<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-176/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0176</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:293">EU:C:2018:293</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑176/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Profi Credit Polska</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑176/17</HT></P><P>Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej</P><P>vs</P><P>Mariusz Wawrzosek</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Qorti Distrettwali ta’ Siemianowice Śląskie, il-Polonja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura għall-adozzjoni ta’ ordni ta’ ħlas minħabba ċedola li tiggarantixxi krediti mnissla minn ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Impossibbiltà li l-qorti tikkonstata n-natura inġusta eventwali ta’ klawżoli kuntrattwali jekk il-konsumatur ma jippreżentax rimedju ġudizzjarju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat kemm-il darba li d-dritt proċedurali nazzjonali għandu rwol deċiżiv għall-garanzija effettiva tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat partikolarment li l-qorti nazzjonali għandha tevalwa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ara b’mod partikolari s-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VB Pénzügyi Lízing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑137/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:659">EU:C:2010:659</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</P></NOTE>. F’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, għall-ewwel darba qed tiġi magħmula d-domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk dan l-obbligu tal-qorti nazzjonali jeżistix ukoll meta tevalwa obbligazzjoni minn kambjala u l-kambjala tiggarantixxi krediti mnissla minn ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kambjala hija istituzzjoni ġuridika venerabbli li nħolqot fiż-żminijiet tal-bidu tal-Medjuevu minn negozji tal-kambju ta’ valuta fost in-negozjanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara Coing, H., <HT TYPE="ITALIC">Europäisches Privatrecht I</HT>, München, 1985, p. 543.</P></NOTE>. Il-ħidma leġiżlattiva kbira tas-seklu 19, speċjalment il-<HT TYPE="ITALIC">Code de commerce</HT> Franċiż tal‑1807, ħelset il-kambjala minn dawn il-ktajjen korporattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Coing, H., <HT TYPE="ITALIC">Europäisches Privatrecht II</HT>, München, 1989, p. 570.</P></NOTE> u saret <HT TYPE="ITALIC">dak</HT> l-istrument per eċċellenza li fetaħ il-bibien għaċ-ċittadini tal-istrati kollha għal pagamenti mingħajr flus kontanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Bergfeld, Ch., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Preußen und das Allgemeine Deutsche Handelsgesetzbuch<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <HT TYPE="ITALIC">Ius Commune XIV</HT>, 1987, p. 105 u 106.</P></NOTE>. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Genève tas‑<DATE ISO="19300607">7 ta’ Ġunju 1930</DATE> li tipprevedi liġi uniformi għal kambjali u ċedoli, li kienet timmira lejn l-uniformità internazzjonali tal-liġijiet dwar kambjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>B’differenza għal xi Stati Membri oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Fosthom il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Latvja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Isvezja, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju Unit.</P></NOTE>, fil-Polonja l-użu ta’ ċedoli, jiġifieri ta’ kambjali fejn il-ġeneratur tal-kambjala jobbliga lilu nnifsu għall-ħlas ta’ somma bħala mezz ta’ garanzija għal ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, huwa permess u huwa prattika komuni. Id-dritt proċedurali Pollakk jipprovdi proċedura ta’ ordni ta’ ħlas rapida abbażi ta’ ċedola, li tillimita lill-qorti nazzjonali għal verifika formali taċ-ċedola. Għaldaqstant, jekk il-kambjala sservi bħala garanzija għal kuntratt ta’ self, il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas teskludi l-verifika tal-kuntratt ta’ self sottostanti. Din it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa tagħti l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tesprimi ruħha dwar il-kompatibbiltà tal-imsemmija proċedura mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti u mad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 133, p. 66</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti tikkonċerna l-klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur. Skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ <HT TYPE="ITALIC">buona fede</HT>, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tagħha, id-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur għandha tapplika għal ftehim ta’ kreditu. L-Artikolu 3(ċ) jiddefinixxi ftehim ta’ kreditu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu fil-forma ta’ ħlas differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra; […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Fejn id-drittijiet tal-kreditur taħt ftehim ta’ kreditu jew il-ftehim innifsu jiġu ċeduti lil parti terza, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jeċċepixxi kontra ċ-ċessjonarju kwalunkwe difiża li kienet disponibbli għalih kontra l-kreditur oriġinali, inkluża tpaċija fejn din ta’ l-aħħar tkun permessa fl-Istat Membru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Safejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta jew tikkorrespondi għal din id-direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw fl-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva ma jagħtux lok għal evitar li jirriżulta mill-mod li bih jiġu fformulati ftehim, b’mod partikolari billi jiġu integrati ġbid ta’ kreditu jew ftehim ta’ kreditu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva fi ftehim ta’ kreditu li n-natura u l-iskop tagħhom jagħmluha possibbli li tiġi evitata l-applikazzjoni tagħha.</ALINEA><ALINEA>[…]”</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-Kodeks postępowania cywilnego (il-Kodiċi Pollakk tal-Proċedura Ċivili) jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas abbażi ta’ kambjala. L-Artikolu 485 § 2 tal-Kodeks postępowania cywilnego (il-Kodiċi Pollakk tal-Proċedura Ċivili, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>KPC<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-qorti toħroġ ukoll ordni ta’ ħlas fil-konfront tal-parti obbligata abbażi ta’ kambjala […] redatta kif suppost jekk l-awtentiċità u l-kontenut tal-kambjala ma jqajmux dubji. Jekk id-drittijiet imnissla mill-kambjala jkunu ġew ittrasferiti għal fuq l-applikant […], l-ordni ta’ ħlas tinħareġ biss jekk jiġu ppreżentati ċertifikati li jissostanzjaw id-dritt, sakemm it-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet għal fuq l-applikant ma jirriżultax direttament mill-kambjala […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 486 § 1 tal-KPC jissupplimenta:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Fl-assenza ta’ prerekwiżiti suffiċjenti għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas, il-president jistabbilixxi data għas-smigħ, sakemm il-kawża ma tkunx tista’ tiġi ttrattata mingħajr smigħ.