|
28.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9092 — EQT Fund Management/Saur)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 347/09)
1.
Fil-21 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT Fund Management S.a.r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu), |
|
— |
Saur S.A.S. (“Saur”, Franza), li l-proprjetarju indirett tagħha huwa Holding d’Infrastructures des Metiers de l’Environnement S.A.S. (“HIME”, Franza). |
EQT takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv indirett fuq l-intier ta’ Saur permezz tal-akkwiżizzjoni ta’ HIME.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EQT hija investitur finanzjarju u tinvesti f’varjetà ta’ industriji; |
|
— |
Saur hija attiva fil-ġestjoni tal-ilma u tal-ilma mormi fi Franza. Saur tiddesinja u tibni wkoll infrastruttura tal-ilma, inkluż il-produzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb u impjanti tat-trattament tal-ilma mormi għall-muniċipalitajiet kif ukoll sistemi tat-trattament tal-ilma u tal-ilma mormi għall-industriji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati jressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata kull darba:
M.9092 — EQT Fund Management/Saur
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 229-64301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).