Official Journal L 065 , 07/03/2002 P. 0012 - 0013
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 li jemenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokol li jemenda l-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2001 tat-23 ta' Novembru 2001 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/505/KE tal-25 ta' Lulju 2000 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KE: dwar il-kondizjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Kommunitarju fi, u importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tiġieġ u bajd li ser ifaqqas u li temenda id-Deċiżjoni 96/482/KE li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tat-tiġieg u l-bajd li ser ifaqqas tiegħu minn pajjiżi terzi inklużi l-miżuri għas-saħħa ta' l-annimali li għandhom japplikaw wara li tkun saret l-importazzjoni [2], għandha tiġi inkorporata f'din id-Deċiżjoni. (3) Din id-Deċiżjoni m'għandiex tapplika lill-Islanda u lil-iechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt numru 3 (Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) tal-Parti 8.1 ta' Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim: "- 32000 D 0505: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/505/KE tal-25 ta' Lulju 2000 (ĠU L 201, tad-9.8.2000, p. 8.)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni 2000/505/KE fil-lingwa tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fit-taqsima Supplimentari taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2001, jekk in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fil-parti Supplimentari taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Diċembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President B. Grydeland [1] ĠU L 22, ta' l-24.1.2002, p. 15. [2] ĠU L 201, tad-9.8.2000, p. 8. [3] L-ebda ħtiġijiet konsitituzzjonali m'huma indikati. --------------------------------------------------