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 491 § 1 tal-KPC jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Bl-ordni ta’ ħlas il-qorti titlob lill-konvenut biex jagħmel tajjeb għad-dejn sħiħ, inklużi l-ispejjeż imġarrba, fi żmien ġimagħtejn wara li jirċievi l-ordni ta’ ħlas, jew inkella li jressaq oppożizzjoni kontra din l-ordni f’dan it-terminu. […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 492 tal-KPC huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>§ 1. Mal-ħruġ tagħha, l-ordni ta’ ħlas titqies bħala titolu ta’ garanzija infurzabbli mingħajr inklużjoni ta’ ordni ta’ infurzar. […]</ALINEA><ALINEA>§ 3. L-ordni ta’ ħlas maħruġa abbażi ta’ kambjala […] hija infurzabbli immedjatament wara li jiskadi t-terminu għat-tpaċija tad-dejn. F’każ ta’ oppożizzjoni l-qorti tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-eżekuzzjoni fuq talba mill-konvenut. […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 493 § 1 tal-KPC huwa stabbilit:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-oppożizzjoni titressaq quddiem dik il-qorti li tkun ħarġet l-ordni ta’ ħlas. Il-konvenut irid jindika jekk huwiex qed jikkontesta l-ordni ta’ ħlas fl-intier tagħha jew parzjalment, iressaq l-ilmenti li jridu jiġu invokati qabel id-difiża fil-mertu biex tiġi evitata l-preklużjoni tagħhom, kif ukoll jippreżenta fatti u provi. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 § 4 tal-Ustawa o kosztach sądowych w sprawach cywilnych (il-Liġi dwar l-Ispejjeż tal-Qorti f’Materji Ċivili) jipprevedi li l-konvenut irid iġorr tliet kwarti tal-ispejjeż tal-qorti jekk iressaq oppożizzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet f’kuntratti mal-konsumatur, l-Artikolu 385 tal-Kodeks cywilny (il-Kodiċi Ċivili) jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="385.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt mal-konsumatur li ma jkunux ġew miftiehma individwalment ma humiex vinkolanti għall-konsumatur jekk dawn ifasslu d-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu b’tali mod li jmur kontra l-prinċipji aċċettati tal-moralità u jippreġudikaw b’mod serju l-interessi tiegħu (klawżoli kuntrattwali inammissibbli). Dan ma jgħoddx għal dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-obbligi prinċipali tal-partijiet, partikolarment il-prezz jew ir-remunerazzjoni, jekk ikunu ġew ifformulati b’mod ċar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="385.002"><NO.PARAG>§ 2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk dispożizzjoni kuntrattwali ma tkunx vinkolanti għall-konsumatur kif speċifikat f’§ 1, il-ftehim jibqa’ vinkolanti għall-partijiet fil-kumplament tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċedola, l-Artikolu 101 tal-Prawo wekslowe (il-Liġi dwar il-Kambjali) jistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Iċ-ċedola tinkludi: 1) il-kelma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kambjala<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> fit-test taċ-ċertifikat bil-lingwa li fiha din tkun inħarġet; 2) il-wegħda inkundizzjonata li ser titħallas somma ta’ flus speċifika; 3) terminu speċifiku għall-ħlas; 4) post speċifiku għall-ħlas; 5) l-isem tal-persuna li għall-benefiċċju jew li fuq ordni tagħha għandu jsir il-ħlas; 6) il-post u d-data tal-ħruġ tal-kambjala; 7) il-firma tal-emittent tal-kambjala.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur ġew trasposti fid-dritt Pollakk bl-Ustawa o kredycie konsumenckim (il-Liġi dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>UKK<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) tat‑<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>. L-Artikolu 41 tal-UKK jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="041.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kambjala […] ta’ konsumatur li tingħata lill-kreditur għall-finijiet tal-issodisfar jew tal-garanzija ta’ tranżazzjoni li tirriżulta minn ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur trid tinkludi l-klawżola <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>mhux għan-nom<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> jew klawżola bl-istess sinjifikat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kreditur jaċċetta kambjala […] li ma tinkludix il-klawżola <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>mhux għan-nom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>, u din il-kambjala tiġi ttrasferita […] fuq persuna oħra, il-kreditur huwa obbligat jagħmel tajjeb għad-dannu tal-konsumatur billi jħallas il-kambjala. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 2 japplika wkoll jekk il-kambjala […] tkun spiċċat fil-pussess ta’ persuna oħra kontra r-rieda tal-kreditur.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-proċedura fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE> ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, Profi Credit Polska S.A. b’sede f’Bielsko-Biała (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>bank<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) ikkonkluda kuntratt ta’ self mal-konvenut fil-kawża prinċipali, M. Wawrzosek. Kif il-qorti tar-rinviju hija informata abbażi ta’ kawżi oħra li ġiet adita bihom mir-rikorrent, huwa kkonċernat kuntratt standard ifformulat minn qabel, li jinkludi klawżola li tobbliga lill-persuna li tissellef sabiex toħroġ ċedola bħala garanzija għad-drittijiet tal-persuna li ssellef imnissla mill-kuntratt ta’ self. Konformement ma’ dan l-obbligu, il-konvenut ta lir-rikorrenti kambjala inbjank iffirmata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-konvenut ma ħallasx lura s-self. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tterminat l-kuntratt ta’ self u daħħlet l-ammont ta’ 3 268.38 zlote Pollakki (PLN) fil-kambjala inbjank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-rikorrenti talbet lil din tal-ewwel jogħġobha toħroġ ordni ta’ ħlas li tammonta għal PLN 3 268.38 fil-konfront tal-konvenut abbażi tal-kambjala. Ma’ din it-talba r-rikorrenti hemżet il-kambjala ffirmata u redatta kif suppost kif ukoll it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ self, iżda mhux il-kuntratt innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Kif tosserva l-qorti tar-rinviju, skont id-dritt nazzjonali l-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas abbażi ta’ kambjala fiha żewġ stadji. L-<HT TYPE="ITALIC">ewwel stadju</HT> jibda mas-sottomissjoni tat-talba għall-ħruġ tal-ordni ta’ ħlas. Dan isir mingħajr ma jiġi nnotifikat il-konvenut. Kif speċifikat fl-Artikolu 485 § 2 tal-KPC, il-qorti għandha toħroġ l-ordni ta’ ħlas jekk ikollha quddiemha kambjala kif suppost u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-awtentiċità u l-kontenut tal-kambjala ma jqajmux dubji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Skont il-qorti tar-rinviju, il-ġurisprudenza nazzjonali tinterpreta din id-dispożizzjoni b’tali mod li fl-ewwel