu lil xulxin aċċess reċiproku għall-ilmijiet ta’ xulxin għas-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 fil-limiti ta’ 37 500 tunnellata kull wieħed. Kundizzjoni speċjali tillimita l-ammont ta’ kemm stokkafixx jistgħu jistadu l-Istati Membri mill-kwoti tagħhom stess fl-Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe għal ċertu perċentwal tas-sehem totali tal-UE. Dan il-perċentwal jenħtieġ li jirrappreżenta l-proporzjon tad-drittijiet tal-aċċess tal-UE ta’ 37 500 tunnellata meta mqabbel mas-sehem totali tal-UE ta’ 326 484 tunnellata. Dan jammonta għal perċentwal ta’ 11,4 %, li huwa l-ammont li Stati Membri jistgħu jistadu mill-kwoti proprji tagħhom fl-Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe. Dan il-perċentwal, attwalment stabbilit għal 7 %, jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.
Aċċess għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE
Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar arranġamenti għas-sajd apposta fir-rigward tal-ġestjoni tal-istokkafixx u tal-aringi Norveġiżi (Atlantu-Skandjani) li jirriproduċu fir-rebbiegħa għall-2020, iż-żewġ partijiet ingħataw il-permess li jistadu 190 809 tunnellata ta’ stokkafixx fl-ilmijiet ta’xulxin. Kundizzjoni speċjali tillimita l-aċċess tan-Norveġja għas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4a għal 40 000 tunnellata (f’konformità mar-Rekord Maqbul dwar il-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea għall-2020). Dan il-limitu tal-qbid fiż-żona 4a jammonta għal 21 % tal-kwota tal-aċċess totali tan-Norveġja fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30' N u 7 fil-Punent ta’ 12° W. Dan il-perċentwal, attwalment stabbilit għal 18 %, jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.
Opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland
Il-protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u Greenland jipprevedi li l-Unjoni tirċievi 7,7 % tal-qabda totali disponibbli għall-kapelin (Mallotus villosus) li jinqabad fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES. Wara l-parir mill-ICES ta’ 169 520 tunnellata, u f’konformità mal-Protokoll dwar is-Sajd bejn l-UE u Greenland, fit-12 ta’ Ġunju 2020 Greenland offriet 13 053 tunnellata ta’ kapelin lill-Unjoni Ewropea. L-istaġun tas-sajd għal din it-TAC jibda fl-20 ta’ Ġunju 2020 u jispiċċa fil-15 ta’ April 2021. Fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123, it-tabella tat-TAC għall-kapelin ġiet stabbilita għal żero għall-perjodu bejn l-20 ta’ Ġunju 2019 u t-30 ta’ April 2020, u għalhekk jenħtieġ li tiġi emendata skont dan għall-perjodu bejn l-20 ta’ Ġunju 2020 u l-15 ta’ April 2021.
Konsultazzjoni mar-Renju Unit
Billi dan ir-Regolament jeħtieġ jiġi adottat matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Kummissjoni se tikkonsulta lir-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 130(1) ta’ dak il-Ftehim.
2020/0159 (NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd fl-2020 fl-Unjoni u fl-ilmijiet mhux tal-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 2 1 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.
(2)Fir-Regolament (UE) 2020/123, il-qabda totali permissibbli (TAC) għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF ġiet stabbilita għal żero. Fit-tieni emenda 3 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123, ġiet stabbilita TAC proviżorja biex is-sajd jitħalla jitkompla. L-inċova hija speċi b’ħajja qasira u l-parir xjentifiku nħareġ fit-18 ta’ Ġunju 2020. Il-limiti tal-qbid għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF, jenħtieġ li jiġu emendati f’konformità mal-aħħar parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u stabbiliti għal 15 699 tunnellata.
(3)Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn il-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni Ewropea għall-2020, iż-żewġ partijiet qablu li jagħtu lil xulxin aċċess reċiproku għall-ilmijiet ta’ xulxin għas-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 bil-limitu ta’ 37 500 tunnellata. Kundizzjoni speċjali fit-tabella tat-TAC tagħti aċċess lill-Unjoni għall-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe u tillimita, fl-għamla ta’ perċentwal tas-sehem totali tal-Unjoni, l-ammont ta’ stokkafixx li l-Istati Membri jistgħu jistadu mill-kwoti tagħhom stess fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe. Dan il-perċentwal jenħtieġ li jirrappreżenta l-proporzjon tad-drittijiet tal-aċċess tal-Unjoni ta’ 37 500 tunnellata meta mqabbel mas-sehem totali tal-UE ta’ 326 484 tunnellata ta’ stokkafixx. Dan jammonta għal perċentwal ta’ 11,4 %, li huwa l-ammont li Stati Membri jistgħu jistadu għalih mill-kwoti proprji tagħhom fl-Ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe. Dan il-perċentwal, attwalment stabbilit għal 7 %, jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.
