<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑138/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0138</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:287">EU:C:2014:287</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI — KAWŻA C‑138/13</P><P>DOGAN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑138/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Naime Dogan</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Bundesrepublik Deutschland</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il‑Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija</KEYWORD><KEYWORD>Protokoll Addizzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41(1)</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li temenda l-kundizzjonijiet tad-dħul fit-territorju nazzjonali għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-konjuġi ta’ ċittadin Tork li jkun eżerċita l-libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/86/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(2)</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li titlob prova ta’ konoxxenzi lingwistiċi bażiċi għal konjuġi li jixtieq jidħol fit-territorju għar-riunifikazzjoni tal-familja</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari preżenti, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-<DATE ISO="19701123">23 ta’ Novembru 1970</DATE> fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-<DATE ISO="19721219">19 ta’ Diċembru 1972</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 41.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Protokoll Addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu matul il-fażi tranżitorja tal-assoċjazzjoni maħluqa permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija, iffirmat fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 10.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.</P></NOTE>. Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn N. Dogan u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar iċ-ċaħda mill-awtoritajiet Ġermaniżi tat-talba tagħha għall-ħruġ ta’ viża għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Protokoll Addizzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tiegħu, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandu l-għan li jippromwovi t-tisħiħ kontinwu u ekwilibrat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-partijiet kontraenti, billi jieħu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ in-neċessità li jiġi żgurat l-iżvilupp mgħaġġel tal-ekonomija tat-Turkija u ż-żieda fil-livell tax-xogħol u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-poplu Tork. Skont l-Artikolu 13 ta’ dan il-ftehim, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[i]l-partijiet kontraenti jaqblu li jiġu ggwidati mill-Artikoli [43 KE] sa [46 KE] inklużi u [48 KE] sabiex jeliminaw bejniethom ir-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 62 tiegħu, il-Protokoll Addizzjonali jifforma parti integrali mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. L-Artikolu 41(1) ta’ dan il-protokoll jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[l]-Partijiet Kontraenti għandhom jibqgħu lura milli jintroduċu bejniethom xi restrizzjonijiet ġodda rigward il-libertà ta’ l-istabbeliment u l-libertà tal-provvediment ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/86</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel artikolu tagħha, l-għan tad-Diretiva 2003/86 huwa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>jkunu ddeterminati l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. Skont l-Artikolu 4(1) tagħha, l-Istati Membri jawtorizzaw id-dħul u r-residenza, bla ħsara għall-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu IV ta’ din id-direttiva, kif ukoll fl-Artikolu 16 tagħha, tal-membri tal-familja nukleari, fosthom il-konjuġi tal-isponsor.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, li ddaħħal fil-Kapitolu IV u huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Rekwiżiti għall-eżerċizzju tad-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tkun issottomessa, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrikjedi l-persuna li tkun issottomettiet l-applikazzjoni biex tipprovdi xiehda li l-isponsor għandu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>akkomodazzjoni […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>assigurazzjoni kontra l-mard […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu/lilha nnifisha u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha […].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jikkonformaw ruħhom mal-miżuri ta’ integrazzjoni, skond il-liġi nazzjonali.</ALINEA><ALINEA>Fir-rigward tar-refuġjati u/jew membri tal-familja ta’ refuġjati li jirreferi għalihom l-Artikolu 12 il-miżuri ta’ integrazzjoni li jirreferi għalihom l-ewwel subparagrafu jistgħu biss ikunu applikati meta l-persuni kkonċernati jkunu ngħataw ir-riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/86, l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>għandhom iqisu n-natura u s-solidità tar-relazzjonijiet familjali tal-persuna u t-tul tar-residenza tiegħu (tagħha) fl-Istat Membru u ta’ l-eżistenza ta’ rbit familjali, kulturali u soċjali ma’ pajjiżu/a ta’ oriġini fil-każ li huma jiċħdu applikazzjoni, jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu permess ta’ residenza jew jiddeċiedu li jordnaw it-tneħħija ta’ l-isponsor jew membri tal-familja tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-ħruġ tal-viża mitluba minn N. Dogan huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża dwar ir-residenza, ix-xogħol u l-integrazzjoni tal-barranin fit-territorju federali (Gesetz über den Aufenthalt, die Erwerbstätigkeit und die Integration von Ausländern im Bundesgebiet, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>liġi dwar ir-residenza tal-barranin<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20080225">25 ta’ Frar 2008</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>BGBl. 2008 I, p. 162.</P></NOTE>, kif emendata l-aħħar bl-Artikolu 2 tal-liġi tal-<DATE ISO="20130121">21 ta’ Jannar 2013</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>BGBl. 2013 I, p. 86.</P></NOTE>. Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għan tal-liġi; kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, il-punt 1 tal-Artikolu 1(2) tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Din il-liġi ma tapplikax għal barranin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>li l-istatus tagħhom huwa rregolat mil-liġi dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni [Gesetz über die allgemeine Freizügigkeit von Unionsbürgern], ħlief fil-każ ta’ dispożizzjoni legali kuntrarja, [...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(8) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Konoxxenza bażika tal-lingwa Ġermaniża tikkorrispondi għal-livell A 1 tal-[...] qafas komuni Ewropew ta’ referenza għal-lingwi (rakkomandazzjonijiet tal-kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa Nru R (98) 6, tas-<DATE ISO="19980317">17 ta’ Marzu 1998</DATE>, dwar il-qafas komuni ta’ referenza għal-lingwi).<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Rekwiżit ta’ permess ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jistabbilixxi fil-punt 1 tal-ewwel subparagrafu tiegħu li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[b]iex jidħlu u jirrisjedu fit-territorju tar-Repubblika federali, il-barranin għandu jkollhom permess ta’ residenza […] ħlief jekk ikun jeżisti dritt ta’ residenza abbażi tal-Ftehim tat-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija […]. Il-permess ta’ residenza jingħata bħala viża fis-sens tal-punti 1 u 3 tal-Artikolu 6(1) ta’ din il-liġi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(3) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>il-perijodi twal ta’ residenza jeħtieġu il-pussess ta’ viża għat-teritorju federali (viża nazzjonali) maħruġa qabel id-dħul. [...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) jipprovvdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[g]ħall-finijiet tal-protezzjoni taż-żwieġ u tal-familja, misjuba fl-Artikolu 6 tal-Kostituzzjoni Ġermaniża (Grundgesetz), il-permess ta’ residenza għal żmien determinat jista’ jinħareġ u jiġġedded sabiex tiġi stabbilita jew tinżamm, għal benefiċċju tal-membri tal-familja barranin, il-komunità tal-ħajja tal-familja fit-territorju federali (riunifikazzjoni tal-familja)<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Riunifikazzjoni tal-konjuġi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, il-punt 2 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 30(1) jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>permess ta’ residenza għal żmien determinat għandu jinħareġ lil konjuġi ta’ persuna barranija meta […] il-konjuġi jkun jaf jesprimi ruħu bil-Ġermaniż, għallinqas bi kliem sempliċi […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Il-punt 1 tat-tieni sentenza tal-istess paragrafu jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[l]-permess ta’ residenza għal żmien determinat jista’ jinħareġ minkejja l-punt 2 tal-ewwel sentenza, meta […] l-persuna barranija jkollha permess ta’ residenza skont l-Artikoli 19 sa 21 ta’ din il-liġi [permess ta’ residenza għal ċerti attivitajiet bi skop ta’ lukru] u ż-żwieġ kien diġà jeżisti meta l‑persuna barranija stabbilixxiet ir-residenza ordinarja<?PAGE NO="4"?> prinċipali tagħha fit-territorju federali […]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Fl-aħħar nett, il-punt 2 tat-tielet sentenza jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[l]-permess ta’ residenza għal żmien determinat jista’ jinħareġ minkejja l-punt 2 tal-ewwel sentenza meta […] l-konjuġi ma jkunx jista’, minħabba mard jew diżabbiltà fiżika, mentali jew psikoloġika, jipprova li għandu konoxxenzi bażiċi tal-Ġermaniż […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li l-punt 2 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 30(1) tal-liġi dwar ir-residenza tal-barranin ġie introdott permezz tal-liġi tad-<DATE ISO="20070819">19 ta’ Awwissu 2007</DATE>, intiża li tittrasponi d-direttivi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-dritt ta’ residenza u ta’ ażil (Gesetz zur Umsetzung aufenthalts- und asylrechtlicher Richtlinien der Europäischen Union)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>BGBl. 2007 I, p. 1970.