stadju tal-proċedura jiġi evalwat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> biss jekk iċ-ċertifikat tal-kambjala ppreżentat mill-applikant huwiex awtentiku u jissodisfa l-forma legali. Jekk dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfatti, il-qorti hija obbligata toħroġ l-ordni ta’ ħlas indipendentement mill-kontenut tar-relazzjoni sottostanti. Jekk il-kambjala tiggarantixxi intitolament imnissel minn kuntratt ta’ self, fl-ewwel stadju tal-proċedura l-applikant jista’ jillimita ruħu għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-kambjala waħdu bħala prova. Dan ma għandux għalfejn jipprovdi prova li l-intitolament iggarantit joħroġ mill-kuntratt ta’ self u li dan għandu effett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-ordni ta’ ħlas tintbagħat lill-konvenut flimkien mal-att promotur tal-applikant u avviż dwar it-tressiq ta’ oppożizzjoni. It-terminu għall-oppożizzjoni huwa ta’ ġimagħtejn min-notifika tal-ordni ta’ ħlas. Imbagħad, kif speċifikat fl-Artikolu 492 § 3 tal-KPC, il-qorti tista’ tissospendi l-infurzar tal-ordni ta’ ħlas fuq applikazzjoni mill-konvenut. Skont il-qorti tar-rinviju, f’dan it-<HT TYPE="ITALIC">tieni stadju</HT> tal-proċedura l-konvenut mhux biss jista’ jressaq oġġezzjonijiet dwar l-obbligazzjoni minn kambjala iżda wkoll dwar drittijiet imnissla mir-relazzjoni sottostanti, pereżempju n-natura inġusta ta’ klawżola tal-ftehim sottostanti ta’ kreditu għall-konsumatur. Min-naħa l-oħra, kif speċifikat fl-Artikolu 492 § 1 tal-KPC, jekk il-konvenut ma jressaq l-ebda oppożizzjoni, l-ordni ta’ ħlas titqies bħala titolu ta’ garanzija infurzabbli mingħajr inklużjoni ta’ ordni ta’ infurzar. Dan għandu awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fir-rigward tal-obbligazzjoni minn kambjala, iżda mhux fir-rigward tad-dritt imnissel mir-relazzjoni sottostanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">IV. It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>B’digriet tas‑<DATE ISO="20170217">17 ta’ Frar 2017</DATE>, li wasal fis‑<DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE>, is-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Qorti Distrettwali ta’ Siemianowice Śląskie, il-Polonja) ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda li ġejja għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal‑<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 22(1), għandhom jiġu<?PAGE NO="6"?> interpretati fis-sens li dawn jipprekludu lil negozjant (persuna li ssellef) milli jeżegwixxi kreditu kkonstatat minn kambjala redatta kif suppost, fil-konfront ta’ konsumatur (il-persuna li tissellef), fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ordni ta’ ħlas kif iddefinita mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 485(2) <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tal-kodeks postępowania cywilnego (kodiċi tal-proċedura ċivili) flimkien ma’ dik tal-Artikolu 41 tal-ustawa o kredycie konsumenckim (liġi tat‑<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE> dwar il-kreditu lill-konsumaturi, Dz.U.2014, 1497, verżjoni kkonsolidata, kif emendata), li jipprevedu li l-eżami tal-qorti nazzjonali għandu jkun limitat biss għall-verifika tal-validità tal-obbligazzjoni naxxenti mill-kambjala mill-perspettiva tal-osservanza tal-kundizzjonijiet formali applikabbli għaliha, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni sottostanti?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni Ewropea ressqu l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, u l-istess partijiet ipparteċipaw ukoll fis-seduta tal‑<DATE ISO="20180301">1 ta’ Marzu 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Sussegwentement l-ewwel nett ser nittratta l-interpretazzjoni u l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari u finalment ser niddiskuti d-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur u mbagħad id-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tad-domanda mressqa u fuq l-ammissibbiltà tar-rinviju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment qiegħda tistaqsi jekk id-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti u d-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur għandhomx jiġu interpretati b’tali mod li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ordni ta’ ħlas abbażi ta’ ċedola tillimita lill-qorti nazzjonali għall-verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet formali tal-kambjala u jeskludu eżami tal-kuntratt ta’ self protett biċ-ċedola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fir-rinviju tagħha, il-qorti tar-rinviju tispjega li l-eżami tar-relazzjoni sottostanti jsir biss jekk il-konsumatur iressaq oppożizzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas. Fil-fehma tiegħi, il-proċedura inkwistjoni għandha tiġi kkunsidrata fit-totalità tagħha, jiġifieri kemm l-ewwel stadju qabel ma titressaq l-oppożizzjoni kif ukoll it-tieni stadju sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-domanda preliminari qiegħda ninterpretaha b’tali mod li permezz tagħha l-qorti nazzjonali tibbaża fuq il-possibbiltà ta’ eżami tar-relazzjoni sottostanti, jiġifieri tal-kuntratt ta’ self. B’hekk ma huwiex ta’ rilevanza jekk, meta kkunsidrata b’mod iżolat, iċ-ċedola tirrappreżentax ftehim li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Huwa minnu li fl-ewwel stadju ċ-ċedola hija l-uniku suġġett ikkontestat quddiem il-qorti nazzjonali. Ir-relazzjoni sottostanti ssir biss is-suġġett tat-tilwima fit-tieni stadju b’konsegwenza tal-oppożizzjoni tal-konsumatur. Iżda minn dan ma jirriżultax li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni manifestament ma għandhiex rabta mas-suġġett tal-kawża prinċipali u b’hekk tkun inammissibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gauweiler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑62/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:400">EU:C:2015:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan għaliex id-domanda mressqa fil-qofol tagħha tistaqsi jekk il-fatt li d-dritt Pollakk jitlob li konsumatur irid isir attiv sabiex il-kuntratt ta’ self isir is-suġġett tat-tilwima u sabiex il-qorti nazzjonali tkun tista’ tivverifikah huwiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, jew jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat b’tali mod li dan l-eżami jrid isir diġà fl-ewwel stadju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-iskop tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur huwa li ċerti aspetti tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur jiġu armonizzati fl-intier tagħhom. Għall-protezzjoni tal-konsumatur din tipprevedi <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> diversi obbligi ta’ informazzjoni tal-kreditur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-garanziji ta’ kreditu, id-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur tipprevedi li informazzjoni prekuntrattwali trid tispjega iktar fid-dettall il-garanziji li eventwalment jistgħu jintalbu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Il-punt (n) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1).