Official Journal L 304 , 27/11/1999 P. 0014 - 0014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2502/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2166/83 li jistabbilixxi sistema ta' liċenzjar għal ċertu sajd f'żona fit-tramuntana ta' l-Iskozja (iż-żona Shetland) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 tal-20 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi sistema Komunitarja għas-sajd u l-akkwakultura [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1181/98 [2], u b' mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu, Billi: (1) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2166/83 tad-29 ta' Lulju 1983 li jistabbilixxi sistema ta' liċenzjar għal ċertu sajd f'żona fit-tramuntana ta' l-Iskozja (iż-żona Shetland) [3] jistabbilixxi l-proċedura għall-komunikazzjoni taċ-ċaqliq tal-bastimenti Komunitarji tas-sajd li joperaw fiż-żona involuta; (2) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/97 tad-29 ta' Lulju 1997 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 rigward sistemi ta' l-immonitorjar bis-satellita tal-bastimenti [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2445/1999 [5], jistabbilixxi l-fatti magħrufa ("data") speċifiċi illi l-bastimenti Komunitarji tas-sajd koperti b'sistemi ta' l-immonitorjar bis-satellita tal-bastimenti (VMS – vessel monitoring systems) huma meħtieġa illi jittrasmettu; (3) sabiex jitnaqqas it-toqol (ix-xogħol) fuq il-postijiet tas-sajd involuti, il-bastimenti li joperaw fiż-żona fit-tramuntana ta' l-Iskozja (iż-żona Shetland) li għaliha tapplika l-VMS u li jittrasmettu d-data (l-fatti magħrufa) mitluba permezz tal-VMS għandhom jiġu eżenti mill-ħteġijiet li jikkomunikaw iċ-ċaqliq tagħhom; (4) ir-Regolament (KEE) Nru 2166/83 għandu jiġi emendat kif jixraq; (5) il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tas-Sajd u l-Akkwakultura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-paragrafu li ġej huwa hawnhekk miżjud ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2166/83: "3. Madankollu, il-bastimenti Komunitarji tas-sajd li jaħdmu fiż-żona li għaliha japplikaw sistemi ta' l-immonitorjar bis-satellita (VMS) u li jittrasmettu d-data (l-fatti magħrufa) permezz tal-VMS bi qbil ma' l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/97 [6] għandhom jiġu eżenti mill-obbligu li jikkomunikaw iċ-ċaqliq tagħhom preskritt fil-paragrafu 1." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħul fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1. [2] ĠU L 164, tad-9.6.1998, p. 1. [3] ĠU L 206, tat-30.7.1983, p. 71. [4] ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 18. [5] ĠU L 298, tad-19.11.1999, p. 5. [6] ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 18. --------------------------------------------------