|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2373 |
21.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2373
tal-20 ta’ Novembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/3116 dwar il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 42(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/3116 (1). |
|
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2024/3116, il-Kap tal-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) ippreżenta lill-Kumitat ta’ Tmexxija tiegħu stima tad-dħul u tan-nefqa għall-KESD għas-sena finanzjarja 2026. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Lulju 2025, il-Kumitat ta’ Tmexxija approva l-istima tad-dħul u tan-nefqa għall-KESD għas-sena finanzjarja 2026, li sussegwentement intbagħtet lill-Kummissjoni Ewropea mill-Kap tal-KESD. |
|
(4) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid, maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/3116 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/3116, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026 għandu jkun ta’ EUR 3 309 800,02.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3116 tad-9 ta’ Diċembru 2024 dwar il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1515 (ĠU L, 2024/3116, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3116/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2373/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)