</P></NOTE>. Il-garanziji mitluba jappartjenu wkoll għall-informazzjoni imperattiva fil-ftehim ta’ kreditu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>L-Artikolu 10(2)(o).</P></NOTE>. Mill-bqija, id-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur ma fiha l-ebda dispożizzjoni dwar garanziji, partikolarment mhux dwar ċedoli li jiggarantixxu intitolament imnissel minn ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjoni li tippreċedi d-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur kienet issemmi l-kambjala. Din kienet tipprevedi li l-Istati Membri li jippermettu lill-konsumatur joffri garanziji fil-forma ta’ kambjali, inklużi ċedoli u ċekkijiet, kellhom jieħdu ħsieb li l-konsumatur igawdi minn protezzjoni adegwata meta jagħmel użu minn dawn il-mezzi ta’ garanzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat‑<DATE ISO="19861222">22 ta’ Diċembru 1986</DATE> għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ma ġietx adottata fid-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur il-ġdida. Għalkemm il-proposta inizjali tal-Kummissjoni sabiex tiġi emendata d-Direttiva preċedenti saħansitra kienet tinkludi projbizzjoni stretta għall-kreditur li jitlob jew jissuġġerixxi kambjala bħala garanzija għall-kreditu lill-konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>L-Artikolu 18 tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu għall-konsumaturi, COM(2002) 443 finali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="331E" PAGE.FIRST="200" DATE.PUB="2002">ĠU 2002 C 331E, p. 200</REF.DOC.OJ>). COM(2004) 747 finali ma wasslet għal ebda emenda essenzjali.</P></NOTE>, l-imsemmija dispożizzjoni dwar il-kambjali ma ġietx adottata fit-test finali tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Minn dan kollu wieħed jista’ jikkonkludi biss li skont ir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk tistax tintuża kambjala bħala garanzija għal kreditu lill-konsumatur. L-ambitu diskrezzjonali tal-Istati Membri meta mqabbel mad-Direttiva preċedenti saħansitra ġie estiż. Filwaqt li taħt id-Direttiva preċedenti l-Istati Membri kienu għadhom iridu jieħdu ħsieb li l-konsumatur igawdi minn protezzjoni suffiċjenti meta jagħmel użu minn kambjala<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-punt 33 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, id-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur ma għadha tinkludi l-ebda dispożizzjoni korrispondenti li tistabbilixxi tali obbligu fil-konfront tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-ebda ksur tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fl-istess waqt, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk il-leġiżlazzjoni Pollakka tiksirx l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur. Dan jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet diverġenti għal dawk stabbiliti f’din id-direttiva, <HT TYPE="ITALIC">sa fejn</HT> din fiha dispożizzjonijiet armonizzati. Madankollu, fir-rigward taċ-ċedola din id-domanda tisfa fix-xejn peress li, kif għadni kemm irrilevajt, id-Direttiva ma wasslet għal ebda armonizzazzjoni fil-qasam tal-kambjala bħala mezz ta’ garanzija għal kreditu<?PAGE NO="8"?> lill-konsumatur. Barra minn hekk, iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali ma jippermettux li jiġi identifikat jekk fl-oqsma li ġew <HT TYPE="ITALIC">speċifikament</HT> koperti mill-armonizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>SC Volksbank România</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑602/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:443">EU:C:2012:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u d-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Horžić u Pušić</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑511/15 u C‑512/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:787">EU:C:2016:787</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ġietx miżmuma jew introdotta liġi nazzjonali diverġenti. Għaldaqstant ma huwiex identifikabbli ksur kontra l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-ebda ksur tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li sar ksur kontra l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur. Dan jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma adottati biex tiġi applikata din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Madankollu ma huwiex evidenti li M. Wawrzosek ċeda d-drittijiet tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Pollakk billi ħareġ kambjala. Dan għaliex ċessjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur tirrikjedi li, permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita jew permezz ta’ azzjoni koerenti, il-konsumatur iħassar, fl-intier tiegħu jew parzjalment, dritt eżistenti li dan għandu abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva. Madankollu, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi l-ebda indikazzjonijiet li M. Wawrzosek ċeda tali drittijiet b’rabta maċ-ċedola jew f’xi forma oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-ebda evażjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 22(3) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju tal-fehma tal-qorti tar-rinviju u tal-Kummissjoni, il-garanzija tal-intitolamenti mnissla minn ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur permezz ta’ ċedola lanqas ma tikkostitwixxi evażjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva, evażjoni li skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur tkun inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Tassew li wieħed mill-vantaġġi taċ-ċedola għall-kreditur huwa li fl-ewwel stadju tal-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas dan jibbenefika minn semplifikazzjoni fl-oneru tal-prova, għax irid jagħti prova biss tal-awtentiċità u tal-validità formali tal-kambjala. Iżda dan ma jwassalx għall-qlib tal-oneru tal-prova fir-rigward tal-issodisfar tal-obbligi ta’ informazzjoni tal-kreditur, li jkun jikkostitwixxi evażjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 22(3) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat diġà, id-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni espliċita dwar l-oneru tal-prova fir-rigward tal-issodisfar min-naħa tal-kreditur tal-obbligi ta’ informazzjoni tiegħu skont id-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CA Consumer Finance</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑449/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2464">EU:C:2014:2464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet, mill-Artikolu 22(3), li klawżola kuntrattwali ma tistax twassal sabiex jinqaleb l-oneru tal-prova fir-rigward tal-issodisfar tal-obbligi ta’ informazzjoni tal-kreditur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>CA Consumer Finance</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑449/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2464">EU:C:2014:2464</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jekk fl-ewwel stadju tal-proċedura nazzjonali ma tiġix ivverifikata r-relazzjoni sottostanti, din ma tkunx dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-oneru tal-prova iżda sempliċement limitazzjoni tal-materjal proċedurali. Min-naħa l-oħra, fl-ewwel stadju l-kreditur huwa obbligat, mingħajr restrizzjonijiet, jagħti prova dwar l-awtentiċità u l-validità formali tal-kambjala.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Ladarba, permezz tal-oppożizzjoni tiegħu kontra l-ordni ta’ ħlas, il-konsumatur jagħti bidu għat-tieni stadju tal-proċedura, tiġi inkluża fil-materjal proċedurali anki r-relazzjoni sottostanti. Minn dan il-mument il-kreditur iġorr l-oneru tal-prova li huwa jkun issodisfa l-obbligi ta’ informazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tad-dritt Pollakk ma twassalx sabiex jinqaleb l-oneru tal-prova. B’hekk, il-klawżola tal-kuntratt ta’ self li tobbliga lil M. Wawrzosek joħroġ iċ-ċedola ma tikkostitwixxix arranġament kuntrattwali li jikser il-projbizzjoni ta’ evażjoni stabbilita fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi miċħud ukoll l-argument tal-Kummissjoni fejn issostni li ċedola miftiehma tikkostitwixxi evażjoni tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur peress li minħabba f’hekk allegatament jeżisti r-riskju li l-konformità tal-kreditur mal-obbligi ta’ informazzjoni ma tiġix suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju. Dan għaliex din il-fehma prattikament tkun twassal għall-inammissibbiltà taċ-ċedola bħala mezz ta’ garanzija fi ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur. Iżda dan ikun jippreġudika r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni, li jħalli fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri jekk jippermettux dan l-istrument bħala mezz ta’ garanzija għal ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-punt 35 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kwistjoni ta’ ksur tal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-talba għal deċiżjoni preliminari tqajjem il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur jipprekludix l-eżekuzzjoni ta’ kambjala maħruġa għall-garanzija tal-kreditu skont id-dritt Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur jikkonċerna sitwazzjoni fejn terz, li huwa differenti mill-partijiet inizjali tal-ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, isir id-detentur tal-intitolamenti fil-konfront tal-konsumatur. Però M. Wawrzosek ikkonkluda l-kuntratt ta’ self inizjali mar-rikorrenti. B’hekk, il-benefiċjarju tal-kambjala huwa identiku mal-persuna li ssellef. Il-bank la ċeda d-drittijiet tiegħu taħt il-kuntratt ta’ self lil parti terza u lanqas ma saret ġira tal-kambjala. Konsegwentement, l-Artikolu 17(1) ma huwiex rilevanti biex tiġi deċiża l-kawża prinċipali u l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex għalfejn tindirizza din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>B’mod supplimentari biss ninnota li l-Artikolu 41 tal-UKK jipprevedi li l-kambjala li tinħareġ minn konsumatur bħala garanzija għall-intitolament tal-kreditur imnissel minn ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur bilfors trid tinkludi klawżola li tipprevjeni t-trasferiment permezz ta’ ġira tal-kambjala. Jekk il-kreditur jaċċetta kambjala tal-konsumatur li ma fihiex din il-klawżola, u din il-kambjala tispiċċa għand terz – filwaqt li huwa irrilevanti jekk dan iseħħx bir-rieda jew kontra r-rieda tal-kreditur – il-kreditur irid jagħmel tajjeb għad-dannu li jkun ġarrab il-konsumatur minħabba din il-ġira.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni provviżorja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jista’ jiġi konkluż li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur ma jipprekludux leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni hawnhekk.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Prinċipji bażiċi tad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-iskop tad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti huwa li jiġi evitat l-użu ta’ klawżoli inġusti fi ftehim konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti jipprevedi li l-klawżoli inġusti inklużi fi ftehim li bejjiegħ jew fornitur jikkonkludi ma’ konsumatur ma jorbtux lill-konsumatur. L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interess tal-konsumaturi u l-kompetituri kummerċjali, ikunu jeżistu mezzi adegwati u effettivi li jipprevjenu li bejjiegħ jew fornitur juża klawżoli inġusti fi ftehim konkluż ma’ konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Din is-sistema hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’pożizzjoni ta’ negozjar iktar dgħajfa meta mqabbel mal-bejjiegħ jew fornitur u li għandu inqas informazzjoni disponibbli u li b’hekk jaqbel mal-kundizzjonijiet ifformulati minn qabel tal-bejjiegħ jew fornitur mingħajr ma jkun jista’ jinfluwenza l-kontenut tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Banco Santander</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑598/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:945">EU:C:2017:945</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000627">27 ta’ Ġunju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Océano Grupo Editorial u Salvat Editores</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑240/98 sa C‑244/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:346">EU:C:2000:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dritt nazzjonali jrid jiggarantixxi lill-konsumatur protezzjoni ġudizzjarja effettiva, filwaqt li tiġi offruta lilu l-possibbiltà li jattakka fil-qrati l-ftehim kontenzjuż, u dan taħt kundizzjonijiet proċedurali raġonevoli tali li l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu ma jkunx suġġett għal kundizzjonijiet, b’mod partikolari ta’ dewmien jew ta’ spejjeż li jirrendu eċċessivament diffiċli jew fil-prattika impossibbli l-eżerċizzju tad-drittijiet iggarantiti mid-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Banco Santander</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑598/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:945">EU:C:2017:945</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja repetutament stabbilixxiet li minħabba n-nuqqas ta’ uniformità fil-proċedura ċivili, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, huwa l-ordinament ġuridiku nazzjonali illi għandu jirregola l-infurzar tad-drittijiet ċivili. F’dan ir-rigward għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza), u li ma jirrendux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Banco Santander</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑598/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:945">EU:C:2017:945</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Peress li fil-każ ineżami ma jeżistux indikazzjonijiet li jistgħu jqajmu dubji dwar il-kompatibbiltà mal-prinċipju ta’ ekwivalenza għandu jiġi eżaminat biss jekk il-leġiżlazzjoni Pollakka tiksirx il-prinċipju ta’ effettività. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, f’dan ir-rigward għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tal-proċedura u d-dettalji tal-proċedura rispettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita – <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> dwar il-proċedura għal ordni ta’ ħlas – il-prinċipju ta’ effettività jitlob li l-qorti nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, <HT TYPE="ITALIC">meta jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt neċessarji għal dan il-għan</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Pannon GSM</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑243/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:350">EU:C:2009:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-applikazzjoni għall-infurzar ta’ ċedola skont id-dritt Pollakk</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Skont <HT TYPE="ITALIC">dan</HT> il-kriterju, il-leġiżlazzjoni Pollakka hija kompatibbli mal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti. Dan għaliex fl-<HT TYPE="ITALIC">ewwel stadju</HT> tal-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas il-qorti jkollha tivverifika biss l-awtentiċità u l-validità formali tal-kambjala. Il-kuntratt ta’ self li fuqu hija bbażata l-kambjala ma jiġix ippreżentat lill-qorti. Għaldaqstant, din ma tkunx fil-pussess tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt li huma meħtieġa sabiex tivverifika jekk il-kuntratt ta’ self jinkludix klawżola inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fit-<HT TYPE="ITALIC">tieni stadju</HT> tal-proċedura, li għaliha jingħata bidu permezz tal-oppożizzjoni tal-konsumatur kontra l-ordni ta’ ħlas, il-qorti tivverifika l-oġġezzjonijiet li jirriżultaw mir-relazzjoni sottostanti. Huwa biss f’din il-parti tal-proċedura li l-qorti jkollha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt meħtieġa għal dan il-għan, peress li skont l-Artikolu 493 § 1 tal-KPC din tingħata l-fatti u l-provi meħtieġa għall-eżami tan-natura inġusta tal-kuntratt ta’ self.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Nixtieq nirrimarka li d-dritt proċedurali Pollakk jitlob rekwiżiti ogħla fl-ewwel stadju tal-proċedura għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas milli huma meħtieġa skont ir-Regolament 1896/2006 dwar il-proċedura Ewropea ta’ ordni għal ħlas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="399" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 399, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea li tista’ tintuża għall-infurzar ta’ talbiet fil-konfront tal-konsumaturi. Dan għaliex skont id-dritt Pollakk l-applikant irid jippreżenta ċ-ċertifikat tal-kambjala u b’hekk prova fl-ewwel stadju tal-proċedura. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 7(2)(e) tar-Regolament 1896/2006, il-prova għall-pretensjoni invokata trid tiġi deskritta biss u ma għandhiex għalfejn tiġi ppreżentata lill-qorti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Demarkazzjoni mill-ġurisprudenza eżistenti dwar l-inkompatibbiltà mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni sottostanti għall-kawża prinċipali tiddistingwi ruħha minn dik f’kawżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat l-inkompatibbiltà mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti. Fil-kawża Banco Español de Crédito, il-qorti nazzjonali kienet ilha fil-pussess tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt li kienu meħtieġa sabiex tiġi eżaminata n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali sa mill-bidu tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas. Madankollu, minħabba dispożizzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali din kienet imfixkla milli tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta tal-klawżola, b’konsegwenza li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat din id-dispożizzjoni bħala inkompatibbli mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-kawża Finanmadrid EFC kemm il-proċedura għal ordni ta’ ħlas kif ukoll il-proċedura ta’ eżekuzzjoni sussegwenti spiċċaw mingħajr ma kienet ġiet ivverifikata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta ta’ klawżola tal-ftehim li kellu jiġi infurzat fil-proċedura, minkejja li kemm is-Secretario Judicial adit bil-proċedura għal ordni ta’ ħlas kif ukoll il-qorti invokata fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni kellhom quddiemhom il-materjal legali u fattwali neċessarju għall-verifika tan-natura inġusta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni rilevanti fil-kawża prinċipali lanqas ma tikkontradixxi l-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Aziz. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li sa fejn ikun hemm it-theddida jew diġà jkunu ttieħdu miżuri ta’ eżekuzzjoni għat-tkeċċija sfurzata tal-konsumatur u tal-familja tiegħu mill-akkomodazzjoni li sservi bħala r-residenza prinċipali tagħhom, il-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi dwar in-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt mal-konsumatur irid ikollha s-setgħa li tieħu miżuri preliminari sabiex tiġi evitata jew sospiża proċedura ta’ eżekuzzjoni inammissibbli ta’ proprjetà<?PAGE NO="12"?> immobbli sabiex tiggarantixxi l-effettività sħiħa tal-protezzjoni mixtieqa bid-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Banco Santander</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑598/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:945">EU:C:2017:945</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Li konsumatur sempliċement jingħata dritt għal kumpens tad-danni li jkun ġarrab minħabba miżuri ta’ eżekuzzjoni għat-tkeċċija sfurzata mill-akkomodazzjoni ma jissodisfax il-livell ta’ protezzjoni mitlub mid-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-ewwel nett għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet dawn il-prinċipji għall-protezzjoni ġudizzjarja kontra miżuri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward ta’ proprjetà immobbli li sservi bħala d-dar tal-konsumatur. Kif speċifikat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Kušionová, huwa partikolarment id-dritt għar-rispett tal-akkomodazzjoni, li huwa protett fl-Artikolu 8(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jissuġġerixxi l-inkompatibbiltà mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-proċedura għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas abbażi ta’ ċedola hija sostanzjalment inqas sensittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Huwa minnu wkoll li skont id-dritt Pollakk l-ordni ta’ ħlas tikkostitwixxi titolu ta’ garanzija infurzabbli mingħajr l-inklużjoni ta’ ordni ta’ infurzar. Iżda t-tieni sentenza tal-Artikolu 492 § 3 tal-KPC tipprevedi li fuq talba l-qorti tista’ tissospendi l-infurzar wara li titressaq oppożizzjoni. Allura, din tista’ tieħu miżuri għall-prevenzjoni jew għas-sospensjoni ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni inammissibbli, b’tali mod li l-konsumatur ma jkunx limitat għal kawża għall-kumpens għad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>B’mod supplimentari biss ninnota li skont l-Artikolu 23 tar-Regolament 