(4)Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar arranġamenti għas-sajd apposta fir-rigward tal-ġestjoni tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou) u tal-aringi Norveġiżi (Atlantu-Skandjani) li jirriproduċu fir-rebbiegħa għall-2020, iż-żewġ partijiet ingħataw il-permess li jistadu 190 809 tunnellata ta’ stokkafixx fl-ilmijiet ta’xulxin. Fit-tabella tat-TAC għall-istokkafixx li tippermetti l-aċċess lin-Norveġja għas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30' N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, kundizzjoni speċjali tillimita l-qabda fiż-żona 4a biex ma tkunx iktar minn 40 000 tunnellata (f’konformità mar-Rekord Maqbul dwar il-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea għall-2020). Dan il-limitu tal-qbid fiż-żona 4a jammonta għal 21 % tal-kwota tal-aċċess tan-Norveġja. Dan il-perċentwal, attwalment stabbilit għal 18 %, jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.
(5)Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland min-naħa l-oħra 4 , u l-Protokoll 5 tiegħu, jipprevedi li l-Unjoni jeħtieġ tirċievi 7,7 % tat-total tal-qabda disponibbli għall-kapelin (Mallotus villosus) li jinqabad fl-ilmijiet ta’ Greenland fis-subżoni 5 u 14 tal-ICES. F’konformità mal-Protokoll, fit-12 ta’ Ġunju 2020; Greenland offriet 13 053 tunnellata ta’ kapelin lill-Unjoni Ewropea biex jinqabad bejn l-20 ta’ Ġunju 2020 u l-15 ta’ April 2021. Għalhekk, jenħtieġ li t-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin tiġi emendata skont dan.
(6)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/123 jiġi emendat skont dan.
(7)Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2020/123 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020 għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30' N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, mill-20 ta’ Ġunju 2020 għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES, u mill-1 ta’ Lulju 2020 għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1. tas-CECAF. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid, jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ mill-iktar fis possibbli u jenħtieġ li japplikaw retroattivament għall-istokkafixx mill-1 ta’ Jannar 2020, għall-kapelin mill-20 ta’ Ġunju 2020, u għall-inċova mill-1 ta’ Lulju 2020. It-tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.
(8)Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (UE) 2020/123
L-Annessi IA u IB tar-Regolament (UE) 2020/123 huma emendati kif ġej:
(1)L-Anness IA huwa emendat kif ġej:
(a)It-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“
|
Speċi: |
Inċova |
Żona: |
9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF |
||||
|
|
Engraulis encrasicolus |
|
(ANE/9/3411) |
|
|||
|
Spanja |
|
7 494 |
(1) |
TAC prekawzjonarja |
|
|
|
|
Il-Portugall |
8 175 |
(1) |
|||||
|
L-Unjoni |
15 669 |
(1) |
|||||
|
TAC |
15 669 |
(1) |
|||||
|
(1) |
Il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
||||||
”;
(b)Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14, in-nota f’qiegħ il-paġna 1 tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“(1) Kundizzjonijiet speċjali: fil-limitu ta’ kwantità totali tal-aċċess ta’ 37 500 tunnellata għall-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaqbdu mhux iżjed minn dan il-perċentwal tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 11,4 %.”;
(c)Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30' N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, in-nota f’qiegħ il-paġna 2 tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“(2) Kundizzjonijiet speċjali: fiż-żona 4a ma għandux jinqabad iktar mill-ammont li ġej (WHB/*04A-C): 40 000
Dan il-limitu tal-qbid fiż-żona 4a jammonta għall-perċentwal li ġej mill-kwota tal-aċċess tan-Norveġja:
21 %”;
(2)Fl-Anness IB, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14 tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“
|
Speċi: |
Kapelin |
|
Żona: |
L-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14 |
|
|
Mallotus villosus |
|
(CAP/514GRN) |
|
|
Id-Danimarka |
2 595 |
TAC analitika |
||
|
Il-Ġermanja |
113 |
Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 |
||
|
L-Iżvezja |
186 |
Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 |
||
|
Ir-Renju Unit |
24 |
|||
|
L-Istati Membri kollha |
134 |
(1) |
||
|
L-Unjoni |
3 053 |
(2) |
||
|
In-Norveġja |
10 000 |
(2) |
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|||
|
(1) |
Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jista’ jkollhom aċċess għall-kwota ta’ “L-Istati Membri Kollha” biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri b'iżjed minn 10 % tal-kwota tal-Unjoni ma għandhom bl-ebda mod ikollhom aċċess għall-kwota ta' “L-Istati Membri kollha”. |
|||
|
(2) |
Għall-perjodu tas-sajd mill-20 ta’ Ġunju 2020 sal-15 ta’ April 2021.” |
|
||
”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1), il-punt (a) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020, u l-punti (b) u (c) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020.
L-Artikolu 1(2) għandu japplika mill-20 ta’ Ġunju 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President