|
20.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/4 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal- ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 130 tas-17 ta’ Mejju 2019 )
|
1. |
Fil-paġna 29, l-Artikolu 50(1), |
minflok:
“1. Xorb spirituż li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iżda li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li jkun ġie prodott qabel il-25 ta’ Mejju 2021 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.”,
aqra:
“1. Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li ġew prodott qabel il-25 ta’ Mejju 2021 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il- ħażniet.”;
|
2. |
Fil-paġna 45, l-Anness I, il-kategorija 34, il-punt (d), |
minflok:
|
“(d) |
Il-materja prima użata għandha teskludi prodotti tal-ħalib.”, |
aqra:
|
“(d) |
Il-materja prima użata għandha teskludi l-ħalib u prodotti tal-ħalib.”; |
|
3. |
Fil-paġna 46, l-Anness I, il-kategorija 39, il-punt (d), |
minflok:
|
“(d) |
Fil-produzzjoni ta’ likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat jistgħu jintużaw prodotti tal-ħalib.”, |
aqra:
|
“(d) |
Fil-produzzjoni ta’ likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat jistgħu jintużaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib.”; |
|
4. |
Fil-paġna 46, l-Anness I, il-kategorija 40, il-punt (d), |
minflok:
|
“(d) |
Fil-produzzjoni ta’ likur bil-bajd jistgħu jintużaw prodotti tal-ħalib.”, |
aqra:
|
“(d) |
Fil-produzzjoni ta’ likur bil-bajd jistgħu jintużaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib.”. |