11.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/940

tal-4 ta’ Mejju 2023

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 635(1) ta’ dak il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 82(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2021/689.

(2)

It-Titolu VIII tal-Parti Tlieta tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jissupplimenta d-dispożizzjonijiet, u jiffaċilita l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali, magħmula fi Strasburgu fl-20 ta’ April 1959, il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, magħmul fi Strasburgu fis-17 ta’ Marzu 1978, u t-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, magħmul fi Strasburgu fit-8 ta’ Novembru 2001.

(3)

Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali u l-Att tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4) japplikaw skont it-Trattati.

(4)

Skont l-Artikolu 635(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja għandu l-obbligu li jikkommetti li jistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka billi jadotta anness għal dak il-Ftehim. F’konformità mal-Artikolu 635(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jekk il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi tali formola standard, it-talbiet għal assistenza reċiproka jridu isiru bl-użu ta’ dik il-formola standard.

(5)

Il-formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka ser tiffaċilita l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra, billi tindika l-informazzjoni kollha meħtieġa li talba jenħtieġ li jkun fiha.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja.

(7)

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni huwa vinkolanti għall-Istati Membri kollha bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2021/689, li hija bbażata fuq l-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażi ġuridika sostantiva tagħha.

(8)

Id-Danimarka u l-Irlanda huma marbuta bil-Parti Tlieta tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2021/689 u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li timplimenta l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka hija stabbilita fl-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ dak il-Kumitat Speċjalizzat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2.

(2)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.

(3)  Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

(4)   ĠU C 197, 12.7.2000, p. 1.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI NRU … TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT STABBILIT PERMEZZ TAL-ARTIKOLU 8(1)(r) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MIN-NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA,

ta’…

li tistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka (2023 (1)/…)

IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR L-INFURZAR TAL-LIĠI U L-KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 635(1) tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness 50 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka f’materji kriminali kif stipulat fl-Appendiċi ta’ din id-Deċiżjoni huwa b’dan adottat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Il-Kopresidenti


(1)  Skont ir-Regola 9(2) tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, is-Segretarjat għandu jirreġistra kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni b’numru tas-serje u b’referenza għad-data tal-adozzjoni tagħha.


Appendiċi

ANNESS 50 għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni

TALBA GĦAL ASSISTENZA REĊIPROKA F’MATERJI KRIMINALI

Din il-formola għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti li għalihom tapplika skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

L-informazzjoni pprovduta trid tkun rilevanti u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tiġi eżegwita din it-talba, f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-protezzjoni tad-data.

TAQSIMA A

Referenza tal-Każ: …

Stat Rikjedenti: …

Awtorità Rikjedenti: …

Stat Rikjest: . …

Awtorità Li Ssirilha t-Talba (jekk magħrufa): …

TAQSIMA B:   Urġenza

Jekk jogħġbok indika jekk hemmx xi urġenza minħabba:

☐

Evidenza li tinħeba jew tinqered

☐

Data tal-proċess imminenti

☐

Persuna f’kustodja

☐

Perjodu ta’ preskrizzjoni li jkun se jiskadi

☐

Kwalunkwe raġuni oħra

Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt:

…

Il-limiti ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tat-talba huma stabbiliti fl-Artikolu 640 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Madankollu, jekk din it-talba tkun urġenti u/jew teħtieġ azzjoni sa/f’data speċifika, jekk jogħġbok speċifika u spjega r-raġuni għal dan: …

…

TAQSIMA C:   Kunfidenzjalità

☐

Din it-talba hija kunfidenzjali

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni addizzjonali fejn rilevanti: …

…

TAQSIMA D:   Relazzjoni ma’ talba għal assistenza preċedenti jew simultanja

Jekk jogħġbok identifika kwalunkwe azzjoni meħuda f’dawn il-proċedimenti jew f’dawk relatati biex din l-evidenza tiġi mfittxija permezz ta’ mezzi oħra, fejn applikabbli. Jekk jogħġbok indika jekk din it-talba għal assistenza reċiproka tissupplimentax talba/talbiet għal assistenza preċedenti jew kwalunkwe talba għal assistenza simultanja lill-Istat Rikjest u, jekk rilevanti, lil Stat ieħor.

☐   Impenn preċedenti mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, prosekuturi jew awtoritajiet oħra

Ipprovdi dettalji ta’ kwalunkwe kuntatt minn qabel mill-Istat rikjedenti inkluż l-isem tal-Istat, l-awtorità kkuntattjata, id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti u kwalunkwe numru ta’ referenza tal-każ: …

…

…

☐   Talba preċedenti relatata jew simultanja għal assistenza reċiproka jew Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea

Ipprovdi informazzjoni rilevanti biex tidentifika t-talbiet l-oħra inkluż l-isem tal-Istat, l-awtorità li t-talba ġiet trażmessa lilha, id-data tat-talba, u n-numri ta’ referenza mogħtija mill-awtoritajiet rikjedenti u li ssirilhom it-talba:. …

…

…

☐   Oħra

Jekk rilevanti, ipprovdi informazzjoni relatata ma’ din it-talba l-oħra għal assistenza: …

…

…

TAQSIMA E:   Raġuni tat-talba

1.   Klassifikazzjoni tar-reat(i)

Biex jiġi żgurat li din it-talba tintbagħat lis-sede xierqa, x’inhi n-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) li għalih(om) issir it-talba: …

…

…

Jekk jogħġbok ipprovdi l-piena massima, it-termini preskrittivi u jekk applikabbli, it-test tad-dispożizzjoni/kodiċi statutorja inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-pieni:

…

…

2.   Espożizzjoni fil-qosor tal-fatti

Deskrizzjoni tal-imġiba li wasslet għar-reat(i) li fir-rigward tiegħu qiegħda tintalab l-assistenza u sommarju tal-fatti sottostanti: …

…

…

Għan-notifika tad-dokumenti proċedurali u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, jekk jogħġbok ipprovdi sommarju qasir tad-dokument(i) u/jew tad-deċiżjoni(jiet) li għandhom jiġu nnotifikati, jekk dan ma jkunx disponibbli bil-lingwa tal-Istat rikjest: …

…

Għal talbiet oħra, jekk jogħġbok iddeskrivi kif l-evidenza/miżura li qed tfittex li tikseb tista’ tgħin fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reat(i): …

…

Stadju tal-investigazzjoni/proċedimenti:

☐

investigazzjoni

☐

prosekuzzjoni

☐

proċess

☐

ieħor, speċifika: …

…

…

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-kisba ta’ din l-evidenza, jekk applikabbli: …

…

…

Kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat rikjedenti jqis utli għall-awtorità ta’ eżekuzzjoni fl-eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza, jekk applikabbli: …

…

…

3.   Dan ir-reat huwa Reat ta’ Sewqan imsemmi fl-Artikolu 640(6) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni:

☐

Iva

☐

Le

4.   Tipi ta’ proċedimenti li t-talba qiegħda tinħareġ għalihom:

☐

proċedimenti fir-rigward ta’ reati li l-piena tagħhom, fil-mument tat-talba għall-assistenza, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat rikjedenti

☐

proċedimenti mressqa mill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ atti li huma punibbli taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat rikjedenti jew rikjest billi huma ksur tar-regoli tal-liġi, meta d-deċiżjoni tista’ twassal għal proċedimenti quddiem qorti li jkollha ġuriżdizzjoni b’mod partikolari f’materji kriminali.

TAQSIMA F:   L-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati

Jekk jogħġbok ipprovdi biss informazzjoni li hija rilevanti u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal din it-talba. Jekk aktar minn persuna waħda hija kkonċernata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull persuna.

1.

Agħti l-informazzjoni kollha, sa fejn tkun magħrufa, dwar l-identità tal-persuna/i kkonċernata/i mill-miżura:

(i)

Fil-każ ta’ persuna/i fiżika/fiżiċi

Kunjom: …

Isem/ismijiet: …

Isem/ismijiet rilevanti ieħor/oħra, jekk applikabbli: …

Psewdonimi, jekk applikabbli: …

Sess: …

Nazzjonalità: …

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali: …

Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità (karta tal-identità, passaport), jekk disponibbli:

…

Data tat-twelid: …

Post tat-twelid: …

Residenza u/jew indirizz magħruf; jekk l-indirizz mhux magħruf, agħti l-aħħar indirizz magħruf:

…

Post tax-xogħol (inklużi d-dettalji ta’ kuntatt): …

Dettalji oħra ta’ kuntatt (email, nru tat-telefown): …

Lingwa/i li l-persuna tifhem: …

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-pożizzjoni li l-persuna kkonċernata għandha fil-proċedimenti:

☐

Persuna suspettata jew akkużata

☐

Vittma

☐

Xhud

☐

Espert

☐

Parti Terza

☐

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika): …

(ii)

Fil-każ ta’ persuna/i ġuridika/ġuridiċi

Isem: …

Għamla ta’ persuna ġuridika: …

Isem imqassar, isem ta’ użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli:

…

Sede/uffiċċju reġistrat(a): …

Numru tar-reġistrazzjoni: …

Indirizz tal-persuna ġuridika: …

Dettalji oħra ta’ kuntatt (email, nru tat-telefown): …

Isem ir-rappreżentant tal-persuna ġuridika: …

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-pożizzjoni li l-persuna kkonċernata għandha fil-proċedimenti:

☐

Persuna suspettata jew akkużata

☐

Vittma

☐

Xhud

☐

Espert

☐

Parti Terza

☐

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika): …

2.

Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti:

…

…

TAQSIMA G:   Miżura rikjesta

1.

Jekk jogħġbok speċifika l-miżura rikjesta:

☐

Perkwiżizzjoni u sekwestru (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H1)

☐

Forniment ta’ dokumenti u/jew rekords tal-operat

☐

Forniment ta’ materjal b’rabta mal-banek jew informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H2)

☐

Notifika ta’ dokumenti proċedurali u deċiżjonijiet ġudizzjarji bl-assistenza tal-Istat rikjest

☐

Ksib ta’ informazzjoni jew evidenza li tkun diġà fil-pussess tal-Istat rikjest

☐

Ksib ta’ informazzjoni li tinsab fil-bażijiet tad-data miżmuma mill-pulizija jew mill-awtoritajiet ġudizzjarji

☐

Dikjarazzjonijiet u Smigħ (Jekk din tiġi mmarkata, iridu jimtlew it-Taqsima F (L-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati) u t-Taqsima I (Formalitajiet u proċeduri mitluba għall-eżekuzzjoni):

☐

xhud

☐

espert

☐

persuna suspettata jew akkużata

☐

vittma

☐

parti terza

☐

Smigħ b’vidjokonferenza, konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra. (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H4):

☐

xhud

☐

espert

☐

persuna suspettata jew akkużata

☐

vittma

☐

parti terza

☐

Ksib ta’ data dwar l-abbonat/l-entità (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H3)

☐

Ksib ta’ data dwar it-traffiku/l-eventi (inkluża dwar il-lokalizzazzjoni) (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H3)

☐

Ksib ta’ data dwar il-kontenut (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H3)

☐

Miżura investigattiva li timplika l-ġbir ta’ evidenza fi żmien reali, kontinwament u matul ċertu perjodu ta’ żmien:

☐

monitoraġġ ta’ operazzjonijiet bankarji jew finanzjarji oħra

☐

konsenji kkontrollati

☐

oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

☐

Miżura/i proviżorja/i għall-fini tal-preservazzjoni tal-evidenza, ta’ żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti jew ta’ protezzjoni ta’ interessi legali fil-periklu (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H5)

☐

Trasferiment temporanju ta’ persuna miżmuma f’kustodja lejn l-Istat rikjedenti (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H6)

☐

Trasferiment temporanju ta’ persuna miżmuma f’kustodja lejn l-Istat rikjest (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H6)

☐

Investigazzjoni sigrieta (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H7)

☐

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

…

…

2.

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-assistenza meħtieġa, u, jekk magħrufa, il-postijiet fejn tinsab/huwa maħsub li tinsab l-evidenza u kwalunkwe informazzjoni neċessarja li hemm bżonn biex titwettaq din il-miżura. Biex titlob li tiġi osservata kwalunkwe formalità jew proċedura, jekk jogħġbok ara t-taqsima I: …

…

…

…

TAQSIMA H:   Rekwiżiti addizzjonali għal ċerti miżuri

Imla t-taqsimiet rilevanti għall-miżura/i investigattiva/i rikjesta/i:

TAQSIMA H1:   Perkwiżizzjoni u sekwestru

Persuna fiżika jew ġuridika marbuta mal-perkwiżizzjoni. Jekk aktar minn waħda, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji għal kull waħda:

…

…

Bini li għandha ssir il-perkwiżizzjoni tiegħu. Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji dwar kif il-persuna hija kkollegata mal-bini. Jekk aktar minn waħda, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull waħda: …

…

…

Liema evidenza qiegħda tiġi mfittxija? Identifika l-materjal li trid tipperkwiżixxi f’kemm jista’ jkun dettall: …

…

…

Għaliex temmen li l-evidenza x’aktarx li tinsab fil-post imsemmi hawn fuq u li hija rilevanti u ta’ valur sostanzjali għall-investigazzjoni: …

…

…

Hemm xi riskju li jinstab materjal privileġġat? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji:

…

…

…

Se jkun meħtieġ li xi uffiċjali tal-Istat rikjedenti jkunu preżenti waqt il-perkwiżizzjoni? (Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima I):

☐

Iva

☐

Le

Kwalunkwe informazzjoni magħrufa relatata ma’ investigazzjonijiet fi stati oħra li jista’ jkollha impatt fuq din it-talba ta’ perkwiżizzjoni u sekwestru: …

…

…

Jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata mal-perkwiżizzjoni u s-sekwestru:

…

TAQSIMA H2:   Għoti ta’ informazzjoni dwar kontijiet bankarji jew kontijiet finanzjarji oħra

Jekk aktar minn kont wieħed huwa kkonċernat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull kont.

Jekk jogħġbok speċifika liema informazzjoni qiegħda tintalab:

☐

Informazzjoni dwar kontijiet bankarji li għandha l-persuna jew li għandha l-prokura fir-rigward tagħhom

☐

Informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji oħra li għandha l-persuna jew li għandha l-prokura fir-rigward tagħhom

☐

Informazzjoni dwar operazzjonijiet bankarji:

☐

Rendikonti tal-Bank

☐

Dokumentazzjoni tal-ftuħ ta’ kontijiet bankarji

☐

Prokura jew intestatarju addizzjonali tal-kont bankarju

☐

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

☐

Informazzjoni dwar operazzjonijiet finanzjarji oħra:

☐

Rendikonti tal-Kontijiet Bankarji

☐

Dokumentazzjoni tal-ftuħ ta’ kontijiet bankarji

☐

Prokura jew intestatarju addizzjonali tal-kont bankarju

☐

Oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi:

 

Isem id-Detentur tal-Kont: …

 

Isem il-bank/istituzzjoni finanzjarja: …

 

L-IBAN jew in-Numru tal-Kont u l-Kodiċi li jidentifika l-Bank: …

 

Skala ta’ Żmien għat-tranżazzjonijiet: …

☐

Oħrajn (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

Jekk jogħġbok ipprovdi ġustifikazzjoni addizzjonali għaliex din l-evidenza x’aktarx li tkun rilevanti u ta’ valur sostanzjali għall-investigazzjoni, inkluża r-rabta tal-kont mar-reat imwettaq: …

…

…

Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li x’aktarx tkun meħtieġa biex tiġi eżegwita din it-talba: …

…

TAQSIMA H3:   Data dwar l-abbonat, it-traffiku, il-lokalizzazzjoni u l-kontenut

Tip ta’ data mitluba:

☐

Data dwar l-abbonat/l-entità (pereż. abbonament għal numru tat-telefown jew indirizz IP), speċifika: …

…

☐

Data dwar it-traffiku/l-eventi, speċifika: …

☐

Data ta’ lokalizzazzjoni, speċifika: …

☐

Data dwar il-kontenut (pereż. dump tal-web/kaxxa tal-posta elettronika jew log tal-messaġġi, snapshot), speċifika: …

