Official Journal L 195 , 28/07/1999 P. 0012 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1647/1999 tas-27 ta’ Lulju 1999 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2571/97 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-għotja ta’ għajnuna dwar krema, butir u konċentrat tal-butir għall-użu fil-manufattura ta’ prodotti ta’ l-għaġina, ġelati u affarijiet oħra ta’ l-ikel f’dak li għandu x’jaqsam mal-limitu ta’ żmien għall-użu u l-inkorporazzjoni Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [2], u b’mod partikulari l-Artikoli 6(6) u 12(3) tiegħu, (1) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 494/1999 [4], jiffissa l-limitu ta’ żmien għall-użu tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament u l-inkorporazzjoni tagħhom fi prodotti lesti; filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1982/98 [5], li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2571/97, jiffissa dak il-perijodu għal ħames xhur għal kwantitajiet li għalihom ikunu ngħataw kuntratti mis-17-il stedina għall-appalt ’il quddiem; filwaqt li dak il-perijodu għadu ma spiċċax għal kwantitajiet li għalihom ingħataw kuntratti skond il-25 u s-26 stedina għall-appalt; filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 494/1999, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2571/97, naqqas dak il-perijodu għal erba’ xhur għal kwantitajiet li għalihom ingħataw kuntratti mis-27 stedina għall-appalt ’il quddiem; (2) Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 1999/363/KE [6], 1999/368/KE [7], 1999/389/KE [8], 1999/390/KE [9], u 1999/449/KE [10] jipprovdu għal miżuri sabiex jipproteġu ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimal minn kontaminazzjoni bid-dijossina; (3) Billi minħabba li l-livell ta’ appalti għall-għotja ta’ l-għajnuna stabbilizza u b’konsegwenza ta’ diffikultajiet li ltaqgħu magħhom ċerti operaturi fis-suq in kwistjoni minħabba miżuri ta’ protezzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-kontaminazzjoni bid-dijossina ta’ ċerti prodotti għall-konsum mill-bniedem, il-limiti ta’ żmien sabiex ikunu nkorporati l-kwantitajiet konċernati fi prodotti lesti li jkunu għadhom ma skadewx għal dawk l-operaturi għandhom ikunu mtawwla b’xahar; (4) Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2571/97: - il-limitu ta’ żmien għall-użu u inkorporazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu ngħataw kuntratti taħt il-25 u 26 stedina għall-appalt fl-1999 għandu jkun ta’ sitt xhur, - il-limitu ta’ żmien għall-użu u inkorporazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu ngħataw kuntratti taħt is-27 u 34 stedina għall-appalt fl-1999 għandu jkun ta’ ħames xhur. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu japplika fuq it-talba ta’ operaturi li jistgħu jagħtu prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li huma ma’ setgħux jużaw u jinkorporaw il-kwantitajiet imsemmija fil-limiti ta’ żmien imposti bl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2571/97 minħabba l-miżuri ta’ protezzjoni previsti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 1999/363/KE, 1999/368/KE, 1999/389/KE, 1999/390/KE u 1999/449/KE. Sabiex tkun assessjata s-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw dokumenti kummerċjali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 [11]. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21. [3] ĠU L 350, ta’ l-20.12.1997, p. 3. [4] ĠU L 59, tas-6.3.1999, p. 17. [5] ĠU L 256, tat-18.9.1998, p. 9. [6] ĠU L 141, ta’ l-4.6.1999, p. 24. [7] ĠU L 142, tal-5.6.1999, p. 46. [8] ĠU L 147, tat-12.6.1999, p. 26. [9] ĠU L 147, tat-12.6.1999, p. 29. [10] ĠU L 175, ta’ l-10.7.1999, p. 70. [11] ĠU L 388, tat-30.12.1989, p. 18. --------------------------------------------------