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, ċittadina Torka li tirrisjedi f’dan il-pajjiż, qiegħda titlob viża għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-konjuġi tagħha li huwa wkoll ċittadin Tork u li ilu jgħix il-Ġermanja mill-1998, minn fejn imexxi kumpannija b’responsabbiltà limitata li tagħha huwa l-azzjonist maġġoritarju u fejn huwa kiseb fl-2002 permess ta’ residenza għal żmien determinat li sussegwentement sar permess ta’ residenza għal żmien indeterminat. Qabel ma żżewġu ċivilment fl-2007, ir-rikorrenti u s-Sur Dogan kienu diġà żżewġu b’mod reliġjuż quddiem imam, unjoni li minnha ħarġu b’kollox erbat itfal li twieldu bejn is-snin 1988 sa 1993.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110118">18 ta’ Jannar 2011</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba lill-ambaxxata tal-Ġermanja f’Ankara għall-ħruġ ta’ viża għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-konjuġi u tat-tfal, għaliha u, inizjalment, għal tnejn mit-tfal tagħha. Hija annettiet għal dan il-għan dikjarazzjoni maħruġa mill-istitut Goethe dwar test tal-lingwa fil-livell A 1 li hija għamlet fit-<DATE ISO="20100928">28 ta’ Settembru 2010</DATE> u li minnu għaddiet b’marka <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (62 punt minn 100). Ir-riżultat tagħha għall-parti miktuba kien ta’ 14,11 punti minn 25.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Wara li kkunsidrat il-fatt li r-rikorrenti, li hija illiterata, kienet għaddiet mit-test billi għażlet b’mod każwali t-tweġibiet għal sett ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla u billi tgħallmet u rripproduċiet bl-amment tliet sentenzi standard, l-ambaxxata tal-Ġermanja ċaħdet it-talba permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110323">23 ta’ Marzu 2011</DATE>, minħabba nuqqas ta’ prova tal-konoxxenza tal-lingwa Ġermaniża. Ir-rikorrenti ma kkontestatx din id-deċiżjoni, iżda fis-<DATE ISO="20110726">26 ta’ Lulju 2011</DATE> ressqet talba ġdida quddiem l-istess ambaxxata għall-ħruġ ta’ viża għar-riunifikazzjoni tal-familja għaliha biss, liema talba ġiet għal darb’oħra miċħuda mill-ambaxxata permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20111031">31 ta’ Ottubru 2011</DATE>. Wara t-talba għal-eżami mill-ġdid imressqa mir-rikorrenti fil-<DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE> permezz ta’ avukat, l-ambaxxata tal-Ġermanja f’Ankara annullat id-deċiżjoni inizjali u ssostitwixxietha b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, li wkoll ċaħdet it-talba għar-raġuni li r-rikorrenti ma kellhiex l-konoxxenzi lingwistiċi meħtieġa peress li hija illiterata.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni fl-<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju. Din iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-[Protokoll Addizzjonali] jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali introdotta għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq li tipprovdi li, sabiex ikun jista’ jidħol għall-ewwel darba fit-territorju [tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja], membru tal-familja ta’ ċittadin Tork li għandu l-istatus mogħti permezz tal-Artikolu 4(1) tal-[imsemmi] Protokoll […] għandu jipprova minn qabel li huwa jista’ jesprimi ruħu, b’mod sempliċi, bil-Ġermaniż?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill [2003/86] jipprekludi d-dispożizzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, adottata wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali, li tissuġġetta d-dħul fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja, tal-konjuġi ta’ ċittadin Tork stabbilit f’dan l-Istat Membru għall-prova li dan għandu konoxxenza bażika tal-lingwa uffiċjali tal-imsemmi Stat Membru, tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>restrizzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fs-sens tal-Artikolu 41(1) tal-imsemmi protokoll.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, din id-dispożizzjoni tipprovdi, f’termini ċari, preċiżi u mingħajr kundizzjonijiet, klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> mhux ekwivoka, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tinkludi obbligu […] li legalment tfisser dmir li ma titteħidx azzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenzi Savas (C‑37/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:224">EU:C:2000:224</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 46, 47, 54 u 71); Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑317/01 u C‑369/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:572">EU:C:2003:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58); Tum u Dari (C‑16/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:530">EU:C:2007:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46) u Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑256/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:734">EU:C:2011:734</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 87).</P></NOTE> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>tista’ tiġi invokata quddiem il-qrati nazzjonali miċ-ċittadini Torok, jekk din tkun tapplika għalihom, sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ regoli inkonsistenti tad-dritt intern<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenza Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:572">EU:C:2003:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59).</P></NOTE>. Għal dak li jirrigwarda l-portata tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, għalkemm l-imsemmija klawżola ma hijiex, fiha nnifisha, ta’ natura tali li toħloq favur ċittadin Tork dritt ta’ stabbiliment jew dritt ta’ residenza li jirriżultaw direttament mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hija madankollu sservi ta’ ostakolu għall-adozzjoni minn Stat Membru ta’ kull miżura ġdida li jkollha l-għan jew l-effett li tissuġġetta l-istabbiliment u, b’mod korrelattiv, ir-residenza ta’ tali ċittadin fit-territorju tiegħu għal kundizzjonijiet iktar restrittivi minn dawk li kienu applikabbli meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Addizzjonali fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenzi Savas (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:224">EU:C:2000:224</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 64, 65 u 69); Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:572">EU:C:2003:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 62, 65 u 66); Soysal u Savatli (C‑228/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:101">EU:C:2009:101</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47) u Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:734">EU:C:2011:734</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 88).</P></NOTE>. Fl-istess sens, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li għalkemm ma għandux bħala konsegwenza li jagħti liċ-ċittadini Torok dritt ta’ dħul fit-territorju tal-Istat Membru — li jibqa’ rregolat, skont l-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, mid-dritt nazzjonali — l-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>għandha tapplika [għandu japplika] wkoll għal-leġiżlazzjoni dwar l-ewwel dħul taċ-ċittadini Torok fi Stat Membru li fit-territorju tiegħu jixtiequ jagħmlu użu mil-libertà ta’ stabbiliment skond il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza Tum u Dari (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:530">EU:C:2007:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 54 sa 63).</P></NOTE>. Għaldaqstant, il-klawżola li dan l-artikolu fih ma toperax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>bħala regola sostantiva, billi tirrendi inapplikabbli l-liġi sostantiva rilevanti li tissostitwixxi, iżda bħala regola ta’ natura kważi proċedurali, li tistabbilixxi, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, liema huma d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li għandhom jiġu kkunsidrati meta tkun qed tiġi evalwata s-sitwazzjoni ta’ ċittadin Tork li jixtieq jagħmel użu mil-libertà ta’ stabbiliment fi Stat Membru [partikolari]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenzi Tum u Dari (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:530">EU:C:2007:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55); Oguz (C‑186/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:509">EU:C:2011:509</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28) u Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:734">EU:C:2011:734</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 89).</P></NOTE>. F’dan is-sens, l-Artikolu 41(1) tal-imsemmi protokoll huwa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>korollarju neċessarju ta’ l-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u jikkostitwixxi l-kundizzjoni indispensabbli għall-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet nazzjonali għal-libertà ta’ stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenzi Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:572">EU:C:2003:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68) u Tum u Dari (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:530">EU:C:2007:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa paċifiku fil-kawża preżenti li s-Sur Dogan jibbenefika mill-klawżola stabbilita fl-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, peress li jwettaq fit-territorju tal-Unjoni attività bħala persuna li taħdem għal rasha, min-naħa l-oħra tqum il-kwistjoni jekk din il-kalwżola tapplikax ukoll għall-konjuġi tiegħu, li talbet viża għar-riunifikazzjoni tal-familja u li ma tixtieqx tidħol fit-territorju Ġermaniż sabiex teżerċita attività li taqa’ taħt l-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea tissuġġerixxi risposta affermativa, billi tisħaq li N. Dogan tista’ b’mod leġittimu tinvoka l-imsemmija klawżola bħala membru tal-familja tas-Sur Dogan fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE>, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Deċiżjoni Nru 1/80<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>). Skont il-Kummissjoni, abbażi tar-regola ta’ konverġenza fl-interpretazzjoni bejn l-Artikolu 41 tal-Protokoll Addizzjonali u l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, li tistabbilixxi klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> analoga<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Skont l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[l]-Istati Membri tal-Komunità u t-Turkija ma jistgħux jintroduċu restrizzjonijiet ġodda li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall‑impjieg tal-ħaddiema u tal-membri tal-familja tagħhom li jkunu jinsabu fit-territorju rispettiv tagħhom f’sitwazzjoni regolari għal dak li jirrigwarda r-residenza u l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NOTE>, l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil din l‑aħħar dispożizzjoni tista’ tiġi applikata għall-ewwel waħda. Hija tfakkar li fis-sentenza mogħtija fil-kawżi Toprak u Oguz<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza Toprak u Oguz (C‑300/09 u C‑301/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:756">EU:C:2010:756</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 huwa applikabbli mhux biss għas-sistemi li jittrattaw il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impjieg ta’ ħaddiema Torok, iżda wkoll għal dawk li jikkonċernaw id-dritt tal-konjuġi barranin fil-qasam tar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Ir-raġonament li tagħmel il-Kummissjoni ma jikkonvinċinix. Huwa minnu li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 u l-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizjonali, għalkemm għandhom kamp ta’ applikazzjoni distint u ma jistgħux jiġu applikati flimkien, għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-istess tifsira<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenzi Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:572">EU:C:2003:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 86) u Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:734">EU:C:2011:734</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 81).