1896/2006 l-eżekuzzjoni abbażi ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea tista’ tiġi sospiża jew ristretta biss wara li ssir talba mill-konvenut. F’dan ir-rigward il-leġiżlazzjoni Pollakka ma tistabbilixxix rekwiżiti ogħla mill-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Kif jargumenta fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern Pollakk, it-tressiq ta’ oppożizzjoni jipprevjeni li l-ordni ta’ ħlas issir definittiva. Fil-kawża Finanmadrid EFC il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jkun inkompatibbli mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti jekk in-natura definittiva ta’ deċiżjoni tagħmilha impossibbli għall-konsumatur li jikkontesta n-natura inġusta ta’ klawżola tal-kuntratt ta’ self fil-kuntest ta’ rikors tal-bejjiegħ jew fornitur li jirriżulta mill-kuntratt ta’ self<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); ara wkoll id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160621">21 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aktiv Kapital Portfolio</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:486">EU:C:2016:486</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Skont id-dritt proċedurali nazzjonali, jekk il-konsumatur iressaq oppożizzjoni dan ikun qiegħed jevita li l-ordni ta’ ħlas issir definittiva. Barra minn hekk, fit-tieni stadju tal-proċedura dan jista’ jinvoka n-natura inġusta ta’ klawżola tal-kuntratt ta’ self. Jekk il-konsumatur iressaq oppożizzjoni ma jkunx jeżisti kunflitt mal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Finanmadrid EFC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Anki jekk il-konsumatur ma jressaqx oppożizzjoni u l-ordni ta’ ħlas issir definittiva, il-prinċipji stabbiliti fil-kawża Finanmadrid EFC xorta waħda ma jistgħux jiġu applikati. Peress li l-bażi għall-ħruġ tal-ordni ta’ ħlas kienet biss iċ-ċedola, awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tal-ordni ta’ ħlas tkopri biss l-obbligazzjoni minn kambjala, iżda mhux il-kuntratt ta’ self.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>B’hekk is-sitwazzjoni sottostanti għall-kawża prinċipali tiddistingwi ruħha minn dik fil-kawża Finanmadrid EFC. Infatti, kif jissostanzja l-Gvern Pollakk, fi proċess sussegwenti mal-bejjiegħ jew fornitur il-konsumatur għadu jista’ jinvoka n-natura inġusta ta’ klawżola tal-kuntratt ta’ self li l-qorti nazzjonali għandha teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jekk il-bejjiegħ jew fornitur ikun eżegwixxa l-infurzar abbażi tal-ordni ta’ ħlas, il-konsumatur jista’, partikolarment skont il-prinċipji tal-arrikkiment indebitu jew tal-kumpens għad-danni, jitlob lura mingħand il-bejjiegħ jew fornitur dak li tal-aħħar ikun akkwista permezz tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni. Il-konsumatur imbagħad jista’ jiġġustifika l-kawża tiegħu ta’ arrikkiment jew għall-kumpens għad-danni bl-argument li l-kuntratt ta’ self jinkludi klawżola inġusta. L-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tal-ordni ta’ ħlas ma tipprekludix tali rikors tal-konsumatur għax ma tkoprix l-oġġezzjonijiet dwar il-kuntratt ta’ self.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Huwa minnu li fil-kawża Aziz il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fir-rigward ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni li jinvolvu t-tkeċċija sfurzata mill-akkomodazzjoni li huwa inkompatibbli mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti li l-konsumatur sempliċement jingħata dritt għal kumpens tad-danni li jkun ġarrab minħabba t-tkeċċija sfurzata mill-akkomodazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, kif diġà semmejt, dik id-deċiżjoni kienet ikkaratterizzata mill-fatt li l-miżura ta’ eżekuzzjoni kienet ser twassal għat-telf tal-akkomodazzjoni għall-konsumatur u familtu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Iżda t-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-qorti tar-rinviju ma fihiex indikazzjoni li fil-kawża prinċipali hemm it-theddida li M. Wawrzosek ser jitkeċċa minn daru jew ta’ xi żvantaġġ komparabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>B’hekk ikun kompatibbli mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti jekk il-konsumatur ikun jista’ jevita d-dħul fis-seħħ tal-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> tal-ordni ta’ ħlas billi jressaq oppożizzjoni u, apparti minn hekk, ikun jista’ jinvoka n-natura inġusta tal-kuntratt ta’ self fil-kuntest ta’ kawża ta’ arrikkiment jew għall-kumpens għad-danni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sinjifikat tal-oppożizzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti joħroġ biċ-ċar li l-oppożizzjoni tal-konsumatur kontra l-ordni ta’ ħlas għandha sinjifikat ċentrali sabiex il-protezzjoni tal-konsumaturi skont id-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti ssir effettiva fil-prattika. Huwa fl-ambitu ta’ dak li huwa raġonevoli li l-konsumatur jieħu dan il-pass sabiex jinvoka id-drittijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Tassew li d-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti timponi, fit-tilwim li jinvolvi bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, intervent pożittiv, indipendenti mill-partijiet kontraenti, min-naħa tal-qorti nazzjonali adita b’tali tilwim<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000627">27 ta’ Ġunju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Océano Grupo Editorial u Salvat Editores</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑240/98 sa C‑244/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:346">EU:C:2000:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fl-istess waqt, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat kemm-il darba li l-osservanza tal-prinċipju ta’ effettività ma tistax tasal sabiex tirrimedja għalkollox il-passività totali tal-konsumatur ikkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>ERSTE Bank Hungary</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑32/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:637">EU:C:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kušionová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2189">EU:C:2014:2189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Asturcom Telecomunicaciones</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑40/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:615">EU:C:2009:615</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:746">EU:C:2015:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:700">EU:C:2012:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant ma huwiex ta’ detriment li l-konsumatur irid iressaq oppożizzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas sabiex jingħata bidu għat-tieni stadju tal-proċedura, fejn il-qorti tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta tal-klawżola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Dan joħroġ partikolarment biċ-ċar mill-fatt li l-leġiżlatur Ewropew stabbilixxa rekwiżiti simili fil-leġiżlazzjoni tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Dan