|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/319 |
12.2.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/319
tal-11 ta’ Frar 2025
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (EUMA/1/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta’ Jannar 2023 dwar Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/162, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA), inkluż id-deċiżjoni biex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Frar 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/604 (2) li testendi l-mandat tas-Sur Markus RITTER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMA mill-21 ta’ Frar 2024 sad-19 ta’ Frar 2025. |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Frar 2025, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet li l-mandat tas-Sur Markus RITTER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUMA jiġi estiż mill-20 ta’ Frar 2025 sad-19 ta’ Frar 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Markus RITTER bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) huwa estiż mill-20 ta’ Frar 2025 sad-19 ta’ Frar 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 22, 24.1.2023, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/162/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/604 tat-13 ta’ Frar 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (EUMA/1/2024) (ĠU L, 2024/604, 16.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/604/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/319/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)