</P></NOTE>, l-istess għan u l-portata tal-obbligu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li jistabbilixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>tinfirex bl-istess mod għal kwalunkwe ostakolu ġdid għall-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment, għall-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew għall-moviment liberu tal-ħaddiema li jaggrava l-kundizzjonijiet eżistenti f’data partikolari<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenzi Toprak u Oguz (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:756">EU:C:2010:756</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54) u Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:734">EU:C:2011:734</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 94).</P></NOTE>. Barra minn hekk, huwa preċiżament abbażi ta’ din il-konverġenza fl-għanijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset, minkejja d-differenzi fir-redazzjoni bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet, li l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 japplika mhux biss għall-miżuri direttament marbuta mal-aċċess għall-impjieg iżda wkoll, l-istess bħall-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, għar-regoli li jirregolaw l-ewwel dħul u r-residenza ta’ ħaddiema Torok<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenzi Sahin (C‑242/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:554">EU:C:2009:554</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 63 sa 65) u Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (C‑92/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:228">EU:C:2010:228</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 47 sa 49).</P></NOTE>. Huwa wkoll minnu li, hekk kif jirriżulta mir-redazzjoni tiegħu, l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 japplika mhux biss għal ħaddiema Torok iżda wkoll għal membri tal-familji tagħhom u li, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dawn tal-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat, fis-sentenza Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, li l-imsemmija deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ma tissuġġetax l-aċċess tagħhom għat-territorju ta’ Stat Membru, għall-finijiet tar-rijunifikazzjoni tal-familja ma’ ħaddiem Tork li jkun diġà legalment preżenti f’dak l-Istat, għall-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>EU:C:2003:572,, punt 82.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, kif jenfasizzaw bir-raġun il-Gvern Ġermaniż u l-Gvern Daniż fl-osservazzjonijiet tagħhom, mis-sentenza Toprak u Oguz jirriżulta li huwa biss sa fejn il-leġiżlazzjoni fil-qasam tar-riunuifikazzjoni tal-familja inkwistjoni fil‑kawża prinċipali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il-kwistjoni kienet tikkonċerna, iktar speċifikament, is-sistema li għaliha kien suġġett, fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-għoti ta’ permessi ta’ residenza awtonomi lil ċittadini barranin li daħlu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja. Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kienu reġgħu introduċew il-kundizzjoni ta’ residenza taċ-ċittadin barrani mal-konjuġi tiegħu li għandu dritt ta’ residenza mhux temporanju għal perijodu ta’ tliet snin, li tnaqqas għal sena fl-1983.</P></NOTE> <HT TYPE="ITALIC">kienet taffettwa</HT> is-sitwazzjoni tal-ħaddiema Torok, bħal F. Toprak u T. Oguz, li kien hemm lok li din tiddaħħal fil-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara b’mod partikolari l-punti 41, 44, 62 u d-dispożittiv.</P></NOTE>. Tali pożizzjoni hija koerenti mal-għan ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll ma’ dak tal-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, jiġifieri l-projbizzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali milli jintroduċu ostakoli ġodda, rispettivament, għall-moviment liberu tal-ħaddiema u għall-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Issa, iċ-ċittadini Torok, bħal N. Dogan, li jkunu qed jitolbu d-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru unikament għar-riunifikazzjoni tal-familja u mhux sabiex jeżerċitaw waħda mil-libertajiet ekonomiċi previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma jkunux jistgħu jinvokaw il-ksur ta’ tali għan <HT TYPE="ITALIC">fir-rigward tagħhom</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 jagħti, taħt ċerti kundizzjonijiet, drittijiet awtonomi lil membri tal-familja ta’ ħaddiema Torok li jifformaw parti mis-suq regolari tax-xogħol<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Dan l-artikolu jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jappartjeni lis-suq regolari tal-impjieg ta’ Stat Membru partikolari li ġew awtorizzati jingħaqdu miegħu, għandhom id-dritt li jwieġbu, bla ħsara għall-prijorità li għandha tingħata lill-ħaddiema tal-Istati Membri tal-Komunità, għal kwalunkwe offerta ta’ impjieg jekk ikunu ilhom jirrisjedu regolarment hemmhekk għal mill-inqas tliet snin u jibbenefikaw mill-aċċess liberu għal kwalunkwe attività tal-għażla tagħhom bħala persuni impjegati jekk ikunu ilhom jirrisjedu hemmhekk għal mill-inqas ħames snin<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NOTE> bl-għan li jinħolqu kundizzjonijiet li huma favorevoli għar-riunifikazzjoni tal-familja fl-Istat Membru ospitanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenzi Kadiman (C‑351/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:205">EU:C:1997:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36) u Ayaz (C‑275/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:570">EU:C:2004:570</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</P></NOTE>. Madankollu, fl-istruttura tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, tali għan huwa biss strument intiż li jiffaċilita t-twettiq tal-għanijiet tal-assoċjazzjoni, jiġifieri, b’mod partikolari, l-istabbiliment progressiv tal-moviment liberu tal-ħaddiema, tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikoli 12, 13 u 14 tal-imsemmi ftehim. Minn dan jirriżulta li ma jistax jiġi konkluż minn qari tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 1/80 li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork, li talbu sabiex jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru għar-riunifikazzjoni tal-familja u mhux sabiex jeżerċitaw, f’dak l-Istat, attività bħala persuna impjegata, jistgħu jinvokaw il-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> sabiex jopponu l-applikazzjoni, fir-rigward tagħhom, ta’ leġiżlazzjoni bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tista’ tipprekludi jew għallinqas tirrendi iktar diffiċli l-kisba, min-naħa tagħhom, ta’ drittijiet li jistgħu jirriżultaw mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Dan premess, irid jiġi eżaminat, f’dan l-istadju, jekk N. Dogan tistax tinvoka l-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> stabbilita fl-Artikolu 41, għalkemm ma għamlitx u lanqas bi ħsiebha tagħmel użu mil-libertajiet ekonomiċi msemmija f’dan l-artikolu, sabiex topponi l-applikazzjoni, fir-rigward tagħha, ta’ miżura nazzjonali li tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni ġdida għall-eżerċizzju tal-imsemmija libertajiet <HT TYPE="ITALIC">mill-konjuġi tagħha</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Infakkar, preliminarjament, li fil-kawża Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tirrikonoxxi d-dritt ta’ ċittadin Tork li jinvoka l-benefiċċju tal-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, għalkemm dan ma kienx <HT TYPE="ITALIC">direttament</HT> previst minn din id-dispożizzjoni. F’din il-kawża, il-kwistjoni kienet tikkonċerna xufiera Torok li kienu impjegati minn impriża stabbilita fit-Turkija u li kienet tipprovdi legalment servizzi fi Stat Membru. Huma kienu qegħdin jopponu l-applikazzjoni, fir-rigward tagħhom, ta’ kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attività tagħhom bħala persuni impjegati, introdotti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali. Billi bbażat ruħha fuq l-applikazzjoni, b’analoġija, tas-sentenza Clean Car Autoservice<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>C‑350/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:205">EU:C:1998:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>. F’din is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat id-dritt tal-persuni li jimpjegaw li jinvokaw l-Artikolu 48 KE, billi enfasizzat li, sabiex ikun effikaċi u utli, id-dritt tal-ħaddiema għal reklutaġġ u okkupazzjoni mingħajr diskriminazzjoni, skont din id-dispożizzjoni, għandu neċessarjament ikollu d-dritt komplementari tal-persuna li timpjega li tirreklutahom bl-osservanza tar-regoli fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li, peress li l-impjegati tal-fornitur tas-servizzi huma indispensabbli sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jipprovdi s-servizzi tiegħu, id-dritt tal-persuna li timpjega, stabbilita fit-Turkija, li tipprovdi servizzi fi Stat Membru taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali għandu neċessarjament ikun akkumpanjat mid-dritt tal-impjegati tagħha li jeżegwixxu l-kompiti fdati lilhom fil-kuntest tal-imsemmija servizzi taħt l-istess kundizzjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Punt 106 u d-dispożittiv. Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:274">EU:C:2003:274</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 201 sa 204) u s-sentenza Soysal u Savatli (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:101">EU:C:2009:101</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 45 u 46). Is-soluzzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja kienet iġġustifikata abbażi tar-rekwiżit li tinżamm l-effettività tal-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali u li jiġi evitat li r-restrizzjonijiet imposti, mhux direttament fuq il-fornituri Torok ta’ servizzi, iżda fuq l-impjegati ta’ dawn tal-aħħar li jkollhom l-istess nazzjonalità u li lilhom ikun ġie fdat il-kompitu li jwettqu s-servizz fit-territorju tal-Unjoni, iwasslu sabiex titneħħa l-effettività ta’ din id-dispożizzjoni, billi tiġi evitata l-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> hemmhekk stabbilita.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi ddeterminat jekk il-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tolqot il-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta r-riunifikazzjoni tal-familja, tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>restrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> <HT TYPE="ITALIC">indiretta</HT>, bħal fil-każ eżaminat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, għal-libertà ta’ stabbiliment skont l‑Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali. Min-naħa l-oħra, in-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ġdida<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tagħha fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma hijiex ikkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok, l-ewwel nett, li wieħed iqis li mir-redazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kif ukoll mill-għan tal-assoċjazzjoni KEE-Turkija, jirriżulta li l-prinċipji rrikonoxxuti fil-kuntest tal-Artikoli 52 sa 56 tat-Trattat KE (li saru l-Artikoli 43 KE sa 47 KE u sussegwentement 49 TFUE sa 53 TFUE) <HT TYPE="ITALIC">għandhom jiġu applikati, kemm jista’ jkun, għaċ-ċittadini Torok</HT>. Dan il-prinċipju interpretattiv, stabbilit inizjalment mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u kkonfermat sussegwentement fil-kuntest tal-Artikolu 14 ta’ dan tal-aħħar<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara f’dan is-sens, għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, is-sentenzi Bozkurt (C‑434/93, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:168">EU:C:1995:168</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 19 u 20); Nazli (C‑340/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:77">EU:C:2000:77</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55) u Kurz (C‑188/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:694">EU:C:2002:694</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30) u, għall-Artikolu 14, is-sentenza Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:572">EU:C:2003:572</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 112).</P></NOTE>, huwa applikabbli wkoll għall-Artikolu 13 tiegħu, li fih regola analoga għaż-żewġ dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq. Kif ser nesponi aħjar iktar ’il quddiem, l-imsemmi prinċipju mhux talli ma ġiex ikkontestat fis-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Ziebell u Demirkan<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi Ziebell (C‑371/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:809">EU:C:2011:809</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u Demirkan (C‑221/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:583">EU:C:2013:583</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara, iktar fid-dettall, <HT TYPE="ITALIC">infra</HT> punti 35 sa 39.</P></NOTE>, iżda ġie espressament ikkonfermat permezz tal-aħħar waħda minn dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar sussegwentement li, skont il-ġurisprudenza, għandhom jitqiesu bħala restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment, fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE, il-miżuri kollha li jipprojbixxu, jostakolaw jew jirrendu inqas attraenti l-eżerċizzju, miċ-ċittadini tal-Unjoni, ta’ din il-libertà<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, fost oħrajn, is-sentenzi CaixaBank France (C‑442/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:586">EU:C:2004:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 11 u l-ġurisprudenza ċċitata) u Il‑Kummissjoni vs Franza (C‑389/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:411">EU:C:2008:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 55 sa 56).</P></NOTE>. Issa, skont il-prinċipju espost fil-punt 29 iktar ’il fuq, din l-istess definizzjoni għandha, fl-opinjoni tiegħi, tiġi applikata meta għandu jiġi ddeterminat il-kontenut u l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>restrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> msemmi fl-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali. Għalhekk, din id-dispożizzjoni, li tikkonkretizza l-leġiżlazzjoni li għaliha hija suġġetta, f’mument partikolari, is-sitwazzjoni ta’ ċittadin li jixtieq jagħmel użu mil-libertà ta’ stabbiliment skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, tipprekludi kull deterjorazzjoni ta’ din is-sitwazzjoni li tista’ <HT TYPE="ITALIC">tipprojbixxi, tostakola jew tirrendi inqas attraenti</HT> l-eżerċizzju ta’ din il-libertà.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Kif issostni l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, l-assenza, għal ċittadin Tork, tal-perspettiva konkreta ta’ riunifikazzjoni tal-familja fit-territorju tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit jew fejn jixtieq jistabbilixxi ruħu sabiex jeżerċita l-attività awtonoma tiegħu tista’ tostakola jew għallinqas tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju, min-naħa tiegħu, tal-libertà ta’ stabbiliment prevista fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Mingħajr l-imsemmija perspettiva, tali ċittadin jista’, fil-fatt, jew jiġi dissważ milli jistabbilixxi ruħu fit-territorju tal-Unjoni, jekk ir‑rabta familjari tkun diġà eżistenti, jew jiġi sfurzat jinterrompi l-attività tiegħu u jitlaq minn dan it-territorju, jekk din ir-rabta tkun ġiet stabbilita wara t-tluq tiegħu. Fiż-żewġ każijiet huwa jkun kostrett jagħżel bejn l-attività tiegħu u ż-żamma tal-unità tal-familja tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, infakkar li kemm il-leġiżlatur Komunitarju, mill-ewwel testi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-trattat, kif ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja, irrikonoxxew l-eżistenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">rabta ta’ prinċipju</HT> bejn iż-żamma tal-integrità tal-ħajja tal-familja u t-tgawdija totali tal-libertajiet fundamentali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-Artikolu 1(1)(ċ) u (d) tad-Direttivi tal-Kunsill 64/220/KEE, tal-<DATE ISO="19640225">25 ta’ Frar 1964</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="056" PAGE.FIRST="845" DATE.PUB="1964">ĠU 56 p. 845</REF.DOC.OJ>), u 73/148/KEE, tal-<DATE ISO="19730521">21 ta’ Mejju 1973</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 167), dwar l-abolizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fil-Komunità għal ċittadini ta’ Stati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment u l-proviżjoni tas-servizzi, fejn din tal-aħħar tħassret permezz tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46). Għal dak li jirrigwarda l-ħaddiema ara r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="257" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="1968">ĠU L 257, p. 2</REF.DOC.OJ>), issostitwit permezz tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>) li pproċeda għall-kodifikazzjoni tiegħu.</P></NOTE> f’kundizzjonijiet li jiżguraw l-osservanza tal-libertà u tad-dinjità tal-ħaddiema migranti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenzi Di Leo (C‑308/89, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:400">EU:C:1990:400</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 13) u Baumbast u R (C‑413/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:493">EU:C:2002:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50), li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>l-għan tar-Regolament Nru 1612/68, jiġifieri l-moviment liberu tal-ħaddiema, jeżiġi, sabiex dan il-moviment liberu jkun assigurat filwaqt li jkunu mħarsa l-libertà u d-dinjità, kundizzjonijiet ottimali ta’ integrazzjoni tal-familja tal-ħaddiem Komunitarju fi ħdan l-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</P></NOTE>. Għaldaqstant, ksur tal-ewwel waħda jista’ jikkostitwixxi ostakolu għall-eżerċizzju sħiħ tat-tieni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Fis-sentenza tagħha Carpenter (C‑60/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:434">EU:C:2002:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret l-importanza li l-leġiżlatur tal-Unjoni rrikonoxxa lill-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħajja tal-familja taċ-ċittadini tal-Istati Membri sabiex <HT TYPE="ITALIC">jiġu eliminati l-ostakoli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti permezz tat-trattat</HT> u kkwalifikat bħala <HT TYPE="ITALIC">ostakolu għall-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi</HT> minn P. Carpenter, il-miżura ta’ espulsjoni tal-konjuġi tiegħu, ċittadina ta’ pajjiż terz, adottata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-oriġini u ppreċiżat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>s-separazzjoni tal-konjuġi Carpenter tkun ta’ detriment għall-ħajja tal-familja tagħhom, u, għaldaqstant, għall-kundizzjonijiet li fihom P. Carpenter jeżerċita libertà fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, peress li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>din il-libertà ma tkunx tista’ tkun kompletament effettiva kieku P. Carpenter kellu jiġi <HT TYPE="ITALIC">dissważ milli jeżerċitaha minħabba l-ostakoli magħmula fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu għad-dħul</HT> u r-residenza tal-konjuġi tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (punt 39, l-enfasi hija tiegħi). Għalkemm fis-sentenza riċenti tagħha S vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C‑457/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:136">EU:C:2014:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat b’mod restrittiv il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-sentenza Carpenter (punti 41sa 44), jibqa’ kkonfermat il-prinċipju li l-eżerċizzju effettiv tal-libertajiet previsti mit-trattat jista’ jiġi ostakolat minn miżuri li jolqtu l-integrità tal-ħajja tal-familja tal-ħaddiem migrant (punt 40).