5.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/351

tat-2 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fiha, eżawrew il-kwota ta' nofs il-perjodu allokata lilhom għall-perjodu qabel l-1 ta' Lulju 2015.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk sat-30 ta' Ġunju 2015.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015 inklużi għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd diretta għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija fih jew li huma rreġistrati fihom, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness sat-30 ta' Ġunju 2015 inklużi.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

02/TQ104

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha)

Stokk

RED/N3M

Speċi

Redfish (Sebastes spp)

Żona

NAFO 3M

Perjodu tal-għeluq

Mis-6.2.2015 sat-30.6.2015