għaliex prinċipalment il-konvenut irid iressaq oppożizzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas Ewropea sabiex il-fondatezza tal-intitolament invokat tiġi eżaminata fi proċedura ġudizzjarja skont l-Artikolu 17 tar-Regolament 1896/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni tirrimarka li skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 493 § 1 tal-KPC, il-konsumatur irid jippreżenta l-ilmenti tiegħu flimkien ma’ fatti u provi meta jressaq l-oppożizzjoni. Barra minn hekk għandu jġarrab l-ispejjeż tal-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Madankollu, għall-kuntrarju tal-fehma tal-Kummissjoni, dan il-fatt ma jwassalx sabiex il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas abbażi ta’ kambjala <HT TYPE="ITALIC">inkwantu tali</HT> tkun inkompatibbli mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti. Dan għaliex tali interpretazzjoni tad-Direttiva l-ewwel nett tkun tikkontradixxi r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni, li fir-rigward tal-użu taċ-ċedola bħala mezz ta’ garanzija f’każ ta’ ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur ħalla lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-punt 34 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. It-tieni nett din tkun tindaħal wisq fl-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Madankollu, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-arranġament ġenerali, l-iżvolġiment u d-dettalji tal-proċedura ma jistgħux iwasslu sabiex jinħoloq riskju li ma għandux jiġi injorat li l-konsumatur ma jippreżentax ir-rimedju ġudizzjarju meħtieġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>B’hekk il-Kummissjoni bir-raġun tikkritika li skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 493 § 1 tal-KPC, il-konsumatur irid jippreżenta l-ilmenti kollha flimkien ma’ fatti u provi diġà meta jressaq l-oppożizzjoni. Fis-seduta kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet dwar jekk id-dritt proċedurali Pollakk jippermettix li l-qorti twettaq verifika tal-kuntratt ta’ self sottostanti fit-tieni stadju tal-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas biss jekk il-konsumatur jippreżenta dan l-ilment meta jressaq l-oppożizzjoni filwaqt li jipprovdi l-fatti u l-provi meħtieġa. Iżda skont ġurisprudenza stabbilita, il-qorti nazzjonali trid teżamina n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Allura limitazzjoni tal-portata ta’ eżami għall-ilmenti ppreżentati mill-konsumatur hija inkompatibbli mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tiżgura, permezz ta’ interpretazzjoni korrispondenti mad-Direttiva, li d-dritt proċedurali nazzjonali ma jinkludix tali limitazzjoni, jew inkella li din ma tiġix applikata jekk ma tkunx possibbli interpretazzjoni konformi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kritika tal-Kummissjoni li t-terminu ta’ ġimagħtejn biex titressaq oppożizzjoni jwassal għal perikolu li ma għandux jiġi injorat li l-konsumatur ma jippreżentax ir-rimedju ġudizzjarju meħtieġ. Fid-dawl tal-fatti u l-provi li l-konsumatur irid jipprovdi fi ħdan dan it-terminu, dan l-argument jidher iġġustifikat. Madankollu terminu ta’ ġimagħtejn fl-istess waqt lanqas ma huwa wisq qasir jekk il-konsumatur irid biss isir attiv f’dan it-terminu. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni Pollakka li tipprovdi li l-konsumatur irid iressaq l-oppożizzjoni fi żmien ġimagħtejn wara li jirċievi l-ordni ta’ ħlas hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ effettività biss jekk fi ħdan dan it-terminu ma jkollux għalfejn jissottometti l-fatti u l-provi li fuqhom huwa bbażat l-eżami tan-natura inġusta tal-klawżoli tal-kuntratt ta’ self.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Finalment, l-ilment tal-Kummissjoni li l-ispejjeż tal-qorti miġbura huma ta’ żvantaġġ għall-konsumatur huwa ġġustifikat. L-Artikolu 19 § 4 tal-Ustawa o kosztach sądowych w sprawach cywilnych (il-Liġi dwar l-Ispejjeż tal-Qorti f’Materji Ċivili) jipprevedi li mat-tressiq tal-oppożizzjoni l-konsumatur irid iħallas tliet kwarti tal-miżati tal-qorti previsti mil-liġi. Min-naħa l-oħra l-applikant irid iħallas biss kwart tal-miżati tal-qorti meta jitlob li tinħareġ ordni ta’ ħlas. Allura, il-konsumatur ikollu jħallas miżata tliet darbiet iktar għolja meta jressaq oppożizzjoni kontra ordni ta’ ħlas sabiex jinvoka d-drittijiet tiegħu dderivati mid-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti. Nassumi li huma kkonċernati depożiti fuq l-ispejjeż tal-proċeduri u li wara l-konklużjoni tal-proċedura biss jiġi deċiż definittivament dwar id-distribuzzjoni tal-istess spejjeż. Madankollu, il-ġbir ta’ tali depożitu fuq l-ispejjeż tal-proċeduri diġà jista’ jkun biżżejjed biex iżomm konsumatur milli jressaq oppożizzjoni. Naturalment, dan wisq iktar ikun ta’ żvantaġġ għall-konsumatur jekk, fi kwalunkwe każ u indipendentement mill-eżitu tal-proċedura, ikollu jħallas miżata tliet darbiet ogħla.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Meta kkunsidrati waħedhom, dawn it-tliet prerekwiżiti previsti fid-dritt Pollakk huma biżżejjed sabiex jirrendu eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-konsumatur permezz tad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti, u għalhekk jiksru l-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni provviżorja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jista’ jiġi kkonstatat li proċedura bħal dik Pollakka hija inkompatibbli mad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti sa fejn tirrendi eċċessivament diffiċli għall-konsumatur li jressaq oppożizzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas maħruġa abbażi taċ-ċedola billi tawtorizza lill-qorti twettaq eżami tan-natura inġusta biss jekk il-konsumatur jippreżenta lment korrispondenti, billi titlob is-sottomissjoni mill-konsumatur tal-fatti u l-provi sa mhux iktar tard minn ġimagħtejn wara n-notifika tal-ordni ta’ ħlas sabiex il-qorti tkun tista’ twettaq dan l-eżami, u billi tqiegħed il-konsumatur fi żvantaġġ fil-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Qorti Distrettwali ta’ Siemianowice Śląskie, il-Polonja) kif ġej:</TXT><P>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Klawżoli Inġusti għandhom jiġu interpretati b’tali mod li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tipprovdi li tinħareġ ordni ta’ ħlas abbażi ta’ ċedola formalment valida li tiggarantixxi intitolamenti ta’ bejjiegħ jew fornitur imnissel minn kuntratt ta’ self fil-konfront ta’ konsumatur, mingħajr eżami tan-natura inġusta tal-klawżoli ta’ dan il-kuntratt ta’ self u tirrendi eċċessivament diffiċli għall-konsumatur li jressaq oppożizzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas, billi tawtorizza lill-qorti twettaq eżami tan-natura inġusta biss jekk il-konsumatur iressaq ilment, titlob mill-konsumatur li jissottometti fi żmien ġimagħtejn min-notifika tal-ordni ta’ ħlas il-fatti u l-provi li jippermettu dan l-eżami mill-qorti, u tqiegħed lill-konsumatur fi żvantaġġ fir-rigward tal-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>