IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.9.2025
COM(2025) 492 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju tad-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati, skont l-Artikoli 5(1) u 50 tad-Direttiva (UE) 2016/797
1.Introduzzjoni
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea () jagħti setgħat lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50 ta’ dik id-Direttiva, għal perjodu ta’ ħames snin, mill-15 ta’ Ġunju 2016, u estiż b’mod taċitu għal perjodi tal-istess durata.
Dan ir-rapport jikkonċerna s-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati u jelenka l-atti adottati mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tagħha għall-perjodu mit-13 ta’ Jannar 2022, id-data tar-rapport preċedenti (), sas-16 ta’ Settembru 2025.
2.Bażi legali għar-rapport
Skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2016/797/UE, il-Kummissjoni hija meħtieġa tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin.
3.Eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797 jipprovdi lill-Kummissjoni bis-setgħa li tadotta atti delegati dwar:
(a)l-ambitu ġeografiku u tekniku tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi ta’ Interoperabbiltà ((TSIs, Technical Specifications for Interoperability);
(b)ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli;
(c)il-lista ta’ kondizzjonijiet regolatorji, tekniċi u operazzjonali li għandhom jiġu armonizzati fil-livell tas-subsistemi u fil-livell tal-interfaċċi bejn is-subsistemi u l-livell ta’ armonizzazzjoni mistenni tagħhom;
(d)il-proċeduri speċifiċi ferrovjarji biex tiġi vvalutata l-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-idoneità tagħhom għall-użu;
(e)il-proċeduri speċifiċi ferrovjarji għall-valutazzjoni tal-verifika “KE” tas-subsistemi;
(f)il-kategoriji tal-persunal involut fl-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-subsistemi kkonċernati u l-objettivi ġenerali biex jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kwalifiki professjonali u l-kondizzjonijiet ta’ saħħa u sikurezza għall-persunal ikkonċernat;
(g)kwalunkwe element ieħor li jeħtieġ li jitqies biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà f’konformità mal-Artikolu 1(1) u (2) fis-sistema ferrovjarja tal-UE, bħall-allinjament tat-TSIs mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej u internazzjonali.
Fil-perjodu kopert minn dan ir-rapport, il-Kummissjoni ma eżerċitatx is-setgħat tagħha skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Il-Kummissjoni tqis li l-qafas regolatorju eżistenti huwa biżżejjed biex jiżgura l-istabbiltà u l-effiċjenza tas-sistema ferrovjarja Ewropea.
Fil-perjodu preċedenti u li għadu fis-seħħ, il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħa tagħha skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797 li tadotta d-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (). Din id-Deċiżjoni Delegata tistabbilixxi sett koerenti ta’ objettivi speċifiċi li jenħtieġ li jkunu integrati fit-TSIs sabiex itejbu l-interoperabbiltà filwaqt li tagħmel possibbli l-faċilitazzjoni, it-titjib u l-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju fl-Unjoni u ma’ pajjiżi mhux tal-UE u tikkontribwixxi għat-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u l-kisba progressiva tas-suq intern.
4.Konklużjonijiet
B’dan ir-rapport, il-Kummissjoni tikkonforma mal-obbligu ta’ rapportar stabbilit fl-Artikolu 50(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.