Official Journal L 116 , 23/05/1995 P. 0041 - 0046
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 1995 li tippreskrivi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw mill-Peru (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (95/173/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi il-kundizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, Billi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni żar il-Peru sabiex jagħmel spezzjoni ħalli jivverifika l-kundizzjonijiet li bihom jiġu magħmula, maħżuna u mibgħuta prodotti tas-sajd lejn il-Komunità; Billi d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Peru dwar spezzjoni ta’ saħħa u kontrolli fuq prodotti tas-sajd jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva 91/493/KEE; Billi, fil-Peru, il-Ministerio de Salud, Dirección General de Salud Ambiental ("Digesa") huwa kapaċi jivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; Billi l-proċedura sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat ta’ saħħa li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha tkopri wkoll id-definizzjoni ta’ ċertifikat abbozz, il-ħtiġijiet minimi tal-lingwa(i) li fiha jiġi abbozzat u l-grad tal-persuna awtorizzata li tiffirmah; Billi, skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titpoġġa marka fuq pakketti ta’ prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ approvazzjoni tad-ditta ta’ oriġini; Billi, skond l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titħejja lista ta’ ditti approvati; Billi dik il-lista għandha ssir fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mid-Digesa lill-Kummissjoni; billi huwa għalhekk f’idejn id-Digesa li jiżgura konformità mad- dispożizzjonijiet preskritti għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE; Billi d-Digesa ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformità mar-regoli preskritti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u dwar li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ekwivalenti għal dawk preskritti b’dik id-Direttiva għall-approvazzjoni tad-ditti; Filwaqt li l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ministerio de Salud, Dirección General de Salud Ambiental (Digesa) għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Peru li tivverifika u tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura mall-ħtiġijiet ta’ Direttiva 91/493/KEE. Artikolu 2 Prodotti ta’ sajd u akwakultura li joriġinaw mill-Peru, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet segwenti: 1. Kull kunsinna għandha tkun akkompanjata b’ċertifikat oriġinali tas-saħħa nnumerat, mimli, iffirmat, datat kif dovut u li jkun magħmul minn folja waħda skond l-abbozz fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni; 2. Il-prodotti għandhom jaslu mingħand ditti approvati elenkati fl-Anness B ma’ dan. 3. Minbarra fil-każ ta’ prodotti ta’ sajd iffriżati fi kwantità u maħsuba għall-manufattura ta’ ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandhom juru l-kelma "PERU" u n-numru ta’ approvazzjoni tad-ditta ta’ oriġini b’ittri li ma jitħasrux. Artikolu 3 1. Ċertifikati kif hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2(1) għandhom jiġu miktuba f’għallinqas lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli. 2. Ċertifikati għandhom juru l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tad-Digesa, u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ awtorizzazzjonijiet oħra. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Frar 1995. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula Brussel, fis-7 ta’ Marzu 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. -------------------------------------------------- ANNESS A ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA għal prodotti tas-sajd u akwakultura li joriginaw mill-Peru u maħsuba għall-esportazzjoni lejn +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS B LISTA TA' DITTI U VAPURI FABBRIKI APPROVATI I. Ditti Nru ta' approvazzjoni | Ditta | Indirizz | Approvata sa | PR-0449-001-3 | PRODUCTOS MARINOS REFRIGERADOS SA | TUMBES | 1996.06.30. | PC-1816-002-3 | PERUANA DE CONGELADOS SA | CALLAO | 1996.06.30. | RI-4018-003-3 | REFRIGERADOS YNY SA | TUMBES | 1996.06.30. | CX-3531-004-3 | COMERCIAL EXPORTADORA SA COEX | TUMBES | 1996.06.30. | FR-2560-005-3 | FRIGORÍFICO RANSA SA FRIORANSA | CALLAO | 1996.06.30. | RT-3340-006-3 | REFRIGERADOS TUMBES SA | TUMBES | 1996.06.30. | PO-3609-007-3 | PRISCO SA | PISCO | 1996.06.30. | PA-1795-008-3 | PISCIFACTORIA DE LOS ANDES SA | JUNIN | 1996.06.30. | PM-3012-009-3 | PESQUERA MALLA SA | PISCO | 1996.06.30. | AP-1951-001-1 | AGROPESCA SA | PAITA | 1996.06.30. | DM-1522-002-1 | DEL MAR SA | PAITA | 1996.06.30. | UI-3910-003-1 | UNICSA | PAITA | 1996.06.30. | IS-0759-004-1 | INDUSTRIAS SAN MIGUEL SA | PAITA | 1996.06.30. | IB-3599-005-1 | IBC CORP. DE NEGOCIOS SA | PAITA | 1996.06.30. | MX-0938-006-1 | MAREX SA | PAITA | 1996.06.30. | AE-1162-007-1 | ARIES EXPORT SRL | PAITA | 1996.06.30. | DX-0134-008-1 | DEXIM SRL | PAITA | 1996.06.30. | AG-1236-009-1 | ARCOPA SA | PAITA | 1996.06.30. | MP-0889-010-1 | MAR & PESCA EIRL | PAITA | 1996.06.30. | PC-0048-011-1 | PESCONSA SA | PAITA | 1996.06.30. | TL-38-2220-012-1 | TUNA LATÍN SA | PAITA | 1996.06.30. | DH-3087-013-1 | DELPHOS SA | PAITA | 1996.06.30. | CP-4028-014-1 | CONSORCIO PACÍFICO SUR SRL | PAITA | 1996.06.30. | PP-3614-015-1 | PROPES EIRL | PAITA | 1996.06.30. | CV-0716-016-1 | CONSORCIO VICTORIA SA | PAITA | 1996.06.30. | TF-1493-017-1 | TAYTA FISHING SRL PRODUCTOS MARINOS DEL PACÍFICO | PAITA | 1996.06.30. | PM-3496-003-2 | SUR SA | CHIMBOTE | 1996.06.30. | PA-2447-001-2 | PESQUERA ANDREA SA | CHIMBOTE | 1996.06.30. | IC-0307-001-2 | CONSORCIO PESQUERO CAROLINA SA | CHIMBOTE | 1996.06.30. | FG-1888-005-2 | FRIGOMAR SA | CHIMBOTE | 1996.06.30. | AL-2135-006-2 | ALIMENTOS AMERICANOS SA | CHIMBOTE | 1996.06.30. | PP-1928-004-2 | PRODUCTOS PESQUEROS PERUANOS SA (PRODUPESA) | CHIMBOTE | 1996.06.30. | UF-0506-007-2 | UNION FISHING SA | CHIMBOTE | 1996.06.30. | CE-3160-008-2 | ENVASADORA CHMBOTE EXPORT | CHIMBOTE | 1996.06.30. | CP-1002-010-2 | CÍA PESQUERA ESTRELLA DEL PERÚ SA | CHIMBOTE | 1996.06.30. | CP-1767-009-2 | CORPORACIÓN DE PESCA SA | CHICLAYO | 1996.06.30. | IA-0619-010-3 | ITALIA ABRUZZO SRL | CHINCHA | 1996.06.30. | PS-1718-019-1 | PACIFIC SEAFOODS SA | PAITA | 1996.06.30. | OR-1676-018-1 | OCEAN REEF SEAFOOD SA | PIURA | 1996.06.30. | PR-0781-011-2 | EMPRESA PESQUERA EL ROCÍO SA | TRUJILLO | 1996.06.30. | MS-0922-020-1 | MAI SHI SRL | PAITA | 1996.06.30. | SN-3324-021-1 | EMPRESA DE SERVICIOS Y REPRESENTACIONES PESQUERAS "NAUTILUS" SRL (SERPESNA) | PAITA | 1996.06.30. | MN-1592-011-3 | PROCESADORA DE PRODUCTOS MARINOS DEL NORTE SA (PROMANORSA) | ZORRITOS | 1996.06.30. | ME-0392-012-3 | MARIEXPORT SA | PUCUSANA | 1996.06.30. | II. Vapuri fabbriki Nru ta' approvazzjoni | Isem | Isem u indirizz tas-sid | Approvazzjoni mogħtija sa | AI-1236-023-1 | BAF ISABEL PAITA | ARCOPA SA | 1996.06.30. | AM-1236-022-1 | BAF ANA MARÍA PAITA | ARCOPA SA | 1996.06.30. | TL-38-2220-012-1 | ZENKO MARU PAITA | TUNA LATÍN SA | 1996.06.30. | --------------------------------------------------