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Issa, għalkemm la l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u lanqas il-Protokoll Addizzjonali jew l-atti adottati mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ma jipprevedu d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, ir-rabta li teżisti bejn l-eżerċizzju tal-libertajiet ekonomiċi stabbiliti fl-imsemmi ftehim u l-integrazzjoni tal-familja, titlob, fl-opinjoni tiegħi, li miżura ta’ Stat Membru li tintroduċi kundizzjoni ġdida għad-dħul fit-territorju nazzjonali tal-konjuġi ta’ ċittadin Tork li għamel użu jew jixtieq jagħmel użu mil-libertà ta’ stabbiliment skont l-imsemmi ftehim, meta mqabbla ma’ dawk eżistenti fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali għal dak l-Istat Membru, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> prevista fl-Artikolu 41(1) tal-imsemmi protokoll.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Tali konklużjoni hija kkonfermata mill-għan tal-imsemmija klawżola, li ġie mfakkar diversi drabi mill-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri dak li jinħolqu kundizzjonijiet li huma favorevoli għall-istabbiliment progressiv tal-libertà ta’ stabbiliment bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tat-Turkija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza Tum u Dari (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:530">EU:C:2007:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 53 u 61).</P></NOTE> billi tiġi pprojbita l-adozzjoni ta’ kull miżura ġdida li jkollha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>bħala għan jew effett<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> li tissuġġetta l-istabbiliment taċ-ċittadini Torok fi Stat Membru għal kundizzjonijiet iktar restrittivi minn dawk li kienu jirriżultaw mir-regoli applikabbli għalihom fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, fost oħrajn, is-sentenza Tum u Dari (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:530">EU:C:2007:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 53 u 61).</P></NOTE>. Barra minn hekk, fid-dawl tal-effett potenzjalment dissważiv tal-miżuri li jolqtu l-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta r-riunifikazzjoni tal-familja, l-argument tal-Gvern Ġermaniż u tal-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, li jgħid li l-impatt ta’ regola bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali dwar l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment abbażi tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa wisq remot u ipotetiku sabiex ikun jista’ jaqa taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> prevista fl-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Is-sentenzi riċenti mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Ziebell u Demirkan, iċċitati iktar ’il fuq, ma jmorrux kontra l-interpretazzjoni proposta.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fl-ewwel waħda minn dawn is-sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet, mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, id-Direttiva 2004/38<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29.</P></NOTE>, u b’hekk warrbet, konsegwentement, l-argument imressaq minn N. Ziebell, li l-Artikolu 28(3)(a) ta’ din id-direttiva, li jirregola l-protezzjoni kontra l-emarġinazzjoni u li minnha jibbenefikaw iċ-ċittadini tal-UE, kellu jservi ta’ referenza sabiex jiġi ddeterminat is-sens u l-portata tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ residenza bbażata fuq raġunijiet ta’ ordni pubbliku previsti fl-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80. Il-konklużjoni li waslet għaliha il-Qorti tal-Ġustizzja kienet, essenzjalment, ibbażata fuq l-osservazzjoni li, kuntrarjament għad-direttiva, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>hija intiża sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt fundamentali u individwali li wieħed jiċċaqlaq u jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri li huwa mogħti direttament liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea mit-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jsegwi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>finalità esklużivament ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-punti 64 u 69.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-każ preżenti huwa għalkollox differenti minn dak fil-kawża Ziebell. F’dan il-każ, ma hijiex kwistjoni li jiġu rrikonoxxuti lill-assoċjazzjoni mar-Repubblika tat-Turkija għanijiet u finaltajiet li huma estranji għaliha, iżda li jiġi żgurat it-twettiq sħiħ ta’ dawk li jappartjenu lilha, jiġifieri, skont l-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>il-promozzjoni tat-tisħiħ kontinwu u ekwilibrat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-partijiet kontraenti, billi tittieħed inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ in-neċessità li jiġi żgurat l-iżvilupp mgħaġġel tal-ekonomija tat-Turkija u t-titjib fil-livell tax-xogħol u tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-poplu Tork<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. It-traspożizzjoni fil-kamp tal-applikazzjoni tal-ftehim, permezz tal-Artikolu 13 ta’ dan tal-aħħar, tal-kunċett tal-ostakolu għall-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment, kif interpretat u applikat mill-Qorti tal-Ġustizzja, tidħol f’din il-loġika.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Demirkan iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet li l-kunċett tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jiġbor fih ukoll il-libertà għaċ-ċittadini Torok, destinatarji ta’ servizzi, li jmorru fi Stat Membru sabiex hemmhekk jibbenefikaw minn provvista ta’ servizzi. Sabiex tasal għal tali konklużjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, f’konformità mas-sentenza Ziebell, iddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>bejn il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni flimkien mal-Protokoll Addizzjonali tiegħu, minn naħa, u t-Trattat, min-naħa l-oħra, jeżistu xi differenzi partikolarment minħabba r-rabta eżistenti bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>[l]-iżvilupp tal-libertajiet ekonomiċi <HT TYPE="ITALIC">sabiex ikun hemm moviment liberu tal-persuni b’mod ġenerali</HT>, li jkun paragunabbli għal dak applikabbli, skont l-Artikolu 21 TFUE, għaċ-ċittadini tal-Unjoni, ma humiex l-għan tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-punti 48, 49 u 53, l-enfasi hija tiegħi.</P></NOTE>. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-libertà passiva li jiġu pprovduti servizzi, li hija r-riżultat tal-proċess ta’ stabbiliment ta’ suq intern, maħsub bħala żona mingħajr fruntieri interni, hija marbuta strettament mal-prinċipju ġenerali ta’ moviment liberu tal-persuni li fuqu huwa bbażat il-ħolqien ta’ tali żona. Min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>kemm jekk permezz tal-libertà ta’ stabbiliment jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, huwa biss peress li hija tikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">l-korollarju tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika</HT> li l-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="2019" ID="QE0056"/> [prevista fl-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali] tista’ tikkonċerna l-kundizzjonijiet għad-dħul u għal residenza taċ-ċittadini Torok fit-territorju tal-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-punt 55, l-enfasi hija tiegħi.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, ma huwiex qed jiġi traspost, fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kunċett, bħall-provvista passiva ta’ servizzi, li jiġbor fih ir-rikonoxximent ta’ prinċipju ġenerali ta’ moviment liberu tal-persuni, iżda kunċett, dak tal-ostakolu għall-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment, li jippermetti li jiġu ddefiniti l-limiti ta’ din il-libertà u li jiġi ffavorit, bl-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ astensjoni fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-partijiet kontraenti, it-twettiq sħiħ tagħha skont l-għanijiet ta’ din l-assoċjazzjoni. Dan il-proċess jidħol f’linja ta’ ġurisprudenza stabbilita sewwa mill-Qorti tal-Ġustizzja li, kif diġà osservajt, mhux talli ma ġietx imwarrba iżda, għall-kuntrarju, ġiet ikkonfermata permezz tas-sentenza Demirkan<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara l-punt 43.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermanż isostni li anki li kieku kellu jiġi presuppost li l-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi kklassifikata bħala restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, din tkun madankollu ġġustifikata abbażi tal-għan tal-ġlieda kontra ż-żwiġijiet furzati. Skont dan il-Gvern, il-kisba ta’ konoxxenzi lingwistiċi bażiċi qabel id-dħul fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, tiffavorixxi l-integrazzjoni tal-konjuġi fis-soċjetà ta’ dan l-Istat, iżżid il-possibbiltajiet tiegħu li jiżviluppa ħajja soċjali awtonoma, filwaqt li tnaqqas id-dipendenza fuq il-familja, u tippermettilu, jekk ikun il-każ, li jirrikorri għal awtoritajiet kompetenti sabiex jikseb protezzjoni. Huwa jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-edukazzjoni hija, b’mod ġenerali, fattur dissważiv, peress li l-vittmi potenzjali taż-żwiġijiet furzati jkunu inqas faċilment manipulati.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Demir<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>C‑225/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:725">EU:C:2013:725</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40 u d-dispożittiv.