15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 53/2010

tat-30 ta’ April 2010

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-sikurezza u s-saħħa għall-użu ta’ tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/104/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test fil-punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE) fl-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“ 32009 L 0104: Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-sikurezza u s-saħħa għall-użu ta’ tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/104/KE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 62, 11.3.2010, p. 45.

(2)   ĠU L 260, 3.10.2009, p. 5.

(3)   ĠU L 393, 30.12.1989, p. 13.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.