6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 84/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2010/41/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (3) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 21 (Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE) fl-Anness XVIII għall-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2012 b’dan li ġej:

“ 32010 L 0041: Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2010/41/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 171, 30.6.2011, p. 42.

(2)   ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.