…

☐

Oħra, speċifika: …

It-talbiet kollha għal data dwar l-abbonat, it-traffiku jew il-lokalizzazzjoni, u l-kontenut jirrikjedu l-informazzjoni segwenti:

☐

Data (JJ/XX/SSSS): …

☐

Kronogramma (ss:mm:ss): …

☐

Żona tal-Ħin: …

Ipprovdi dettalji ulterjuri biex tgħin fl-identifikazzjoni tad-data rikjesta:

☐

Indirizz IP (u n-Numru tal-port jekk applikabbli): …

☐

Numru/i tat-telefown: …

☐

Numru/i IMEI: …

☐

Oħrajn (Jekk jogħġbok speċifika): …

TAQSIMA H4:   Vidjokonferenza jew konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra

Jekk huwa rikjest smigħ b’vidjokonferenza jew konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra:

 

Jekk jogħġbok indika l-isem tal-awtorità li se tmexxi s-smigħ (jekk jogħġbok inkludi l-isem tal-persuna li se tmexxi s-smigħ/id-dettalji ta’ kuntatt/il-lingwa meta disponibbli): …

…

 

Data/i proposta/i (JJ/XX/SSSS): …

 

Ħin tal-bidu tal-konferenza (ss:mm:ss): …

 

Żona tal-ħin: …

 

Tul approssimattiv tas-smigħ: …

 

Dettalji tekniċi:

 

Isem is-sit: …

 

Sistema ta’ komunikazzjoni: …

 

Kuntatti tat-tekniku (lingwa): …

 

Data u ħin tal-prova qabel: …

 

Dettalji ta’ kuntatt għall-operatur tal-prova ta’ qabel jekk magħruf: …

 

L-arranġamenti lingwistiċi u ta’ interpretazzjoni: …

 

Kwalunkwe rekwiżit ieħor (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din): …

…

…

…

☐

Din it-talba tikkonċerna persuna akkużata jew il-persuna suspettata u s-smigħ huwa l-proċess ta’ din il-persuna, jew jifforma parti minnu

Raġuni(jiet) għaliex mhuwiex mixtieq jew possibbli għax-xhud jew l-espert li jattendi fiżikament:

…

Jekk jogħġbok speċifika jekk l-individwu, il-persuna suspettata jew akkużata tawx il-kunsens tagħhom:

☐

Iva

☐

Le

☐

Nitlob li jintalab il-kunsens tal-persuna qabel ma din it-talba tipproċedi

TAQSIMA H5:   Miżuri proviżorji

Jekk tintalab miżura proviżorja għall-fini tal-preservazzjoni tal-evidenza, ta’ żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti jew ta’ protezzjoni ta’ interessi legali fil-periklu, jekk jogħġbok indika jekk:

☐

l-oġġett għandux jiġi ttrasferit lill-Istat rikjedenti

☐

l-oġġett għandux jibqa’ fl-Istat rikjest; jekk jogħġbok indika data stmata:

 

għat-tneħħija tal-miżura proviżorja: …

 

għall-preżentazzjoni ta’ talba sussegwenti rigward l-oġġett:: …

TAQSIMA H6:   Trasferiment ta’ persuna miżmuma f’kustodja

(1)

Jekk qiegħed jiġi rikjest trasferiment temporanju lejn l-Istat rikjedenti ta’ persuna miżmuma f’kustodja għall-fini tal-investigazzjoni, jekk jogħġbok indika jekk il-persuna tatx il-kunsens tagħha għal din il-miżura:

☐ Le ☐ Nitlob li jintalab il-kunsens tal-persuna ☐ Iva

(2)

Jekk qiegħed jiġi rikjest trasferiment temporanju lejn l-Istat rikjest ta’ persuna miżmuma f’kustodja għall-fini ta’ investigazzjoni, jekk jogħġbok indika jekk il-persuna tatx il-kunsens tagħha għal din il-miżura:

☐Iva ☐ Le

Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali: …

TAQSIMA H7:   Investigazzjonijiet Sigrieti

Jekk jogħġbok indika r-raġunijiet għaliex tqis li l-miżura investigattiva sigrieta hija rilevanti għall-fini tal-proċedimenti kriminali:

…

…

…

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni segwenti:

(a)

Informazzjoni għall-fini li jiġi identifikat is-soġġett tal-investigazzjoni sigrieta: …

(b)

Id-data mixtieqa tal-bidu tal-miżura sigrieta u t-tul ta’ żmien tagħha: …

(c)

Dettalji tal-vetturi/indirizz tal-miżura sigrieta: …

(d)

Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-eżekuzzjoni ta’ din it-talba:

…

…

TAQSIMA I:   Formalitajiet u proċeduri mitluba għall-eżekuzzjoni

1.

Immarka u imla, jekk applikabbli

☐

Huwa mitlub li l-awtorità rilevanti/kompetenti tal-Istat rikjest tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri segwenti (inkluż kwalunkwe dritt/prekawzjoni/twissija li huwa meħtieġ li jiġu kkomunikati lill-persuna): …

…

2.

Immarka u imla, jekk applikabbli

☐

Huwa mitlub li uffiċjal wieħed jew diversi uffiċjali tal-Istat rikjedenti jkunu preżenti matul l-eżekuzzjoni tat-talba b’appoġġ għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat rikjedenti.

Isem, titolu tal-impjieg u dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjali:

…

…

Il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni, jekk differenti mil-lingwa indikata fit-taqsima J: …

…

In-natura tal-assistenza li għandha tingħata mill-uffiċjal(i) tal-Istat rikjedenti, u/jew kwalunkwe dettall ulterjuri rilevanti:

…

…

3.

Trażmissjoni sigura ta’ informazzjoni u/jew evidenza

Jekk jogħġbok speċifika rotta ta’ trażmissjoni elettronika sigura, f’każ li tiġi aċċettata t-trażmissjoni elettronika:

…

…

Jekk it-trażmissjoni elettronika ma tiġix aċċettata jew ma tkunx xierqa f’dan il-każ, jekk jogħġbok indika l-metodu ta’ trażmissjoni rikjest: …

…

TAQSIMA J:   Dettalji tal-awtorità li ħarġet it-talba

1.

Isem l-awtorità li ħarġet it-talba: …

Isem ir-rappreżentant/il-punt ta’ kuntatt: …

Indirizz: …

Nru tat-telefown: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt) …

Email: …

2.

Jekk differenti minn dan ta’ hawn fuq, isem l-awtorità li tmexxi l-investigazzjoni kriminali:

…

Isem u titolu ta’ uffiċjal li qiegħed iwettaq l-investigazzjoni kriminali: …

…

Indirizz: …

Numru tat-telefown: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt) …

Email: …

3.

Lingwi li bihom huwa possibbli li ssir komunikazzjoni mal-awtorità rikjedenti:

…

4.

Jekk differenti minn dawk ta’ hawn fuq, id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i li wieħed għandu jikkuntattja għal informazzjoni addizzjonali jew biex isiru l-arranġamenti prattiċi għat-trasferiment tal-evidenza:

Isem/Titolu/Organizzazzjoni: …

Indirizz: …

Email: …

Nru tat-Telefown ta’ Kuntatt: …

TAQSIMA K:   Firma

Billi niffirma din il-formola, niċċertifika li:

—

il-kontenut tat-talba kif stabbilit f’din il-formola huwa preċiż u korrett,

—

din it-talba nħarġet minn awtorità kompetenti,

—

il-ħruġ ta’ din it-talba huwa meħtieġ għall-fini tal-proċedimenti, u

—

il-miżuri investigattivi rikjesti setgħu ġew ordnati taħt l-istess kundizzjonijiet f’każ domestiku simili, u meta applikabbli nkisbet l-awtorizzazzjoni neċessarja.

Firma tal-awtorità rikjedenti u/jew tar-rappreżentant tagħha:

 

Isem: …

 

Kariga okkupata: …

 

Data: …

 

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):

 

Lista ta’ hemżiet (jekk applikabbli): …

…