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li restrizzjoni abbażi tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 hija pprojbita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>sakemm tirrileva limitazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-deċiżjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Dan l-artikolu jistabbilixxi, fl-ewwel paragrafu tiegħu, li d-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu II tad-Deċiżjoni Nru 1/80, huma applikati bla ħsara għal-limitazzjonijiet iġġustifikati minn raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà u ta’ saħħa pubblika.</P></NOTE> jew sakemm tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan leġittimu li jkun irid jintlaħaq u ma tkunx tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarji sabiex dan jintlaħaq<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. Skont il-konverġenza fl-interpretazzjoni tal-klawżoli ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> previsti fl-Artikoli 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 u fl-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, li tfakkret fil-punt 22 iktar ’il fuq, l-istess eċċezzjoni hija applikabbli fil-kuntest ta’ din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Issa, jekk wieħed jippresupponi, kif qiegħed isostni il-Gvern Ġermaniż, li l-għan tal-ġlieda kontra ż-żwiġijiet furzati jista’ jiġi invokat minn dan tal-aħħar bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tiġġustifika r-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali u li l-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija xierqa sabiex jintlaħaq tali għan, għandi madankollu d-dubji tiegħi dwar in-natura proporzjonata tiegħu. Fl-opinjoni tiegħi, miżura li hija kapaċi ttawwal b’mod indefinit ir-riunifikazzjoni tal-familja fit-territorju tal-Istat ikkonċernat u li, ħlief għal ċertu numru mnaqqas ta’ eċċezzjonijiet iddefiniti b’mod eżawrjenti, tapplika indipendentement minn evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha ta’ kull każ partikolari, hija nieqsa minn din in-natura. Barra minn hekk, ma nikkondividix l-opinjoni tal-Gvern Ġermaniż li miżuri alternattivi, pereżempju l-obbligu ta’ parteċipazzjoni f’korsijiet ta’ integrazzjoni u ta’ lingwa wara d-dħul fit-territorju Ġermaniż, ma jkunux effikaċi daqs il-kisba minn qabel tal-konoxxenzi lingwistiċi sabiex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali tal-vittmi taż-żwiġijiet furzati. Għall-kuntrarju, tali obbligu jwassal lil dawn il-persuni sabiex joħorġu mill-kuntest familjari tagħhom u b’hekk jiffavorixxi l-kuntatt tagħhom mas-soċjetà Ġermaniża. Il-membri tal-familja tagħhom li jkunu qed jeżerċitaw influwenza fuqhom ikunu, min-naħa tagħhom, kostretti li jippermettu dan il-kuntatt, li, fl-assenza ta’ tali obbligu, jista’ jiġi konkretament ostakolat, u dan minkejja l-fatt li l-persuna inkwistjoni jkollha konoxxenza bażika tal-Ġermaniż. Barra minn hekk, il-fatt li jkun hemm kuntatt regolari mal-organi u mal-persuni responsabbli mill-organizzazzjoni tal-imsemmija korsijiet jista’ jikkontribwixxi sabiex joħloq kundizzjonijiet favorevoli sabiex tintalab l-għajnuna b’mod spontanju min-naħa tal-vittmi, kif ukoll jiffaċilita l-identifikazzjoni u d-denunzja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ sitwazzjonijiet li jeħtieġu intervent.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nissuġġerixxi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel domanda preliminari magħmula mill-Verwaltungsgericht Berlin għandha tkun li l-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li tirriżulta minnu, għall-Istati Membri, li jintroduċu restrizzjonijiet ġodda għal-libertà ta’ stabbiliment, tkopri wkoll miżuri, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġew introdotti wara d-dħul fis-seħħ, għall-Istat Membru kkonċernat, tal-imsemmi protokoll, u li għandhom l-għan jew l-effett li jirrendu iktar diffiċli d-dħul fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-konjuġi ta’ ċittadin Tork li jkun għamel użu mil-libertà ta’ stabbiliment skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Peress li t-tieni domanda preliminari ma hijiex rilevanti ħlief jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel waħda, huwa biss sussidjarjament u fl-ipotesi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma ssegwix is-soluzzjoni ppreżentata għall-ewwel domanda, li ser neżaminaha fil-qosor hawn taħt.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tistabbilixxi, essenzjalment, jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta d-dritt ta’ dħul fil-Ġermanja tal-konjuġi ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qed jirrisjedi b’mod regolari f’dan l-Istat Membru, għall-prova ta’ konoxxenza bażika tal-lingwa Ġermaniża.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86 jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom id-dritt jeżiġu mill-benefiċjarji potenzjali tar-riunifikazzjoni tal-familja li jikkonformaw ma’ miżuri ta’ integrazzjoni. Skont il-Gvern Ġermaniż, il-kundizzjoni relatata mal-konoxxenza bażika tal-lingwa Ġermaniża, li għandha l-għan doppju li tiffaċilita l-integrazzjoni ta’ persuni li jkunu għadhom kif jaslu l-Ġermanja u li tissielet kontra ż-żwiġijiet furzati, tikkostitwixxi miżura ta’ integrazzjoni ammissibbli abbażi ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Preliminarjament, infakkar li d-dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>) jagħmel parti mid-drittijiet fundamentali li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, huma protetti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Dan id-dritt, li jinsab ukoll fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, ikopri wkoll id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenzi Carpenter (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:434">EU:C:2002:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42) u Akrich (C‑109/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:491">EU:C:2003:491</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59).</P></NOTE> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>jinvolvi għall-Istati Membri obbligi li jistgħu jkunu negattivi, meta Stat Membru huwa obbligat ma jkeċċix persuna, jew pożittivi, meta huwa obbligat iħalli persuna tidħol u tirrisjedi fit-territorju tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑540/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:429">EU:C:2006:429</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</P></NOTE>. Għalhekk, għalkemm la l-KEDB u lanqas il-Karta ma jiggarantixxu bħala dritt fundamentali d-dritt ta’ persuna barranija li tidħol u tirrisjedi fit-territorju ta’ pajjiż partikolari, it-tkeċċija ta’ persuna minn pajjiż fejn jgħixu l-qraba intimi tagħha tista’ tikkostitwixxi ndħil fid-dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja kif protett permezz ta’ dawn l-atti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenzi Carpenter (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:434">EU:C:2002:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42), Akrich (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:491">EU:C:2003:491</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59) u Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:429">EU:C:2006:429</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 53).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Dan premess, għandu jingħad qabelxejn li minn qari <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86 jirriżulta li fil-każ ta’ persuni li ma għandhomx l-istatus ta’ refuġjat jew li ma humiex membri tal-familja ta’ refuġjat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Għar-refuġjati u l-membri tal-familji tagħhom, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2) jistabbilixxi li l-miżuri ta’ integrazzjoni ma jistgħux japplikaw ħlief wara li l-persuni kkonċernati jkunu bbenefikaw mir-riunifikazzjoni tal-familja.</P></NOTE>, miżuri ta’ integrazzjoni jistgħu jiġu imposti anki <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> id-dħul fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Fil-kawża preżenti, peress li l-ebda wieħed mill-konjuġi Dogan ma għandu l-istatus ta’ refuġjat, l-awtoritajiet Ġermaniżi setgħu jimponu fuq N. Dogan l-obbligu li tikkonforma ruħha, b’osservanza tad-dritt nazzjonali, ma’ miżuri ta’ integrazzjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86, qabel id-dħul tagħha fit-territorju Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Jeħtieġ issa li tiġi kkjarifikata l-portata eżatta tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward infakkar preliminarjament li, fis-sentenza Chakroun, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat, minn naħa, li fis-sistema tad-Direttiva 2003/86, l-awtorizzazzjoni għar-riunifikazzjoni hija r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>regola ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> u d-dispożizzjonijiet li jippermettu li din tiġi limitata għandhom jiġu interpretati b’mod strett u ppreċiżat, min-naħa l-oħra, li l-marġni ta’ mmanuvrar mogħti lill-Istati Membri permezz ta’ tali dispożizzjonijiet ma għandux jintuża minnhom b’mod li jippreġudika l-għan tad-Direttiva, li huwa li tiġi promossa r-riunifikazzjoni tal-familja, u sabiex din tintlaħaq b’mod<?PAGE NO="13"?> effettiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>C‑578/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:117">EU:C:2010:117</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, point 43; ara wkoll s-sentenza O <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑356/11 u C‑357/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 74).</P></NOTE>. Dawn il-kriterji interpretattivi, stabbiliti fir-rigward tal-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86, li jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw ir-riunifikazzjoni għall-prova li l-isponsor għandu riżorsi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>stabbli, regolari u suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, għandhom iservu wkoll ta’ gwida għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2) ta’ din l-istess direttiva u, b’mod ġenerali, għal kawlunkwe restrizzjoni għad-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Dan premess, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> għandu jitqies b’mod parallel ma’ dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, li ma jinsabx fid-Direttiva 2003/86, iżda li mingħajr dubju kien preżenti f’moħħ il-leġiżlatur. Fil-fatt, fid-Direttiva 2003/109/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Direttiva tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).</P></NOTE>, li hija kontemporanja u relatata ma’ qasam li huwa viċin ħafna dak tad-Direttiva 2003/86, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea introduċa klawżola (l-Artikolu 15(3) attwali), li tistipula li l-Istati Membri huma awtorizzati jeżiġu li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jissodisfaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt ta’ residenza fi Stat tal-Unjoni għajr dak li fih ikunu kisbu l-istatus ta’ resident għat-tul. Issa, mill-eżami tax-xogħlijiet preparatorji tad-Direttiva 2003/109 jirriżulta li, fi ħdan il-Kunsill, ċerti delegazzjonijiet nazzjonali kienu pproponew li, fl-Artikolu 15, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>miżuri<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> tiġi ssostitwita bil-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>: madankollu, peress li l-maġġoranza tal-Istati kienet kontra, it-test definittiv żamm l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, jiġifieri l-istess formola li tinsab fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara, b’mod partikolari, in-nota tal-presidenza tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20030314">14 ta’ Marzu 2003</DATE>, 7393/1/03 REV 1, p. 5. Il-pajjiżi li kienu pproponew li tintuża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> kienu r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika tal-Awstrija.</P></NOTE>. Kuntrarjament, l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/109 jippermetti lill-Istati Membri li jissuġġettaw il-kisba tal-istatus ta’ resident għat-tul għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>kondizzjonijiet ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, li fil-każ li jiġu ssodisfatti tiġi eskluża l-possibbiltà li jiġu imposti, suċċessivament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> previsti fl-Artikolu 15<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/109.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Iż-żewġ kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>miżuri<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> ta’ integrazzjoni għandhom jitqiesu għalhekk bħala distinti, u ċertament mhux sinonimi. Din il-konstatazzjoni ma hijiex biżżejjed, madankollu, sabiex jiġi ddeterminat x’inhi, konkretament, id-differenza bejniethom. Għalkemm la d-Direttiva 2003/86 u lanqas id-Direttiva 2003/109 ma jagħtu indikazzjonijiet speċifiċi f’dan ir-rigward, huwa madankollu ċar li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> għandhom jitqiesu li huma inqas severi meta mqabbla mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>. Dan jirriżulta kemm mill-analiżi lingwistika taż-żewġ espressjonijiet kif ukoll mill-fatt li, skont id-Direttiva 2003/109, kif diġà espost, il-fatt li kellu jissodisfa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>, fis-sens tal-Artikolu 5, jeżenta awtomatikament lir-residenti għat-tul mill-obbligu eventwali li jissottometti ruħu għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> abbażi tal-Artikolu 15.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-qari sistematiku tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/86 jipponta wkoll lejn dan is-sens. L-ewwel paragrafu ta’ dan l-artikolu jelenka serje ta’ kundizzjonijiet relatati mas-sitwazzjoni tal-isponsor, li l-persuna li ressqet it-talba għar-riunifikazzjoni tal-familja tista’ tkun marbuta li tipprova. Għall-kuntrarju, tali prova ma hijiex meħtieġa għal dak li jirrigwarda l-miżuri adottati skont it-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu. Issa, li kieku l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jissuġġetta dawn il-miżuri għall-istess regoli previsti fl-ewwel paragrafu, ma kienx ikollu għalfejn jintroduċi paragrafu ġdid, iżda seta’ sempliċiment iżid punt fil-paragrafu preċedenti. Fi kliem ieħor, il-miżuri ta’ integrazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu ma jistax ikollhom l-għan tal-<HT TYPE="ITALIC">għażla</HT> tal-persuni li ser ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għar-riunifikazzjoni, għaliex l-għażla hija l-għan tal-kriterji u tal-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel paragrafu. Il-miżuri ta’ integrazzjoni tat-tieni paragrafu, għall-kuntrarju, għandu jkollhom, essenzjalment, l-għan li <HT TYPE="ITALIC">jiffaċilitaw</HT> l-integrazzjoni fl-Istati Membri.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> għandu jiġi distint ukoll u ma jistax jikkoinċidi mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>kriterju ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> li, fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86, jista’ jiġi impost, taħt ċerti kundizjonijiet, jekk ir-riunifikazzjoni tintalab għal wild taħt it-tnax-il sena. Minkejja li d-direttiva ma tippreċiżax il-portata ta’ dan il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>kriterju<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/>, jidher ċar li għal darb’oħra għandna quddiemna kunċett li jinvoka l-idea ta’ <HT TYPE="ITALIC">kundizzjoni minn qabel li għandha tiġi pprovata mill-persuna kkonċernata</HT>, għalkemm huwa ta’ tip differenti meta mqabbel ma’ dawk indikati fl-Artikolu 7(1)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>F’dan is-sens, ara s-sentenza Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:429">EU:C:2006:429</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 66 sa 76).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jisħqu li l-verżjoni Olandiża tad-Direttiva 2003/86 tuża, fl-Artikolu 7(2), kelma (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>integratievoorwaarden<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>) li hija kkaratterizzata minn sinjifikat differenti meta mqabbla mal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, li timplika l-idea ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> li ma tinsabx, pereżempju, fil-verżjonijiet Franċiżi, Taljani, (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>misure di integrazione<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>), Ġermaniżi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>Integrationsmaßnahmen<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/>) u Ingliżi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>integration measures<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>). Din l-istess terminoloġija tinsab ukoll fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/109: madankollu, u dan l-element jidhirli li huwa deċiżiv, fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, ma jissemmewx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>miżuri<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>maatregelen<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/>), iżda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/>kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Pereżempju, il-verżjoni Franċiżi, Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0091" REF.END="QE0091"/>Integrationsanforderungen<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/>), Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0092" REF.END="QE0092"/>integration conditions<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/>) u Taljana (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0093" REF.END="QE0093"/>condizioni di integrazione<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/>).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, il-verżjoni Olandiża tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86 ma tikkoinċidix perfettament mal-oħrajn, li jidhru li jiffavorixxu l-idea li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0094" REF.END="QE0094"/>jieħdu inizjattivi<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> għall-integrazzjoni iktar milli jimponu kundizzjonijiet, u tidher, sa ċertu punt, iżolata. Fi kwalunkwe każ, anki li kieku wieħed kellu jqis il-verżjoni Olandiża tad-direttiva bħala kompatibbli mal-idea tal-impożizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0095" REF.END="QE0095"/>kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/>, qabel id-dħul ta’ persuni li għandhom id-dritt għar-riunifikazzjoni, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li n-natura diverġenti ta’ verżjoni lingwistika speċifika ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni, u li l-verżjoni inkwistjoni lanqas ma tista’ tiġi attribwita natura prijoritarja fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan aħħari tal-leġiżlazzjoni li tagħha tikkostitwixxi element<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara s-sentenzi Cricket‑St‑Thomas (C‑372/88, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:140">EU:C:1990:140</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18); Velvet &amp; Steel Immobilien (C‑455/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:232">EU:C:2007:232</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19) u Helmut Müller (C‑451/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:168">EU:C:2010:168</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0096" REF.END="QE0096"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/> skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86 ma jistgħux jinbidlu f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0097" REF.END="QE0097"/>kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/> għar-riunifikazzjoni tal-familja. Din il-konklużjoni ma timplikax madankollu li dawn il-miżuri, meta jkunu maħsuba sabiex japplikaw qabel id-dħul tal-persuni kkonċernati fit-territorju tal-Istat Membru partikolari, għandhom ikunu limitati li jimponu sempliċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0098" REF.END="QE0098"/>obbligi tal-mezzi<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/>. Fil-fatt, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0099" REF.END="QE0099"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> hija wiesgħa biżżejjed biex tiġbor fiha wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0100" REF.END="QE0100"/>obbligi tar-riżultat<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/>, bil-kundizzjoni madankollu li dawn ikunu proporzjonati mal-għan ta’ integrazzjoni prevista mill-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/86 [COM(2008) 610 finali, punt 4.3.4] u l-Green Paper dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu fl-Unjoni Ewropea (Direttiva 2003/86) [COM(2011) 735 finali, punt 2.1].</P></NOTE> u li l-effettività ta’ din tal-aħħar ma tkunx kompromessa.