02010D0638 — MT — 24.10.2017 — 009.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 280 26.10.2010, p. 10) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 76 |
59 |
22.3.2011 |
||
|
L 281 |
28 |
28.10.2011 |
||
|
L 74 |
8 |
14.3.2012 |
||
|
L 299 |
45 |
27.10.2012 |
||
|
L 280 |
25 |
22.10.2013 |
||
|
L 111 |
83 |
15.4.2014 |
||
|
L 301 |
33 |
21.10.2014 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1923 tas-26 ta' Ottubru 2015 |
L 281 |
9 |
27.10.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1839 tas-17 ta' Ottubru 2016 |
L 280 |
32 |
18.10.2016 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1934 tat-23 ta' Ottubru 2017 |
L 273 |
10 |
24.10.2017 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/638/PESK
tal-25 ta’ Ottubru 2010
dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
▼M6 —————
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom tal-persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala li huma responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea, u tal-persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad liċ-ċittadini tiegħu stess dħul fit-territorju tiegħu.
3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:
(a) bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
(b) bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha;
(c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew
(d) taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
4. Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anki f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitant għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Ginea.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija dment li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.
Artikolu 4
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta’, huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala li huma responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness.
3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:
(a) meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;
(b) maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;
(c) maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji jew ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew
(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.
Stati Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
4. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fl-Artikolu 4(1) tkun ġiet inkluża fl-Anness jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;
(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b’dan ir-rahan jew rikonoxxuti bħala validi f’din is-sentenza, fil-limiti ffissati bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
(c) ir-rahan jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u
(d) ir-rikonoxximent li r-rahan jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
Stati Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
5. Il-Paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
(a) mgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK,
dment li kwalunkwe mgħax, qligħ u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 5
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-lista li tidher fl-Anness kif meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Ginea.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna kkonċernata skont il-każ.
Artikolu 6
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-UE għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Il-Posizzjoni Komuni 2009/788/PESK hija b'dan revokata.
Artikolu 8
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta' Ottubru 2018. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, skont kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
ANNESS
Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3 u 4
|
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità, eċċ.) |
Raġunijiet |
|
1. |
Kaptan Moussa Dadis CAMARA |
d.t.t: 01.01.64 jew 29.12.68 Pass: R0001318 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
|
2. |
Kmandant Moussa Tiégboro CAMARA |
d.t.t: 01.01.68 Pass: 7190 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
|
3. |
Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY |
d.t.t: 26.02.57 Pass: 13683 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
|
4. |
Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ |
|
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
|
5. |
Logutenent Jean-Claude PIVI (psewdonomu Coplan) |
d.t.t: 01.01.60 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |