|
12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 154/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 14/2008
ta’ l-1 ta' Frar 2008
li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 169/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/457/KE tal-21 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/689/KE, 2002/739/KE, 2002/740/KE, 2002/741/KE u 2002/747/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE tal-21 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta Komunitarja għas-spapen, shampoos u conditioners tax-xagħar (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud fil-punti 2c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/689/KE) u 2o (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE):
|
|
2. |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma’ punti 2v (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/739/KE), 2w (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/740/KE) u 2x (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE): “, kif emendat b'li ġej:
|
|
3. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2x (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/457/KE u 2007/506/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 124, 8.5.2008, p. 37.
(2) ĠU L 173, 3.7.2007, p. 29.
(3) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 36.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.