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/86, li jipprovvdi li fejn it-talba għar-riunifikazzjoni tiġi miċħuda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0101" REF.END="QE0101"/>l-Istati Membri għandhom iqisu n-natura u s-solidità tar-relazzjonijiet familjali tal-persuna u t-tul tar-residenza tiegħu (tagħha) fl-Istat Membru u ta’ l-eżistenza ta’ rbit familjali, kulturali u soċjali ma’ pajjiżu/a ta’ oriġini<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="201D" ID="QE0101"/>, jimponi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0102" REF.END="QE0102"/>eżami individwali tat-talbiet għal riunifikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenza Chakroun (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:117">EU:C:2010:117</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 48), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi ammont minimu tad-dħul li jekk ma jintlaħaqx tiġi rrifjutata kwalunkwe riunifikazzjoni tal-familja, indipendentament mill-eżami konkret tas-sitwazzjoni tal-applikant, ma hijiex konformi mad-Direttiva 2003/86.</P></NOTE>. L-għan essenzjali ta’ tali eżami individwali huwa li kemm jista’ jkun tinżamm l-effettivà tad-direttiva u li l-għan prinċipali tagħha ma jiġix ippreġudikat, jiġifieri dak li<?PAGE NO="15"?> jippermetti t-twettiq tar-riunifikazzjoni tal-familja. Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/86 tipprekludi, bħala prinċipju, kull liġi nazzjonali li tippermetti li l-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni jiġi rrifjutat abbażi ta’ serje ta’ kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel, mingħajr il-possibbiltà ta’ evalwazzjoni għal kull każ partikolari fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dan premess, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva 2003/86 ma tirregolax b’mod eżawrjenti l-kontenut tal-evalwazzjoni li trid issir fir-rigward tat-talba għar-riunifikazzjoni. Minkejja li ċerti prinċipji u elementi jirriżultaw ċertament mit-test u mill-għanijiet tagħha, pereżempju r-rekwiżit li jitqiesu debitament l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0103" REF.END="QE0103"/>aħjar interessi ta’ tfal minorenni<QUOT.END REF.START="QS0103" CODE="201D" ID="QE0103"/>, stabbilit fl-Artikolu 5(5), l-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi elenkati fl-Artikolu 17 u, b’mod iktar ġenerali, l-indikazzjoni favur il-protezzjoni tal-ħajja tal-familja, huwa finalment il-kompitu tal-qorti nazzjonali li tevalwa, abbażi tad-dritt tagħha, il-legalità tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti, fid-dawl tar-regoli u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara f’dan is-sens is-sentenza O <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 80).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa l-kompitu, bħala prinċipju, tal-leġiżlatur nazzjonali li jiddetermina l-modalitajiet konkreti li jippermettu li jiġu evalwati d-diffikultajiet eventwali, materjali jew personali, li l-persuna kkonċernata tista’ tiltaqa’ magħhom sabiex tissodisfa l-miżuri ta’ integrazzjoni imposti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Fil-Green Paper tagħha tal-2011, il-Kummissjoni tiddeskrivi f’termini problematiċi l-marġni li d-direttiva tagħti lill-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fakultattivi tagħha, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-miżuri eventwali ta’ integrazzjoni (parti I).</P></NOTE>, dan tal-aħħar għandu madankollu jaċċerta ruħu li l-għan u l-effettività tad-Direttiva 2003/86 ma jiġux ippreġudikati. Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali diffikultajjiet jew li ma tippermettix li dawn jiġu evalwati għal kull każ partikolari, fid-dawl tal-elementi kollha rilevanti, ma tkunx konformi ma’ din id-direttiva. Għaldaqstant, l-ammissjoni tal-possibbiltà li d-dħul fl-Istat Membru kkonċernat ikun suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna tgħaddi minn eżami, mingħajr ma jkun hemm il-possibbiltajiet konkreti sabiex wieħed iħejji ruħu għal dan l-eżami, pereżempju fl-assenza ta’ kwalunkwe forma ta’ sostenn jew ta’ tagħlim organizzat minn dan l-Istat fl-Istat ta’ residenza tal-persuna kkonċernata jew fil-każ tal-indisponibbiltà tal-materjal jew nuqqas ta’ aċċess għalih, b’mod partikolari f’termini ta’ prezz, tkun ekwivalenti fil-prattika għall-impossibbiltà tal-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni previst mid-direttiva. Bl-istess mod, leġiżlazzjoni li ma tippermettix li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet, anki temporanji, marbuta mal-istat ta’ saħħa tal-membru tal-familja kkonċernat jew mal-kundizzjonijiet individwali tiegħu, bħall-età, l-illitteriżmu, id-diżabbiltà u l-livell ta’ edukazzjoni, ma tkunx qed tosserva l-effettività ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalkemm il-leġiżlazzjoni Ġermaniża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi li l-konjuġi li ma huwiex f’pożizzjoni li jipproduċi prova tal-konoxxenza bażika tiegħu tal-Ġermaniż minħabba mard jew diżabbiltà fiżika, mentali jew psikoloġika jista’ jiġi eżentat mill-obbligu li jipproduċi tali prova, min-naħa l-oħra din il-leġiżlazzjoni la ma tipprevedi l-possibbiltà, għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar tali eżenzjoni, li jittieħdu inkunsiderazzjoni kundizzjonijiet individwali oħra tal-konjuġi fil-kuntest ta’ evalwazzjoni mwettqa fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha għal kull każ partikolari, u lanqas ma tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi elenkati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva. Fil-kawża preżenti, il-possibbiltà konkreta għar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mil-liġi Ġermaniża, għallinqas fi żmien raġonevoli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Skont l-informazzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju, N. Dogan ilha erba’ snin tipprova tingħaqad mar-raġel tagħha fil-Ġermanja.</P></NOTE>, tidher li hija dgħajfa. Fil-fatt, mill-proċess jirriżulta li l-prova tal-livell rikjest ta’ konoxxenza tal-lingwa Ġermaniża tirrikjedi b’mod obbligatorju l-litteriżmu minn qabel ta’ N. Dogan. Issa, sitwazzjoni aċċertata ta’ illitteriżmu tista’, meta wieħed iqis l-età tal-persuna kkonċernata, il-kundizzjonijiet ekonomiċi tagħha u l-ambjent soċjali li minnu tagħmel parti, tikkostitwixxi ostakolu li ma huwiex faċli li jingħeleb. Għalhekk, il-fatt li l-awtorizzazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-konjuġi tiġi suġġetta għal-litteriżmu minn qabel tista’, skont iċ-ċirkustanzi, tkun sproporzjonata meta mqabbla mal-għan ta’ integrazzjoni li jridu jilħqu l-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86 u titneħħa l-effettività ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, nissuġġerixxi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għat-tieni domanda preliminari għandha tkun li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86 jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ħruġ ta’ viża għar-riunifikazzjoni tal-familja lil konjuġi ta’ ċittadin barrani li jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva għall-prova li l-imsemmi konjuġi għandu konoxxenzi bażiċi tal-lingwa ta’ dak l-Istat Membru, mingħajr ma tipprevedi l-possibbiltà li jingħataw eżenzjonijiet abbażi ta’ eżami individwali tat-talba għar-riunifikazzjoni magħmul skont l-Artikolu 17 tal-imsemmija direttiva u mwettaq billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-interessi tal-minuri u taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti għal każ partikolari. Fost dawn iċ-ċirkustanzi wieħed isib b’mod partikolari, minn naħa, id-disponibbiltà, fl-Istat Membru ta’ residenza tal-imsemmi konjuġi, ta’ taħriġ u ta’ materjal neċessarju sabiex jinkiseb il-livell ta’ konoxxenzi lingwistiċi rikjest kif ukoll l-aċċessibbiltà tagħhom, b’mod partikolari f’termini ta’ prezz, u, min-naħa l-oħra, id-diffikultajiet eventwali, anki temporanji, marbuta mal-istat ta’ saħħa tiegħu jew mas-sitwazzjoni personali tiegħu, bħall-età, l-illitteriżmu, id-diżabbiltà u l-livell ta’ edukazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal‑Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi magħmula mill- Verwaltungsgericht Berlin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0104" REF.END="QE0104"/>L-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-<DATE ISO="19701123">23 ta’ Novembru 1970</DATE> fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-<DATE ISO="19721219">19 ta’ Diċembru 1972</DATE>, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu matul il-fażi tranżitorja tal-assoċjazzjoni maħluqa permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija, iffirmat fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li tirriżulta minnu, għall-Istati Membri, li jintroduċu restrizzjonijiet ġodda għal-libertà ta’ stabbiliment, tkopri wkoll miżuri, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġew introdotti wara d-dħul fis-seħħ, għall-Istat Membru kkonċernat, tal-imsemmi protokoll, u li għandhom l-għan jew l-effett li jirrendu iktar diffiċli d-dħul fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-konjuġi ta’ ċittadin Tork li jkun għamel użu mil-libertà ta’ stabbiliment skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.</P><P>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ħruġ ta’ viża għar-riunifikazzjoni tal-familja lil konjuġi ta’ ċittadin barrani li jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva għall-prova li l-imsemmi konjuġi għandu konoxxenzi bażiċi tal-lingwa ta’ dak l-Istat Membru, mingħajr ma tipprevedi l-possibbiltà li jingħataw eżenzjonijiet abbażi ta’ eżami individwali tat-talba għar-riunifikazzjoni magħmul skont l-Artikolu 17 tal-imsemmija direttiva u mwettaq billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-interessi tal-minuri u taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti għal każ partikolari. Fost dawn iċ-ċirkustanzi wieħed isib b’mod partikolari, minn naħa, id-disponibbiltà, fl-Istat Membru ta’ residenza tal-imsemmi konjuġi, ta’ taħriġ u ta’ materjal neċessarju sabiex jinkiseb il-livell ta’ konoxxenzi lingwistiċi rikjest kif ukoll l-aċċessibbiltà tagħhom, b’mod partikolari f’termini ta’ prezz, u, min-naħa l-oħra, id-diffikultajiet eventwali, anki temporanji, marbuta mal-istat ta’ saħħa tiegħu jew mas-sitwazzjoni personali tiegħu, bħall-età, l-illitteriżmu, id-diżabbiltà u l-livell ta’ edukazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0104" CODE="201D" ID="QE0104"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>