32000D0476



Official Journal L 187 , 26/07/2000 P. 0055 - 0055


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Lulju 2000

li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jippermettu temporanjament il-marketing ta’ żerriegħa ta’ ċerta speċi li ma tissodisfax il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE

(notifikat bħala d-dokument numru C(2000) 1782)

(2000/476/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/96/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 17 ta’ l-istess,

Billi:

(1) Fl-Isvezja l-kwantità ta’ żerriegħa disponibbli tal-varjetajiet tar-rebbiegħa tal-piżelli ħodor (Pisum sativum) addattata għall-kondizzjonijiet tal-klima nazzjonali u li tissodisfa l-ħtiġijiet tad-Direttiva msemmija inkonnessjoni mal-kapaċità ta’ tnissil hija insuffiċjenti u għalhekk mhix adegwata biex tissodisfa l-ħtiġiet tal-pajjiż.

(2) Mhux possibbli li d-domanda tkun koperta b’mod sodisfaċenti b’żerriegħa minn l-Istati Membri oħra, jew minn pajjiżi terzi, filwaqt li jkunu osservati l-ħtiġijiet kollha preskritti fid-Direttiva.

(3) L-Isvezja għandha għalhekk tkun awtorizzata sabeix tippermetti għall-perjodu li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2000, il-marketing ta’ żerriegħa tal-piżelli ħodor tal-varjeta "Carneval" soġġetta għall-ħtiġijiet inqas stretti.

(4) Madankollu, l-Istati Membri oħra li jistgħu jfornu lill-Isvezja b’żerriegħa tal-varjeta msemmija iktar ’il fuq għandhom ikunu awtorizzati sabeix jippermettu il-marketing ta’ żerriegħa bħal din.

(5) L-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikultura u Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Isvezja hija awtorizzata tippermetti, għall-perjodu li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2000, il-marketing fit-territorju tagħha ta’ 50 tunnellata metrika ta’ żerriegħa ċċertifikata tal-varjetajiet tar-rebbiegħa tal-piżelli ħodor (Pisum sativum) tal-varjetà "Carneval" li ma tissodifax il-ħtiġijiet preskritti fid-Direttiva 66/401/KEE, fir-rigward tal-kapaċità minima ta’ tnissil, sakemm is-segwenti ħtiġijiet huma ssodisfatti:

(a) il-kapaċità ta’ tnissil hija mill-inqas ta’ 72 %,

(b) it-tikketta uffiċjali għandha tiddikjara l-ġerminazzjoni assigurata fir-rapport dwar l-ittestjar uffiċjali ta’ żrieragħ.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri barra mill-Istat Membru applikant huma wkoll awtorizzati jippermettu, skond it-termini espressi fl-Artikolu 1 u għall-finijiet maħsuba mill-Istat Membru applikant, l-immarkettjar fit-territorji tagħhom taż-żerriegħa awtorizzata li tkun kummerċjalizzata taħt din id-Deċiżjoni.

2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħinu lil xulxin amministrattivament. L-Istat Membru applikant għandu jkun innotifikat mill-Istati Membri l-oħra bl-intenzjoni tagħhom li jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa bħal din qabel tingħata kwalunkwe awtorizzazjoni. L-Istat Membru applikant jista’ joġġezzjona biss jekk l-ammont intier espress f’din id-Deċiżjoni kien diġà allokat.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-kwantitajiet varji ta’ żrieragħ ittikkjettati u permessi li jkunu kkummerċjalizzati fit-territorji tagħhom skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66.

[2] ĠU L 25, ta’ l-1.2.1999, p. 27.

--------------------------------------------------