9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1129

tat-2 ta’ Ġunju 2023

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għas-sawrell fiż-żona 8C għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2023.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tas-sawrell li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fiż-żona 8 c, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2023.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2023 għall-Portugall għall-istokk tas-sawrell fiż-żona 8 c msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, iż-żamma fil-gaġeġ, it-tismin u l-ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti għandu jibqa’ awtorizzat għall-qbid li jsir qabel dik id-data.

3.   Il-qbid mhux intenzjonat tal-ispeċi minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandu jinġieb u jinżamm abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġi rreġistrat, jinħatt l-art u jinqata’ mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

01/TQ194

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

JAX/08C. (inkluża l-kundizzjoni speċjali JAX/* 09.)

Speċi

Sawrell (Trachurus spp.)

Żona

8c

Data tal-Għeluq

18.5.2023